Dipartiment ta' l-Anzjani — impjieg għal home helpers
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu impjegati home helpers mad-Dipartiment ta' l-Anzjani u jekk dawn hux se jintbagħtu għalihom mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitazzjonijiet partikolari imposti dwar il-bejgħ ta' xorb alkoħoliku mill-isptarijiet u l-iskejjel kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14531, 14380, 14058, 11944 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-mediċina Deferasirox (Exjade) ġiet evalwata għal kundizzjoni tat-Thalassemia. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ekonomika biex din tkun disponibbli għall-pubbliku skond il-prijoritajiet tal-Gvern fid-dawl tal-fatti li issa hemm baġit allokat għall-mediċini ġodda.
Ministeru għall-Politika Soċjali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12376 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Post tal-Gvern — gallarija f'kundizzjoni perikoluża
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12253 u jieħu l-passi neċessarji fejn l-inkwilin ta' post tal-Gvern, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu l-gallarija li qiegħda f'kundizzjoni perikoluża sabiex tiġi rranġata qabel ma jkun hemm xi inċident anke fuq terzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, ma jirriżultax li l-inkwilin in kwistjoni issottometta talba jew applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar għat-tiswijiet meħtieġa. Għaldaqstant l-inkwilin hu mħeġġeġ li jimxi mal-proċedura u minnufih jimla u jissottometti l-Awtorità tad-Djar l-applikazzjoni meħtieġa taħt Skema SM.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li:
a) għandhom
internal auditor
?
b) li għad m'għandhomx
internal auditor
?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom
internal auditor
jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx
internal auditor
f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
Ministeru għall-Politika Soċjali — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iktar tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 14147 rigward green jobs, jista' l-Ministru jara jistgħux jitħarrġu persuni sew biex iħeġġu households biex jistallaw apparat bħal solar water heaters kif ukoll oħrajn biex ikunu ppreparati biex jitqabbdu jagħmlu x-xogħol manwali meħtieġ, u dan fid-dawl ta' skemi sew tal-Gvern kif ukoll tal-Unjoni Ewropea li għalihom ftit hemm interess?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14100, 13625, 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta'
a) MRI?
b) CT?
ċ) X-ray?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14190, 13720, 13623, 13461, 12946 u 12643 u jgħid:
a) kemm hemm
gamma scans
fl-Isptar Mater Dei?
b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa?
ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009?
d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż?
e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges?
Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?
Sptar Mater Dei — ħlas pagi, allowances u overtime lin-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14309 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn in-nurses kienu ta' nazzjonalità mhux Maltija u kemm ħallas il-Gvern lil dawn in-nurses bħala akkomodazzjoni u allowances oħra?
Sptar Mater Dei — ħlas ta' pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14310 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn it-tobba, konsulenti u speċjalisti kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm ħallas il-gvern lil dawn għal akkomodazzoni u allowances oħra? Dawn kienu eżenti mill-ħlas tal-income tax?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14312 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance fl-Isptar San Luqa fis-sena 2006?
Peress li fid-diskors tal-budget għal din is-sena kien tħabbar li se jidħlu mediċini ġodda fi Skeda V, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini jinkludux dawk li jittieħdu bħala parti mill-kura tad-dimentia?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kawża ta' overdose tad-droga jew xorb eċċessiv bejn is-17 ta' Diċembru 2000 u l-4 ta' Jannar 2010?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12250 u jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet l-applikazzjoni li kienet għamlet il-familjia, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, aktar minn sentejn ilu fuq gallarija li tinsab fi stat perikoluż?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-familja konċernata m'għandiex applikazzjoni pendenti.