Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, minn liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Investiment Dirett Barrani f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-Investiment Dirett Barrani f'Għawdex matul is-snin 2018, 2019 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2020?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx informazzjoni dwar Investiment Dirett Barrani f’Għawdex.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16435 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 11386, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: talba waħda Jannar-Settembru 2020: 22 talba It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu. Minn dawn kien hemm 3 talbiet milqugħa, 13 irrifjutati u 7 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Eco tax – Flus miġbura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15521 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġabru flus s’issa mill-Ecotax fuq it-turiżmu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont miġbur s’issa bħala Kontribuzzjoni Ambjentali (Environmental Contribution) fuq akkommodazzjoni minn meta daħlet fis-seħħ fl-2016 sa Ġunju 2020 jammonta għal €13,168,475. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-ammonti miġbura sena b’sena.

Home Equity Release for Pensioners

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13778 u 14526, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex approvat bank sabiex l-“Equity Release for Pensioners” tibda titħaddem?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħditiet bejn l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-bank li ressaq l-applikazzjoni biex toffri ‘Equity Release Financial Products’, għadhom għaddejjin.

Bord tal-Accountancy – Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16427 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Accountancy? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi min Jannar 2013 sad-data tal-lum, saru ħamsa u sebgħin (75) laqgħa tal-Bord tal-Accountancy. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija protetta mill- Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Għaldaqstant din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Bord tal-Accountancy – rapporti annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16428 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-Bord tal-Accountancy dwar is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-Bord tal-Accountancy.

Bord tal-Accountancy — membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16425 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li ġew maħtura bħala membri tal-Bord tal-Accountancy? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-membri meta ġie maħtur u minn min ġie maħtur?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-Bord ġew maħtura skont Artiklu Numru 6 ta’ l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, KAP 281 tal-Liġijiet ta’ Malta. Din l-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern kull meta ġie approvat il-Bord, u/jew kien hemm tibdil fil-kompozizzjoni tal-Bord.

Kuntratti ta’ trasferiment ta’ proprjetà reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta’ trasferiment ta’ proprjetà fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 u għal kull sena, u jaqsam l-informazzjoni skont kemm kien hemm konvenji reġistrati fil-brackets tal-valuri hawn taħt indikati? - Taħt il-€100,000 - Bejn €100,001 u €200,000 - Bejn €200,001 u €300,000 - Bejn €300,001 u €500,000 - Bejn €500,001 u €750,000 - Bejn €750,001 u €1,000,000 - Bejn €1,000,001 u €1,500,000 - Bejn €1,500,001 u €2,000,000 - Bejn €2,000,001 u €2,500,000 - Bejn €3,000,001 u €4,000,000 - Aktar minn €4,000,000

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella ta' hawn taħt: VALUR2017201820192020 Taħt il-€100,0008124809177464609 Bejn €100,001 u €200,0004668478448242983 Bejn €200,001 u €300,0001448192324221627 Bejn €300,001 u €500,00093312221383900 Bejn €500,001 u €750,000318455447273 Bejn €750,001 u €1,000,000159201224101 Bejn €1,000,001 u €1,500,00010618214992 Bejn €1,500,001 u €2,000,00044786533 Bejn €2,000,001 u €2,500,0002438317 Bejn €3,000,001 u €4,000,0007202119 Aktar minn €4,000,00028372112

Konvenji fuq proprjetà reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq proprjetà fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 u għal kull sena, jaqsam l-informazzjoni skont kemm kien hemm konvenji reġistrati fil-brackets tal-valuri hawn taħt indikati? - Taħt il-€100,000 - Bejn €100,001 u €200,000 - Bejn €200,001 u €300,000 - Bejn €300,001 u €500,000 - Bejn €500,001 u €750,000 - Bejn €750,001 u €1,000,000 - Bejn €1,000,001 u €1,500,000 - Bejn €1,500,001 u €2,000,000 - Bejn €2,000,001 u €2,500,000 - Bejn €3,000,001 u €4,000,000 - Aktar minn €4,000,000

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuza: VALUR2017201820192020 Taħt il-€100,0004457599059113364 Bejn €100,001 u €200,0003890478750582603 Bejn €200,001 u €300,0001500221930651824 Bejn €300,001 u €500,000891129717591074 Bejn €500,001 u €750,000302450515298 Bejn €750,001 u €1,000,000123219239129 Bejn €1,000,001 u €1,500,00010315120276 Bejn €1,500,001 u €2,000,00038657740 Bejn €2,000,001 u €2,500,00024334513 Bejn €3,000,001 u €4,000,00010293411 Aktar minn €4,000,00025433616

Kuntratti – persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz tal-IIP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 kienu persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz tal-IIP?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxa fuq Proprjetà m’għandux l-informazzjoni li qed tintalab minnu.

