Legislature:
Category:
Reset
Active:

NCPE — Proċedura għall-ipproċessar ta’ lmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi l-proċedura tal-NCPE biex jiġi pproċessat ilment li jinkludi target timeframes?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

NCPE — Ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi d-data ta’ meta kull ilment wasal jew inbeda, id-data ta’ meta nħarġet l-opinjoni tal-NCPE jew l-opinjoni għadha pendenti, u n-numru ta’ ġranet li ħadet l-NCPE sal-lum biex tinvestiga u toħroġ l-opinjoni tagħha dwar kull wieħed mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

NCPE – Ilmenti fl-2021 — Appoġġ lill-vittmi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi sommarju tal-appoġġ mogħti lill-vittmi, inkluż legali u psikoloġiku, mill-NCPE lill-ilmentaturi (allegati vittmi) ta’ kull wieħed mill-24 ilment imressqa lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

NCPE – Ilmenti – Allegat reati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 indikaw allegat reat, jekk l-NCPE rrappurtatx ir-reat lill-pulizija jew le u, jekk l-NCPE ddeċidiet li ma tirrapportax ir-reat, ir-raġuni għaliex ma rrappurtatx? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

NCPE – Ilmenti fl-2021 kontra s-settur privat, is-settur pubbliku u s-servizz pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 saru kontra s-settur privat, is-settur pubbliku u s-servizz pubbliku u jelenka l-Ministeru, l-entità, l-awtorità, eċċ. rilevanti li kontrihom sar l-ilment, kemm direttament kif ukoll indirettament? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

NCPE – Ilmenti fl-2021

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 kienu dovuti għal provvedimenti fil-leġiżlazzjoni, fil-PSMC, fil-ftehimiet kollettivi u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jirriżultaw? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista bid-dettalji mitluba minnu rigward nefqa fuq programmi tat-televixin mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari tinsab hawn taħt mehmuża. Il-programmi kienu diskussjonijiet informattivi. Data Nefqa eskluż VAT€ Isem tal-Programm Stazzjon 02-Feb-24 400 TVAM TVM 05-Feb-24 170 Illum ma' Steph TVM 06-Feb-24 200 Niskata TVM 12-Feb-24 138 Ġimgħa b'Ġimgħa NET TV 15-Feb-24 250 Kalamita ONE TV 16-Feb-24 400 TVAM TVM 22-Feb-24 250 fLiving Show fLiving 23-Feb-24 138 Bejnietna NET TV 29-Feb-24 250 Kalamita ONE TV 29-Feb-24 250 fLiving Show fLiving 10-Jan-24 170 Illum ma' Steph TVM 12-Jan-24 100 Bejnietna Net TV 16-Jan-24 100 Kalamita One TV 24-Jan-24 170 Illum ma' Steph TVM 25-Jan-24 100 Bejnietna Net TV 30-Jan-24 100 Kalamita One TV 07-Feb-24 170 Illum ma' Steph TVM 08-Feb-24 100 Bejnietna Net TV 16-Feb-24 100 Kalamita One TV 20-Feb-24 170 Illum ma' Steph TVM 22-Feb-24 100 Bejnietna Net TV 27-Feb-24 100 Kalamita One

Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16392.

Unjoni Ewropea – Għajnuniet lis-sajjieda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15681 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid kemm kien hemm sajjieda li bbenefikaw minn għajnuniet tal-Unjoni Ewropea, sena b’sena, mill-2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna, kemm-il sajjied ibbenefika minn din l-għajnuna, x’kien l-istatus ta' kull sajjied (sajjieda full-time, sajjieda żgħażagħ, etc.) u x’inhu l-ammont ta' flus li bbenefika minnu kull sajjied?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

NCPE – Ilmenti — Case summary

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi case summary tal-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumissjoni għandha obbligu ta' kunfidenzjalità li jimponi l-artikolu 18(5) tal-Kap. 456 tal-Liġijiet ta' Malta.

