Legislature:
Category:
Reset
Active:

Community Malta Agency — financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Community Malta Agency?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Community Malta Agency giet stabbilita fl-aħħar tas-sena 2020 permezz tal-Legislazzjoni Sussidjarja Nru 595.38 fejn din l-Agenzija assumiet il-funzjonijiet tal-Malta Individual Investor Programme Agency li giet xolta fit-22/3/2021. F’dawn ic-cirkostanzi qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Malta Individual Investor Programme Agency għaliex dawk ta’ Community Malta Agency għas-sena 2021 ikunu iffinalizati aktar tard din is-sena.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

ID Card — applikazzjoni - Persuna li tiġi tgħix Malta minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji għall-persuna li tiġi tgħix f’Malta minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, sabiex tapplika għall-ID Card?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-karta tal-identità tinħareġ biss liċ-ċittadini Maltin. Ċittadini minn pajji¿i tal-Unjoni Ewropea jinħarġilhom dokument ta’ residenza. Il-kriterji tal-applikazzjoni huma bbażati fuq il-kundizzjonijiet ta’ Direttiva 2004/38/EC dwar il-moviment ħieles ta’ ċittadini Ewropej u l-familjari tagħhom, fosthom xogħol, relazzjonijiet familjari u edukazzjoni, fost oħrajn. Ċittadini Ewropej għandhom obbligu li japplikaw għal dan id-dokument fi ¿mien tliet xhur wara li jkunu bdew jgħixu f’Malta u jintalbu jagħtu prova li għandhom mezzi suffiċenti sabiex jirrisjedu f’Malta.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23126 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Reġistru tal-Art – abbozz ta’ liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-abbozzar ta' liġi ġdida għar-Reġistru tal-Art kif kien wiegħed li ser jippreżenta qabel is-sajf tas-sena l-oħra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi ġew diskussi diversi proposti biex isiru l-emendi neċessarji għall-att prinċipali, kif ukoll għall-att sussidjarju dwar ir-regoli tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Dawn l-emendi jkopru wkoll is-sistema diġitali ġdida għar-reġistrazzjoni tal-propjetà li għandha tiġi introdotta aktar tard din is-sena. Infurmat ukoll illi dan il-proċess wasal fl-istadju tal-abbozzar tal-emendi fil-liġi.

Armi tan-nar — permessi To Keep - trasferiment ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura meta persuna tiġi nieqsa u l-permessi To Keep ta' armi tan-nar u jgħaddu għand l-armla mingħajr il-bżonn li l-armi tan-nar joħorgu mir-residenza ta' fejn ikunu jinżammu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix differenza fil-proċedura bejn: a) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal, ikollha testment fejn il-konjuġi jkunu eredi universali ta' xulxin u b) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal ma jkollhomx testment bejniethom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Armi tan-nar – liċenzja To Keep

Question

Jista’ l-Ministru jinforma x'għandu jsir bejn il-konjuġi waqt li għadhom ħajjin, biex il-mara tkun tista' tibqa’ żżomm l-armi ta' żewġha u ma jinqalgħux problemi wara l-mewt tal-holder tal-liċenzja To Keep?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue zone ta’ Malta għal kull sena fis-snin 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya matul is-snin 2019, 2020 u 2021,?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armata ta’ Malta (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

AFM – search and rescue zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet ko-ordinati mill-Forzi Armati ta’ Mala (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda li fihom l-AFM ma pparteċipawx b’dgħ jjes tagħhom, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – community policing

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk bediex jitħaddem il-kunċett tal-Pulizija fil-Komunità (Community Policing) ġewwa Għawdex u f’liema lokalitajiet beda jaħdem? Jekk le, meta hu mistenni li jibda u kemm ser ikun hemm pulizija f'kull waħda mil-lokalitajiet ta' Għawdex? Għawdex

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-community policing ġewwa l-ġżira Għawdxija beda jopera mill-1 ta’ Jannar fil-lokalitajiet kollha permezz tal-ewwel xoghol. Fil-jiem li gejjin is-servizz ikun wiehed formali. B’ kollox hemm 12 -il uffiċjal tal-komunità.

Electrogas – Kummissarju tal-Pulizija – talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Kummissarju tal-Pulizija għamel talba lill-Gvern Amerikan biex jingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b'mod awtonomu.

Korp tal-Pulizija — membri li rriżenjaw mill-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija rriżenjaw mill-Korp f'Jannar 2021 u matul Jannar 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi ma kienx hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw matul ix-xahar ta’ Jannar 2021, qabel ma għalqu ħamsa u għoxrin sena servizz. Mill-ewwel sat-18 ta’ Jannar, 2022 kien hemm membru wieħed biss li rrizenja.

Għawdex – Wied tal-Grazzja — barrier tal-ħadid tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala fix-xhur li għaddew kien hemm u għad hemm barrier tal-ħadid tal-pulizija f'parti mit-triq li hemm maġenb il-Wied tal-Grazzja fir-Rabat Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-barrier tal-pulizija li hemm f'parti mit-triq li ma tintuzax għat-traffiku, maġenb il-Wied tal-Grazzja fir-Rabat Għawdex, sabiex tindika li dan il-passaġġ jista’ jkun ta’ periklu’. Il-Pulizija ħadet azzjoni u nfurmat b’dan lill-Kunsill Lokali responsabbli.

Sejħa għal reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizja u fl-AFM

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għar-reklutaġġ kien hemm fil-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta fl-2021 u 2020 u kemm applikaw rispettivament f’kull waħda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 23742.

Immigranti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedu Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23028 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20032, jista' l-Ministru jippreżenta l-informazzjoni għaż-żewġ kategoriji msemmija minnu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-total ta’ immigranti li jirrisjedu f’Għawdex huwa 4,646 . Immigranti li jgħixu f’Għawdex li għandhom Permess ta’ Residenza li jeskludu lil dawk għandhom permess fuq bażi ta’ protezzjoni internazzjonali jammontaw għal 4,461. Filwaqt li dawk il-persuni li jirrisjedu f’Għawdex li għandhom permess fuq bażi ta’ protezzjoni internazzjonali jammonta għal 185. Irġiel Permess ta’ Residenza (esklużi dawk li għandhom protezzjoni internazzjonali) 2,387 Protezzjoni Internazzjonali 146 Nisa Permess ta’ Residenza (esklużi dawk li għandhom protezzjoni internazzjonali) 1,795 Protezzjoni Internazzjonali 15 Tfal Permess ta’ Residenza (esklużi dawk li għandhom protezzjoni internazzjonali) 279 Protezzjoni Internazzjonali 24

Korp tal-Pulizija – membri li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw mill-2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, maqsumin sena b’sena u jistax jgħid ukoll il-karigi rispettivi ta’ dawk li rriżenjaw f’dan il-perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw qabel ma għalqu il-25 servizz mis-sena 2017 sas-sena 2021 kienu dan li ġej: 2017 kien hemm 3 Spetturi, 2 Surġenti u 9 Kuntistabbli, fl-2018 kien hemm 3 Surġenti u 13-il Kuntistabbli, fl-2019 kien hemm 3 Surġenti u 8 Kuntistabbli, Fl-2020 kien hemm 5 Spetturi, 4 Surġenti u 6 Kuntistabbli filwaqt li fl-2021 kien hemm 2 Spetturi, 4 Surġenti u 16-il Kuntistabbli.

Ministeru għall-intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat lili l-Aġenzija Identity Malta għamlet donazzjoni ta’ €2,000 lill-Fondazzjoni Marigold fis-sena 2020 għall-kampanja Pink October.