Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?
TCNs – Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tat-total ta’ taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal dawn jirrappreżentaw mit-total tad-dħul miġbur minn dawn is-sorsi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-Diskors tal-Budget 2027, li sar nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-proċess RAM/001/2025 relatat mal-Agricultural Waste Treatment Plant li issa huwa propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kull appell, objection jew proċedura li tressqet quddiem il-Public Contracts Review Board fir-rigward ta’ dan il-proċess? Jista’ jgħid ukoll, għal kull każ, min ressaq il-proċedura, x’kienet il-bażi tagħha, x’kien l-eżitu u jekk sarux tibdiliet fil-PQQ, fid-dokumentazzjoni jew fil-proċedura bħala riżultat tagħha? Jista’ wkoll, b’mod partikolari, jagħti d-dettalji tal-proċedura marbuta mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jqiegħed id-deċiżjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 2372.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4038 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid liema kienu dawk il-pajjiżi barranin li l-ġenituri b’ċittadinanza ta’dak il-pajjiż kellhom l-akbar numru ta’ trabi mwielda f’Malta bejn Jannar u Ġunju 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għall-perjodu fil-mistoqsija għadu mhux disponibbli.
L-informazzjoni tas-sena 2026 tiġi kkompilata mill-NSO iktar tard matul is-sena d-dieħla.
KM Malta Airlines – Servizzi ta’ konsulenza professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3490 u jgħid kemm nefqet KM Malta Airlines fuq servizzi ta’ konsulenza professjonali mill-bidu tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll:
i. jipprovdi l-isem tal-konsulenti jew tad-ditti li ngħataw dawn il-kuntratti;
ii. jipprovdi l-ammont imħallas lil kull wieħed minnhom;
iii. jgħid is-servizzi li għalihom ġew ingaġġati; u
iv. jgħid jekk dawn is-servizzi ngħatawx permezz ta’ sejħa għall-offerti, proċess kompetittiv jew b’għotja diretta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
KM Malta Airlines – Kontijiet finanzjarji awditjati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3489 u jgħid jekk il-kontijiet finanzjarji awditjati ta’ KM Malta Airlines, li twaqqfet fl-2023, ġewx approvati mill-Bord tad-Diretturi u ppreżentati lill-Malta Business Registry, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan id-dewmien, jindika jekk ingħatawx estensjonijiet addizzjonali u jagħti data sa meta dawn il-kontijiet huma mistennija li jiġu ppreżentati u ppubblikati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif għidt fid-diskors tal-Budget, għaddejjin b’taħditiet ma’ numru ta’ kumpaniji tal-avjazzjoni bil-għan li jinstab sieħeb strateġiku għal-linja tal-ajru tagħna.
Għaldaqstant minħabba s-sensittività tat-tali proċess, kwalunkwe pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ser issir wara l-għeluq ta’ dawn id-diskussjonijiet.
Tax Rate for Income from Sports Activities – Investigazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3597, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn saret investigazzjoni mill-Kummissarju għat-Taxxi Interni fuq xi tip ta’ abbuż rigward Tax Rate for Income from Sports Activities, mill-bidu tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata mnaqqsa ta’ taxxa fir-rigward ta’ dħul minn attivitajiet sportivi taħt l-Income from Sports Activities Rules, 2024 bdiet tapplika mis-sena ta’ stima 2025.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 3597
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu, hemm 49 il-propjeta li hija b kirja mingħand il-Gvern, inkluż il-binja tal-Ministeru, u 26 il-propjeta li hija b’kirja mingħand il-privat.
Ministeru għall-Finanzi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 975.
Jista’ l-Ministru jagħti, separatament għall-Ministeru u għal kull dipartiment, awtorità, aġenzija, korporazzjoni, kumpanija u entità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-informazzjoni li ġejja dwar il-konformità mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 646.11, ir-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol:
(a) skont ir-regolament 9(1): min huma l-persuni nominati biex jassistu fit-tħaris tas-saħħa u s-sigurtà u fil-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskji fuq il-post tax-xogħol, x’kariga għandhom, x’inhuma l-kwalifiki u t-taħriġ rilevanti tagħhom, u liema postijiet tax-xogħol ikopru;
(b) skont ir-regolament 9(3): fejn ma hemmx persunal kompetenti intern biex jiġu organizzati l-miżuri meħtieġa, liema persuni jew servizzi esterni kompetenti ġew ingaġġati, u x’inhu l-ambitu tas-servizz tagħhom;
(ċ) skont ir-regolament 9(6): kif ġie ddeterminat li n-numru u l-kompetenza tal-persuni nominati jew tas-servizzi esterni huma adegwati għad-daqs tal-entità, għan-numru ta’ persuni preżenti u għall-perikli eżistenti, u x’ħin u riżorsi huma allokati lill-persuni nominati internament;
(d) skont ir-regolament 10: meta saret l-aħħar evalwazzjoni tar-riskji għal kull post tax-xogħol u meta ġiet riveduta l-aħħar; min wettaqha; liema miżuri korrettivi għadhom pendenti u x’inhuma l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom; u
(e) skont ir-regolament 11: liema proċeduri huma fis-seħħ f’każ ta’ periklu serju u imminenti, inkluża l-evakwazzjoni, u kemm hemm persuni kompetenti nominati biex jimplimentawhom f’kull post tax-xogħol?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’din l-informazzjoni u, fejn xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti għadu mhux issodisfat, jindika r-raġuni u d-data sa meta ser tiġi żgurata l-konformità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ W137.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-Natural Population Growth, jiġifieri d-differenza bejn dawk li twieldu u dawk li mietu, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll skont kull waħda mil-lokalitajiet li ġejjin: Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Mġarr, Mosta, Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Mtarfa, bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni separatament bejn residenti Maltin u residenti mhux Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għal Finanzi, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
KM Malta Airlines – Servizzi ta’ konsulenza professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet KM Malta Airlines fuq servizzi ta’ konsulenza professjonali mill-bidu tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll:
i. jipprovdi l-isem tal-konsulenti jew tad-ditti li ngħataw dawn il-kuntratti;
ii. jipprovdi l-ammont imħallas lil kull wieħed minnhom;
iii. jgħid is-servizzi li għalihom ġew ingaġġati; u
iv. jgħid jekk dawn is-servizzi ngħatawx permezz ta’ sejħa għall-offerti, proċess kompetittiv jew b’għotja diretta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
KM Malta Airlines – Kontijiet finanzjarji awditjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kontijiet finanzjarji awditjati ta’ KM Malta Airlines, li twaqqfet fl-2023, ġewx approvati mill-Bord tad-Diretturi u ppreżentati lill-Malta Business Registry, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan id-dewmien, jindika jekk ingħatawx estensjonijiet addizzjonali u jagħti data sa meta dawn il-kontijiet huma mistennija li jiġu ppreżentati u ppubblikati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Persuni li għandhom minn 60 sena ’l fuq – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom minn 60 sena ’l fuq sal-31 ta’ Diċembru 2025, fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa, li kienu klassifikati bħala:
i. indipendenti;
ii. semi-indipendenti; u
iii. dipendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-NSO m’għandiex l-informazzjoni hekk kif mitlub fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 896 u 2016 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm-il persuna applikat għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’ sa issa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time fi ħdan il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) bħala:
i. Ekonomisti;
ii. Avukati;
iii. Accountants;
iv. IT Professionals; u
v. Inġiniera?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
IMPJEGAT
NUMRU
Ekonomisti
0
Avukati
14
Accountants
10
IT Professionals
12
Inġiniera
0