NCPE — Proċedura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi l-proċedura tal-NCPE biex issegwi l-opinjonijiet tagħha u tipprovdi, fejn meħtieġ, medjazzjoni bejn il-partijiet involuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura li qed jirreferi għaliha hija tinsab fl-Artikolu 8 tal-Avviż Legali 316 tal-2011, li jgħid: 8. Meta l-Kummissjarju jaġixxi bħala medjatur bejn il-persuna li ressqet l-ilment u l-persuna li kontra tagħha li jkun sar l-ilment skont artikolu 18(1)(b)(ii) ta’ l-Att u l-persuna li kontra tagħha jkun sar l-ilment, jew il-persuna li ressqet l-ilment, tonqos milli taderixxi mal-ftehim negozjat fil-kors tal-medjazzjoni, il-Kummissarju jista’, permezz ta’ rikors, jitlob lill-Qorti Ċivili, Prim’Awla, biex tordna lill-persuna li hekk tonqos milli taderixxi mat-termini tal-medjazzjoni sabiex tieħu kull azzjoni rimedjali hekk kif il-qorti tista’ tordna. L-Artikolu 18(1) tal-Att jipprovdi li: 18. (1) Wara li jagħmel jew tagħmel l-investigazzjoni l-Kummissarju jista’ jew tista’ - (a) jiċħad jew tiċħad l-ilment, jew (b) jiddeċiedi jew tiddeċiedi li l-ilment ikun ġie ppruvat u għaldaqshekk huwa għandu: (i) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha tkun tikkostitwixxi reat, għandu jsir rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija biex imexxi min-naħa tiegħu; jew (ii) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha ma tkunx tikkostitwixxi reat, għandha tiġi interpellata l-persuna li kontriha jkun sar l-ilment sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni, u tagħmilha ta’ medjatur bejn min jilmenta u dik il-persuna bil-għan li tiġi risolta l-kwistjoni. (2) Ir-riżultanzi tal-Kummissarju taħt is-subartikolu (1) ma jkunux vinkolanti fuq min jilmenta u l-persuna li kontriha jkun indirizzat l-ilment kemm-il darba dawn ma jiddikjarawx b’mod espress u bil-miktub li huma hekk marbutin.

NCPE — opinjonijiet mhux implimentati - tagħrif lill-pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi l-proċedura tal-NCPE biex tinforma lill-pubbliku b’opinjonijiet li ma ġewx implimentati partikolarment dawk li huma ta’ interess nazzjonali u dawk li jaffettwaw diversi individwi mhux biss lill-ilmentatur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema każijiet qiegħed jirreferi.

Opinjonijiet mhux implimentati — Sommarju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jagħti lista b’sommarju tal-opinjonijiet li sal-lum għadhom mhux implimentati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

NCPE – Ilmenti fl-2021 — Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi r-rakkomandazzjoni tal-NCPE dwar l-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021, jgħid jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati u jekk l-NCPE għamlitx medjazzjoni bejn il-partijiet involuti? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — Promozzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza u Djalogu Soċjali permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16514.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm-il euro minn fondi speċifiċi tal-Unjoni Ewropea l-Gvern ta lill-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija lejn u minn Malta bl-iskop speċifiku li jnaqqsu l-carbon footprint tagħhom fl-aħħar sena? Jista’ jgħid ukoll meta u taħt liema fondi u lil min ingħataw tali fondi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm ebda skema bi skop speċifiku biex is-settur imsemmi jnaqqas il-carbon footprint tiegħu.

Kap. 427 – Persuni li tressqu l-Qorti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti minħabba allegat ksur tal-artikolu 12 tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti, Kap. 427, sena b’sena mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk kien hemm xi każijiet, jista’ jgħid f’kull każ, x’inhu l-istatus attwali tal-proċeduri quddiem il-Qorti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tal-2021 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kien hemm kumpanija waħda li tressqet il-Qorti minħabba allegat ksur taħt l-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti. Il-każ għadu għaddej quddiem il-Qorti.

MCCAA — Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi - Ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm attwalment hemm uffiċċjali fi ħdan id-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi li tifforma parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-professjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-uffiċċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment hemm 36 uffiċċjal fi ħdan id-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi li tifforma parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Dettalji huma skont it-tabella hawn taħt. MCCAA Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi - Ħaddiema 1 Director General (Technical Regulations) 1 Director (Regualtory Affairs) 1 Director (Market Surveillance) 1 Senior Manager - Regulatory Affairs 1 Assistant Director Regulatory Affairs 4 Senior Professional Officer - Engineer 3 Senior Professional Officer - Scientist 3 Senior Professional Officer (Pesticides Control Unit) 2 Senior Professional Officer (Scientific Stream) 2 Professional Officer - Engineer 6 Professional Officer - Scientist 1 Professional Officer (Architect) 1 Professional Officer (Scientific Stream) 5 Senior Administrative Officer 1 Senior Officer - Technical 1 Officer Technical 2 Inspector Market Surveillance