Flejjes allokati fil-budget tas-sena rispettiva – ħlas lill-VGH u Steward Health Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu allokati flejjes fil-budget tas-sena rispettiva u kemm effettivament tħallsu flejjes lill-kumpanija VGH jew Steward Health Care jew kumpaniji relatati magħhom fis-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020, u jaqsam l-informazzjoni skont il-budgetary line items rispettivi hekk kif jidhru fl-Estimi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

VGH – Tender – rwol ta’ kumpanija

Question

B’referenza għat-tender tal-Vitals Global Healthcare (VGH), jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rwol tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tinkiteb it-tender u/jew biex tagħti parir lill-gvern dwar din l-għotja u l-għażla tal-VGH?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, fl-ebda mument ma kellu rwol biex jinkiteb dan it-tender, jew jagħti xi parir dwar l-għotja u l-għażla ta’ min jieħu dan it-tender. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

NGOs — ħlas ta €50 għal lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16452 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Għaqdiet Non Governattivi (NGOs) humiex eżentati milli jħallsu €50 għal kull lotterija li jagħmlu biex jinġabru fondi għall-operat tagħhom? Jekk iva, jidhirlux li l-ħlas ta' €50 huwa eċċessiv meta mqabbel mal-ammonti żgħar ta' fondi li jinġabru, iktar u iktar meta dawn il-fondi jintużaw għal skop soċjali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-valur imsemmi huwa skorrett. Fl-istess ħin ninforma li ma nbidel xejn milli kien hemm qabel, u għalhekk kull lotterija li tiġi organizzata teħtieġ permess mill-Awtorita ta’ Malta dwar il-Logħob, inkluz l-NGO’s.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-MFSA tat €1,000 fl-2015, €26,000 fl-2019 u €25,000 f’din is-sena sa Settembru lill-Marigold Foundation, waqt li l-MGA tat lill-istess fondazzjoni €20,000, €20,000, €40,000, €40,000 u €50,000 fis-snin bejn l-2015 u l-2019.

MCA – lista ta’ għaqdiet fuq livell ewropew li hi membru tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hi membru? F’kull każ, jista’ jelenka s-sehem tal-MCA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellat illi l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hija membru ta’ l-entitajiet regolatorji elenkati hawn taħt: ▪ Independent Regulators Group (IRG) – L-IRG hija għaqda tar-regolaturi Ewropej li tiddiskuti prattiċi u mi¿uri regolatorji. ▪ Body of European Regulators for Electronic Communications (BEREC) – din hija aġenzija Ewropeja li ġiet inwaqqfa b’Regolament Ewropew u tħares l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Din tlaqqa’ flimkien ir-regolaturi ta’ l-Unjoni Ewropeja u il-Kummisjoni Ewropeja. L-MCA tipparteċipa attivament fil-laqgħat tal-kapijiet tar-regolaturi u fil-gruppi ta’ xogħol li jħejju opinjonijiet, linjigwida u rapporti tekniċi oħra fuq l-aħjar implimentazzjoni tal-qafas regolatorju. ▪ European Regulators Group for Postal Services (ERGP) – Din agħan u struttura simili bħall-BEREC, i¿da din taħdem fil-qasam regolatorju tas-servizzi postali fl-Unjoni Ewropeja. ▪ Forum of European Supervisory Authorities for eIDAS Regulation – Bħala Supervisory Authority, l-MCA tattendi regolarment laqgħat ta’ dan il-forum fejn jiġu diskussi materji relatati ma’ s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi (trust services for electronic transactions).

MDIA – lista ta’ għaqdiet fuq livell ewropew li hi membru tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) hi membru? F’kull każ, jista’ jelenka s-sehem tal-MDIA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali hija membru ta’ dawn l-Għaqdiet imsemmija, li huma: ECCG - European Cybersecurity Certification Group Dan il-grupp jiddiskuti skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni tas-cybersecurity. CENELEC CEN/CLC/JTC 19 - European Committee for Electrotechnical Standardization – Blockchain and DLTs Dan il-grupp jiddiskuti standards li potenzjalment jistgħu jintuzaw b’rabta ma’ sistemi ta’ blockchain li għandhom ikunu ċċertifikati. AI Watch Steering Group - Interaction with Member States – Group on AI and DEI Il-grupp iddiskuta d-definizzjoni tal-Intelliġenza Artificjali, il-prinċipji etiċi tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-uzu ta’ sandbox u Edge AI, u kif ukoll l-uzu tad-data. CAHAI - Ad hoc Committee on Artificial Intelligence Il-kumitat jevalwa l-qafas legali għall-iżvilupp, disinn u applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali. European Blockchain Partnership (EBP) Technical Group Dan il-grupp qed jiddiskuti rizultati tekniċi għal use-cases, funzjonalitajiet u arkitettura tal-EBSI (European Blockchain Services Infrastructure) u l-mudell ta’ governanza. European Blockchain Partnership (EBP) Policy Group F’dan il-grupp qed ikun stabbilit l-EBSI (European Blockchain Services Infrastructure) billi jappoġġjaw l-iżvilupp u l-aġenda li tiddefenixxi l-politika fuq id-DLT (Distributed Ledger Technologies). European Blockchain Partnership (EBP) Technical Governance Dan il-grupp qed jaħdem biex issir it-tieni verżjoni tal-EBSI (European Blockchain Services Infrastructure). European Digital Innovation Hubs (eDIH) Dan il-grupp qed jaħdem biex jistabbilixxi u jimmonitorja eDIH; fejn fil-kaz ta’ Malta se jkun dwar HPC (High Performance Computing).

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzarji – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11386 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizjattiva u meta ngħatat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.