Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 470 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru W330.

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 5 – Investigazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2086 dwar investigazzjonijiet li saru da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) fejn intqal li “fl-2016, fl-2021 u fl-2022 infetħu żewġ investigazzjonijiet fis-sena u li huma pendenti”, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investigazzjonijiet in kwistjoni, tenut kont li għadda ċertu żmien minn mindu nbdew, għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll f’kull każ li għadu pendenti għal liema settur jirrelata?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tul ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni jvarja skont diversi fatturi, fosthom il-kumplessità tal-każ, in-numru ta’ allegazzjonijiet u ta’ intrapriżi involuti, kif ukoll il-volum ta’ informazzjoni li jkun meħtieġ jinġabar u jiġi analizzat. Għaldaqstant, investigazzjonijiet partikolarment kumplessi jistgħu jieħdu numru ta’ snin sabiex jiġu konklużi. Fir-rigward taż-żewġ investigazzjonijiet li nbdew fl-2016, dawn jirrigwardaw l-istess partijiet u joriġinaw minn ilment li kien jinkludi aktar minn għaxar allegazzjonijiet ta’ aġir antikompetittiv. Fl-2021, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni bagħat ir-riżultanzi provviżorji tiegħu lill-partijiet konċernati u minn dakinhar kompla jeżamina s-sottomissjonijiet tagħhom u jwettaq il-proċess investigattiv meħtieġ. Il-każijiet li għadhom pendenti dwar allegat ksur tal-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni , li jmorru lura għas-snin 2016, 2021 u 2022, jirrigwardaw is-setturi tal-intratteniment, it-telekomunikazzjoni, is-saħħa, l-annimali u s-settur marittimu.

Social Climate Fund – Sejħiet għall-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan u l-iskeda ta' meta ser jibdew joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet tas-Social Climate Fund u liema setturi ser jikkonċernaw?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima huwa mistenni li jiġi varat għada is-6 ta’ Ottubru 2026. Wara dan, ser jibda l-proċess tal-ħruġ tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Social Climate Fund – Pjan nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern finalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta? Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni ta' dan l-istess pjan nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li kopja tal-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima, kif ġie sottomess u approvat mill-Kumissjoni Ewropeja, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 9 – Investigazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 974 dwar investigazzjonijiet li saru da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379), jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti dawn l-investigazzjonijiet?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi żewġ investigazzjonijiet infetħu fl-2016, u l-bqija tal-investigazzjonijiet infetħu fl-2021, 2023 u fl-2026 u li huma pendenti.

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 5 – Investigazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 973 dwar investigazzjonijiet li saru da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379), jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti dawn l-investigazzjonijiet?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016, fl-2021 u fl-2022 infetħu żewġ investigazzjonijiet fis-sena u li huma pendenti.

MCCAA – Prattiċi ta’ Ponzi schemes – Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux qed jinvestiga prattiċi ta' Ponzi schemes f'Malta, li jikkostitwixxu ksur tal-Kapitlu 378 tal-liġijiet ta' Malta fuq bażi ta' unfair commercial practice? Jista' jgħid ukoll x'miżuri qed jittieħdu biex jiġu evitati prattiċi bħal dawn?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bħalissa qegħda tagħmel analiżi sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx elementi li jwasslu għall-ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-konsumatur fid-dawl ta’ dak stabbilit fil-paragrafu 14 tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Sptar Mater Dei – Proġett ta’ estensjoni – Finanzjament ta’ fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1038 u jgħid jekk il-finanzjament ta’ fondi Ewropej mill-proġett tal-estensjoni tal-Isptar Mater Dei tneħħiex sabiex tinħareġ direct order ta’ €120 miljun? Jekk iva, jista’ jgħid: i.    għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni, ii.    x’ser jiġri minn dawn il-fondi, u iii.   jekk dawn il-fondi hux ser jintilfu jew jekk ġewx ridirezzjonati f’xi proġett ieħor, u jekk iva, f’liema proġett?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi Ewropej li oriġinarjament kienu ppjanati sabiex jikkonfinanzjaw l-Estensjoni tal-Emerġenza fl-isptar ġew allokati fuq proġetti infrastrutturali oħra.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 704.

Sptar Mater Dei - Proġett ta’ estensjoni - Finanzjament ta’ fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-finanzjament ta’ fondi Ewropej mill-proġett tal-estensjoni tal-Isptar Mater Dei tneħħiex sabiex tinħareġ direct order ta’ €120 miljun? Jekk iva, jista’ jgħid: i.    għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni, ii.    x’ser jiġri minn dawn il-fondi, u iii.   jekk dawn il-fondi hux ser jintilfu jew jekk ġewx ridirezzjonati f’xi proġett ieħor, u jekk iva, f’liema proġett?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet - Konsultazzjoni pubblika - Emendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus attwali, sussegwenti għal konsultazzjoni pubblika li saret f’Jannar 2026 biex jiġu emendati r-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet? Jista’ b’mod partikolari jagħti ħjiel ta’ meta ser jiġu ppubblikati l-emendi inkwistjoni?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Filwaqt li nirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 34119 tal-XIV -il leġislatura, infurmat li ġiet ippubblikata r-risposta tal-Gvern għall-konsultazzjoni. L-emendi jiġu ppubblikati ladarba jitlestew il-proċeduri neċessarji.

Fondi Ewropej - Enerġija rinnovabbli - Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli ffinanzjati minn fondi Ewropej? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u fejn se jsiru?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-identifikazzjoni, l-ippjanar, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeri u l-entitajiet skont il-pjanijiet u l-objettivi tagħhom. Il-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur huwa responsabbli mill-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea.

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 9 – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 554 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, x’inhu l-istatus u għal liema settur tirrelata l-investigazzjoni?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninsab infurmat illi rigward allegat ksur tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 saru seba’ (7) investigazzjonijiet fis-setturi tal-Intratteniment, Telekomunikazzjoni, Enerġija, Annimali u Gaming. Żewġ investigazzjonijiet ġew magħluqa filwaqt li l-bqija tal-investigazzjonijiet għadhom pendenti.

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 5 – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 553 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, x’inhu l-istatus u għal liema settur tirrelata l-investigazzjoni?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninsab infurmat illi rigward allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 saru sitt (6) investigazzjonijiet fis-setturi tal-Intratteniment, Telekomunikazzjoni, Saħħa, Annimali u Marittimu. Dawn l-investigazzjonijet għadhom pendenti.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta għadha qed tinġabar.

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 9 – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, x’inhu l-istatus u għal liema settur tirrelata l-investigazzjoni?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta għadha qed tinġabar.