Bormla — Sqas Santa Tereża - tneħħija ta' pajpijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38307 u jgħid meta se jitneħħew il-pajpijiet tal-ilma, suppost temporanji, li hemm fi Sqaq Santa Tereża Bormla, u ilhom hekk xi sentejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ninsab infurmat li Trasport Malta mhux infurmata li sar xogħol ta’ dan it-tip fuq l-imsemmija trejqa, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni preċiża għar-rigward tal-ftehim li kien sar mill-gvern fis-sena 2002 meta l-kumpanija MIA (Malta International Airport) ġiet mgħoddija lill-privat għar-rigward il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38294 u jordna li l-lokalità u r-residenti ta' Triq il-Kummerċ, Triq l-Industrija u l-madwar ġewwa Ħal Qormi jkunu moqdija b'servizz ta' karozza lejn il-lokalità kif ukoll għal Belt Valletta u dan b'tal-inqas servizz kull siegħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-żona msemmijja qatt ma' kienet servuta b’servizz tat-trasport pubbliku. L-eqreb bus stops li jinsabu fil-viċinanzi ta’ Triq il-Kummerċ u Triq l-Indusrija f`Ħal-Qormi huma l-bus stop bl-isem ‘Bankieri’ u l-bus stop bl-isem ‘Aħmar’ li hemm fi Triq il-Mitħna.
Minn dawn il-
bus stops
tgħaddi r-rotta 110 fid-direzzjoni lejn Birkirkara, Mater Dei, San Ġwann u Sliema, bi frekwenza ta’ kull siegħa, kif ukoll l-Interchange tal-Marsa minn fejn il-passiġġieri jistgħu jbiddlu r-rotta tagħhom għal bosta lokalitajiet.
Il-passiġġieri jistgħu jbiddlu ir-rotta tagħhom għall-Belt Valletta kemm mill-Interchange tal-Marsa kif ukoll mill-venda ta’ Birkirkara.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38330 u cioè: Peress li fuq il-gżira ta' Kemmuna tgħix persuna li għandha bżonn trattament tal-kliewi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, peress li ma hemmx trasport bejn il-gżira ta' Kemmuna u Għawdex u dan ir-ragel qed ikollu jħallas €150 fil-ġimgħa għat-trasport bil-baħar, jista' l-Ministru jara li din il-problema ta' trasport tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38444 u jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern li l-Ministeru tiegħu qed jikkordina bħalissa f’Malta u f’Għawdex separatament? X’proġetti hemm maħsuba li jitwettqu fiż-żewġ gżejjer separatament fl-2013 u 2014?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi teknici li qed iżżommu milli titlesta Triq il-Forġa ġewwa n-Naxxar u kif u meta dawn se jkunu riżolti u t-triq tiġi asfaltata u titlesta biex jitneħħa l-inkonvenjent u l-periklu kbir għar-residenti u dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm problema biex jinbeda x-xogħol fi Triq il-Forġa,, Naxxar minħabba l-fatt li t-triq mhix iffurmata sew u lanqas hija ffurmata l-wisgħa kollha. Huwa l-obbligu legali tas-sidien tal-proprjetajiet li jiffurmaw it-triq ta’ quddiemhom. Meta t-triq tkun iffurmata sew, il-Gvern Ċentrali għandu l-obbligu li jagħti l-wiċċ fuq din it-triq. Għaldaqstant, bħalissa hija r-responsabbilta` tas-sidien tal-art li jiffurmawha qabel ma jkun jista` jsir l-asfaltar minn Transport Malta.
Stante li l-kuntrattur qed jimplika li t-triq ilestiha meta jidhirlu hu, jista' l-Ministru jara li t-triq bejn Wied il-Għajn u Marsaxlokk titlesta peress li x-xogħol fuqha ilu li nbeda x-xhur u miexi b'mod sporadiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika l-isem tat-triq li qed jirreferi għaliha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38049, jista' l-Ministru jgħid jekk:
a) sid il-proprjetà li hija biċċa art fejn trid tiġi triq (li ritratt dwarha qed jingħata separatament) jistax jitlob lill-gvern biex jesproprja din l-art;
b) x'inhi l-proċedura li għandha tkun segwita mill-gvern biex jara li din l-art tkun imħallsa mill-gvern sabiex tkun tista' tinfetaħ it-triq; u
ċ) liema regolament jew liġi jistipula li hemm l-obbligu li ssir it-triq rispettiva hija tal-privat?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-mistoqsijiet huma ta’ natura teknika dwar esproprjazzjoni, liema materja taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-Kummissarju tal-Artijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rigwad il-mistoqsija (ċ) nirreferi lill-Onor. Interpellant għall S.L.499.57 Reg 12,2 u 9(1).
Direttorat Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura — messenger driver
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36841, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-messaġier imsemmi jesegwixxi l-ħidma tiegħu b'karozza mill-ġodda u li din tinsab mingħajt il-logo tal-Awtorità? Jista' jgħid wara l-ħinijiet uffiċjali dan l-impjegat x'tip ta' xogħol jesegwixxi iġifieri wara l-ħin tal-4:05pm, u jekk hux konness mal-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li għaddew sena u erba' xhur mir-riforma għat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li l-kumpanija Arriva għandha fuq it-toroq maltin? Jista' jgħid kemm minn dawn il-vetturi jilħqu u ġew rikonoxxuti bħala Euro V?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Arriva Malta Ltd għandha 285 karozzi tal-linja liċenzjati fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, li minnhom hemm 278 vetturi li huma Euro V.
