Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15125 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u jippreżenta lista li turi: a. iż-żieda perċentwali fil-pagi għal kull ftehim kollettiv iffirmat matul l-2022 u l-2023 fis-Settur Pubbliku u Ċivili u s-Section/Sector/Authority li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv? b. l-isem tal-Unjoni li magħha saru n-negozjati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Baġit 2023 — 'Tax Credit għal Terapiji'

Question

B'referenza għall-paġna 30 tad-Diskors tal-Baġit għall-2023, taħt is-sottotitlu 'Tax Credit għal Terapiji', jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenifika minn tax credit refund ta' €200 minn Jannar 2023 sa Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kienet tammonta l-ispiża totali biex dawn it-tax credits ingħataw lura lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola/l-applikazzjoni li kienet qed timtela mill-ġenituri biex kienu eleġibbli għal dan it-tax credit u jindika wkoll minn liema sit setgħet titniżżel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Baġit 2024 –'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita'

Question

B'referenza għall-paġna 31 tad-Diskors tal-Budget għall-2024, taħt is-sottotitlu 'Żieda fit-Tax Credit għal Terapiji ta' tfal b'diżabilita', jista' l-Ministru jgħid, kemm huwa l-fond allokat għal dan, għal din is-sena kalendarja, jiġifieri l-2024, u kemm jistma li ser jidħlu applikazzjonijiet għal tax credit refund, ibbażat fuq is-sena preċedenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Selmun Palace Hotel – xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9185, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal manutenzjoni estensiva tas-Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa nħariġx? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan it-tender u jekk dan ġiex aġġudikat? Jekk le, jista’ jgħid meta hu mistenni li jinħareg dan it-tender?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Selmun Palace Hotel – Pjan biex tiġi żviluppata mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern fir-rigward tas-Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa, u jekk hemmx ħsieb li din il-binja tinbiegħ sabiex din tiġi żviluppata mill-ġdid?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’din l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda talba f’dan ir-rigward.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Ċifri dwar il-popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' kull lokalità (kull lokalità kif definita fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali) skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika? Jista' jgħid ukoll meta dawn iċ-ċifri dwar popolazzjoni ta' kull lokalità ġew ippubblikati l-aħħar, fejn ġew ippubblikati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (stimi tal-1 ta’ Jannar 2023) ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 22 ta’ Settembru 2023 (paġna 10,825) L-istess informazzjoni hija ppublikata fuq is-sit tal-NSO.

Prodotti tal-ikel mitluba biex jorħsu — Studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru biex issir it-talba biex il-bejjiegħa tal-ikel iraħħsu l-prezzijiet fuq numru ta’ prodotti tal-ikel u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istudji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Prodotti tal-ikel mitluba biex jorħsu — Korrispondenza

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-email mibgħuta lill-bejjiegħa tal-ikel (food retailers) fejn qed jitlob li dawn iraħħsu l-prezzijiet tal-ikel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda talba f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa — Palazz ta' Selmun - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14592 u jgħid x’inhu x-xogħol ta' restawr li mistenni jsir fil-Palazz ta’ Selmun, fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan ix-xogħol jibda u meta hu mistenni li jitlesta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

COLA – Mekkaniżmu ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jiġi ffinalizzat il-mekkaniżmu l-ġdid tal-COLA u meta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull tibdil fil-mekkanizmu tal-COLA irid ikun maqbul bejn l-imsieħba soċjali, liema tibdil jitħabbar jekk jew meta jkun maqbul.

Selmun Palace Hotel – Espressjoni ta’ Interess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15304 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.