Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34145, 34292, 34648, 34881 u 35316 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellanta għal dak li tiddisponi l-leġislazzjoni sussidjarja 441.04 cioe r-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali.
Ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena - Rendikont
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm ġew jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi u jekk tqabbdux b’direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena huma organizzati minn G7 Events, wara li dawn ġew magħżula permezz ta’ sejħa pubblika għal ‘Ftehim ta' Sħubija għall- Avvenimenti fuq Skala Kbira’, liema sejħa pubblika kienet imnedija mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Id-dettalji kollha ta’ din is-sejħa, inkluż l-ammont massimu li jista’ jintefaq minn G7 taħt din is-sejħa, jinsabu naturalment disponibbli għall-pubbliku minn fuq is-sit tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor interpellanta li n-numru ta' karozzi rreġistrati mal-Ministeru
għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali huwa 20, li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 23523.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, tawx jew approvawx xi lease, encroachment permit, concession, temporary occupation permit, awtorizzazzjoni, No Objection Certificate (NOC) jew kunsens ieħor dwar użu ta’ art pubblika, qiegħ il-baħar, foreshore, żona marittima, moll, slipway, pontile jew faċilità pubblika relatata mal-pjattaforma/floating island ankrata viċin Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji tagħhom kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34161, 34616, 34835 u 35068 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll id-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma kellhom l-ebda reklamar fil-perjodu msemmi.
Ix-Xgħajra - Xgħajra Tornados - L-art madwar il-pitch
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34416 u jgħid jekk l-art madwar il-pitch tax-Xgħajra Tornados ġietx devoluta lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat?
Kunsill Nazzjonali Għat-Taħriġ – Taħriġ fil-qasam tal-gvern lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti b’mod speċifiku t-taħriġ tal-Kunsill Nazzjonali Għat-Taħriġ fil-qasam tal-Gvern Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li minkejja li l-prospectus sħiħ tal-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ għall-Gvern Lokali qiegħed fl-aħħar fażijiet tat-tlestija, saru numru ta' inizjattivi taħt l-awspiċi tal-istess kunsill. Dawn jinkludu taħriġ li kien offrut lis-Sindki kollha dwar it-tmexxija prattika tal-laqgħa tal-kunsill. Barra minn hekk, bħalissa għadhom qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għal programm ta' taħriġ, li permezz tiegħu dawk kollha li jaħdmu fil-qasam jistgħu jiksbu finanzjament sa massimu ta' €4000 biex jirċievu taħriġ li jagħżlu huma stess.
Rabat/Ħad-Dingli - Triq Santa Katerina u Triq is-Swatar - Ħaxix selvaġġ
Question
Jista’ l-Ministri jgħid meta ser jinqata’ l-ħaxix selvaġġ mit-tarf tat-Triq Santa Katerina u Triq is-Swatar fir-Rabat/Ħad-Dingli, minħabba l-periklu li qed joħloq lill-istudenti li jattendu l-iskola tal-viċin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta’ Ħad-Dingli li l-ħaxix selvaġġ ser jinqata’ fil-jiem li ġejjin.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill‑Onor Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l‑entitajiet u d‑dipartimenti li huma fid‑dekasteru tal‑Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir‑regoli għall‑Offerti Dipartimentali u l‑Metodi ta’ Akkwist skont il‑Valur tal‑Kuntratt li joħorġu mill‑Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill‑Onor Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l‑entitajiet u d‑dipartimenti li huma fid‑dekasteru tal‑Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir‑regoli għall‑Offerti Dipartimentali u l‑Metodi ta’ Akkwist skont il‑Valur tal‑Kuntratt li joħorġu mill‑Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill‑Onor Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l‑entitajiet u d‑dipartimenti li huma fid‑dekasteru tal‑Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir‑regoli għall‑Offerti Dipartimentali u l‑Metodi ta’ Akkwist skont il‑Valur tal‑Kuntratt li joħorġu mill‑Public Procurement Regulations.