Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tar-rapport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, imressaq mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, u uliedu, quddiem l-għassa tal-pulizija ta’ Ħal Qormi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet tal-pulizija huma għal kollox indipendenti mill-politiku, minkejja dan infakkar ukoll li ftit tas-snin ilu waqqafna Victim Support Agency li tiffaċilità u tgħin biex persuni li jkunu għamlu rapport jew sofrew xi reat isegwu l-każ u jirċievu l-informazzjoni. Il-vittmi jistgħu jitolbu informazzjoni u assistenza. Se nkun qed nara li jsir kuntatt ukoll.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30555, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew il-Korp tal-Pulizija, humiex qed jippruvaw jistabbilixxu sistema fejn permezz tagħha atti kontra persuni b'diżabilità jiġu rreġistrati b'mod differenti, milli fuq il-lista normali ta' tali rapporti, biex ikun iktar faċli jiġu identifikati atti kriminali kontra persuni b'diżabilità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta fi tweġiba parlamentari 30555.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34151, 34302, 34678 u 35002 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
informa lill-Onor. Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dan sabiex il-pubbliku jkun infurmat aħjar u jkun jista’ jagħmel l-aħjar użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu:
Informazzjoni ġenerali dwar is-servizzi tat-Taqsima tal-Karta tal-Identità, Passaporti, Reġistru Pubbliku u Riċerki
Tagħrif dwar is-SEC Revision Classes
Tagħrif dwar servizzi għal min iħaddem
Tagħrif dwar il-Youth Guarantee u servizzi oħra relatati
Tagħrif dwar l-Employment Licences Unit, inkluża l-Labour Migration Policy u servizzi relatati
Tagħrif edukattiv dwar diversi servizzi
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġà weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33052 u jgħid kemm-il telefonata waslet fuq in-numru tal-emerġenza 112 minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka dawn it-telefonati u jgħid jekk kinux relatati mal-Pulizija, mal-Protezzjoni Ċivili jew mal-ambulanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
PQ 33052 - Numru tal-emerġenza 112 – Telefonati
Ġunju sa Diċembru 2025
Xahar
Total ta’ telefonati fuq 112
Telefonati mgħoddija lid-Dipartiment tal-Emerġenza (Ambulanzi)
Telefonati mgħoddija lil Protezzjoni Ċivili
Telefonati mgħoddija lil Pulizija
Telefonati mgħoddija lil Armata
Ġunju
35991
6665
1389
777
9
Lulju
40299
7447
1771
833
22
Awwissu
38842
7321
1643
788
22
Settembru
33462
6174
1256
721
12
Ottubru
33890
6491
1025
642
17
Novembru
28454
6210
795
596
13
Diċembru
27698
6944
671
583
11
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hu mistenni li jinfetħu jew jinbnew għases tal-pulizija ġodda matul is-snin li ġejjin? Jista’ jgħid ukoll fejn hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ tali għases, quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-aħħar snin il-Korp tal-Pulizija ħa inizjattivi kbar biex itejjeb l-ambjent fejn jaħdmu l-pulizija, u fejn jintlaqgħu n-nies biex jinqdew mis-servizz tal-istess Korp tal-Pulizija.
Il-proġetti jvarjaw minn dawk ta’ binjiet ġodda, għal rinovazzjoni ta’ binjiet eżistenti u l-ftuħ mill-ġdid ta’ binjiet li kienu ilhom magħluqa snin, inkluż dawk li bdew jintużaw bħala hubs tal-vjolenza domestika jew uffiċiji tal-pulizija tal-komunità.
Fost oħrajn fl-aħħar snin ħdimna fuq proġetti ta’ dan it-tip f’Marsaskala, is-Siġġiewi, il-Gżira, ir-Rabat, San Ġwann, San Ġiljan, Tas-Sliema, Il-Belt, il-Mosta, Santa Luċija, l-Imtarfa, Marsalforn, Santa Venera, il-Marsa, Marsaxlokk, il-Floriana u l-Birgu fost oħrajn.
Fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda għaddej ukoll xogħol qawwi ta’ rinovament fuq l-għases tal-Ħamrun, l-Imsida, l-Għadira u Ħ’Attard.
Iktar xogħolijiet huma maħsuba għaż-żmien li ġej, fosthom dak li jissemma fil-budget għal din is-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33995 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex separatament fl-2024 u fl-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi kienu:
i. minn ġenituri fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità barranija;
ii. minn ġenituri fejn ġenitur minnhom kien ta’ nazzjonalità barranija;
iii. minn unknown father; u
iv. minn tfajliet tal-età bejn it-13 u s-16-il sena?
San Pawl il-Baħar - Triq it-Turisti - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħar bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u għal liema kontravenzjonijiet differenti nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed npoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ aġenziji tal-impjieg ma' Jobsplus, humiex qed jingħataw l-istess paga u kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema l-oħrajn li huma impjegati full-time direttament mal-entità, u li jagħmlu l-istess xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li Jobsplus tagħmel użu minn servizzi li jiġu pprovduti minn kumpaniji li jispeċjaliżżaw fis-servizz pertinenti. Dawn jinkludu servizzi ta’ tindif u ta’ sigurta. Ir-remunerazzjoni għall-ħaddiema impjegati permezz ta' kuntratt ma’ kumpaniji terzi mal-Jobsplus hija rregolata minn linji gwida maħruġa mid-Diviżjoni
People and Standards
(P&SD) skond il parametri stabiliti fil LN 128/24 u LN125/25, biex tiġi żgurata parità mal-istandards stabbiliti mill-gvern.
In-Naxxar - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità tan-Naxxar, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.
L-Imġarr, Malta - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.
Il-Mellieħa - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità tal-Mellieħa, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.
San Pawl il-Baħar - Vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, għall-vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan, bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-mejda tal-kamra għal dawk it-taħrikiet relevanti għall-mistoqsija li saru b’mod elettroniku. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każi oħra li tressqu l-Qorti quddiem is-seduta tat-traffiku, peró dawk ma jinżammux skont il-lokalità.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34151, 34302 u 34678 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Splużjoni ta’ Tanker - Forzi Armati ta’ Malta - Rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħin tal-ġurnata, jekk sar, u jipprovdi l-ħin eżatt bis-siegħa u l-minuti, li ġie rrappurtat/innutat għall-ewwel darba mill-Operations Room tal-Forzi Armati ta’ Malta, it-traffiku ta’ ajruplani militari jtiru fuq iż-żona fejn saret l-isplużjoni tal-LNG tanker Russu nhar it-3 ta’ Marzu 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta mhumiex l-entità governattiva inkarigata mill-moniteraġġ u kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – Persuni maħruba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni u x’informazzjoni għandu l-Ministeru dwar iż-żewġ persuni li ħarbu minn fuq ajruplan nhar l-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’irriżulta mill-investigazzjoni tal-Pulizija u x’passi ttieħdu wara?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif weġibt diversi drabi, u jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.