Infurmat ukoll li s-7 vetturi l-oħra qegħdin fi proċess sabiex jiġu modifikati u jlaħħqu mal-istandard ta’ Euro V. Transport Malta qegħdha timponi l-penalitajiet applikabbli mit-3 ta’ Lulju 2012 skont il-ftehim iffirmat sakemm dawn ilaħħqu l-livell mitlub ta’ emissjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38125 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li se jsiru fix-Xatt tal-Isla, kif ukoll it-time frames meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni mitluba. Jien infurmat li x-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar ta' Ġunju tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel l-Awtorità tal-Komunikazzjoni issa li l-istazzjoni Calypso Music sar GIO (General Interest Objective) biex il-kumpanija Go takkomoda spazju fuq l-iskeda tat-TV tagħha lil xi stazzjoni lokali li għamel upgrade tas-servizz tiegħu bħal fil-każ tal-UTV?
Response (GATT, AUSTIN)
Infurmat li r-rwol ta’ l-MCA hija li tassenja l-frekwenza fir-rigward tal-GIO (‘General Interest Objective’) kif ukoll li tistabbilixxi l-kriterji fir-rigward ta’ l-obbligi tal-‘Must Carry’ u timplimenta l-istess.
Fil-kuntest tal-qafas regolatorju li allura jorbot lill-MCA fil-qadi ta’ ħidma tagħha, mhuwiex il-kompitu tal-MCA li:
· Hi taghmel is-selezzjoni ta’ dawk l-istazzjonijiet li ser jitqiesu li huma GIO jew tiddetermina kemm stazzjonijiet għandhom jaqgħu taħt din il-kategorija.
· Tordna u/jew tindaħal fil-
line-up
kummerċjali tal-operaturi tat-TV. Din hija deċiżjoni purament kummerċjali ta’ l-istess operaturi tat-TV.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Ġiljan — Triq Claire Engel - spazji riswervati bla linji
Question
Jista' l-Ministru jara li Transport Malta tieħu l-passi meħtieġa biex malajr kemm jista' jkun dawk l-ispazji kollha riservati għall-ipparkjeġġar għall-persuni diżabbli fi Triq Claire Engel, San Ġiljan jerġgħu jiġu miżbugħa għax meta din it-triq inksiet dan l-aħħar ġew mgħottija dawn l-ispazji kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mir-rekords ta’ Transport Malta jirriżulta li fi Triq Claire Engel, San Ġiljan kien hemm reserved parking bay waħda approvata u din ser tiġi miżbugħa fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' għadd ta' residenti tas-Swatar li minkejja s-servizz 110 u 123 tal-Arriva kull siegħa qed jkun hemm spiss nuqqas serju ta puntwalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjonijiet tiegħu lil Transport Malta biex tieħu dik l-azzjoni li hemm bzonn.
Jista' l-Ministru jara li Triq Ġdida fi triq ix-Xitwa fil-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u ukoll hemm aktar minn 80 fil-mija minnha mibni, tingħata wiċċ xieraq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja li għandha liċenzjati l-kumpanija Arriva f'Malta għal xogħol ta' transport Malta? Kemm minn dawn il-vetturi huma bendy buses? Minbarra l-karozzi tal-linja, kemm hemm minibuses jew vetturi oħra li qed jintużaw għat-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Arriva Malta Ltd għandha 285 karozzi tal-linja liċenzjati fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku. Minn dawn hemm 68 vettura li huma vetturi tat-tip articulated.
Infurmat ukoll li l-kumpanija Arriva Malta Ltd għandha vettura waħda
subcontracted
tat-tip
minibus
li topera fuq ir-rotta 401.
Jista' l-Ministru jara jekk ir-rotta 401 tista' tkun mibdula biex tibda tkopri dawn il-lokalitajiet b'din l-ordni: Rabat, Ta' Salib, Għammieri, Żebbieħ, Wardinja u Buġibba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r- Rotta 401, mill-11 ta’ Novembru 2012, ġiet estiża sabiex tkopri fiha l-lokalitajiet taż- Żebbiegħ u Għemmieri. Dan sabiex ir-residenti tal-Għemmieri jingħataw servizz ta’ trasport pubbliku li ma’ kellhomx qabel.
Infurmat ukoll illi Transport Malta sejra tkun qegħdha tevalwa r-rakkommandazzjoni illi testendi din ir-rotta għall-inħawi tas-Salib u r-Rabat fil-futur.
Mosta — Karozza tal-linja li tgħaddi minn Triq San Pawl tal-Qlejja
Question
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex it-trasport pubbliku min-naħa ta' Triq San Pawl tal-Qlejja fil-Mosta, fejn qabel ir-riforma kienet tgħaddi l-karozza tal-Imġarr, li llum għandha n-numru 44, issa mhux tgħaddi l-ebda waħda? Jista' jara li terġa' tibda tgħaddi din il-karozza minn Triq San Pawl tal-Qlejja Mosta lejn l-Imġarr u lura minn hemm lejn il-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi fis-sistema preċedenti kien hemm biss karozza waħda li kienet tgħaddi kull siegħa. Illum l-eqreb bus stop li jinsab fil-viċinanzi ta' San Pawl tal-Qlejja tal-Mosta huwa l-bus stop bl-isem 'Għolja' 1 li hemm fi Vjal Indipendenza Mosta, ċirka 700 metru bogħod, iżda minn dan il-bus stop minnflok servizz wieħed jgħaddu jgħaddu dawn ir-rotot fid-direzzjoni lejn iċ-ċentru tal-Mosta:
· Rotta 31 bi frekwenza ta 20 minuta
· Rotta 41 bi frekwenza ta 30 minuta
· Rotta 42 bi frekwenza ta 60 minuta
· Rotta 44 bi frekwenza ta’ 30 minuta
· Rotta 205 bi frekwenza ta’ 60 minuta
Minkejja dan, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta ħadet nota ta' dan is-suġġeriment, liema suġġeriment ser ikun qiegħed jiġi kkunsidrat fil-futur.