Il-Mellieħa – Żona taċ-Ċumnija – żbroff tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-aħħar jiem kienx hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona taċ-Ċumnija (Qammiegħ), limiti tal-Mellieħa? Jekk iva jista’ jgħid x’kien il-kaġun ta’ dan l-iżbroff?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nista’ nikkonferma li kien hemm overflow ta’ drenaġġ fiż-żona indikata. Dawn l-overflows iseħħu minħabba li f’ċerti mumenti d-domanda tissupera l-kapaċità tal-impjanti tagħna. Il-Korporazzjoni tal-Ilma għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex tkompli ssaħħaħ il-kapaċità tal-impjanti tagħha. Din is-sena hemm skedat upgrading tal-impjanti ta’ Barkat u Sant Antnin, filwaqt li x-xogħol fuq l-impjant taċ-Ċumnija huwa skedat li jibda immedjatament wara. Ta’ min jinnota r-riżultati tajbin fil-kwalità tal-ilma tal-ibħra tagħna f’dawn l-aħħar snin grazzi għal din il-ħidma kontinwa.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe u kwalsiasi ftehim iffirmat bejn l-Enemalta u s-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16051.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta' wind farms
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15554 u 14658 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat fil-11 ta’ Novembru 2015 mill-predeċessur tiegħu bejn l-Enemalta u l-Montenegro għall-bini ta’ wind farms?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi l-ebda diffikultà nippubblika l-ftehim relatat ma’ dan il-proġett, li jġorr data differenti minn dik ċitata mill-Onor. Interpellant. Kopja tal-istess diġà għaddiet għand il-Pulizija kif rikjest u fil-jiem li ġejjin se nkun qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument.
(
Informazzjoni Addizjonali: Ara dokument PL 5325 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 364, nhar it-Tnejn 27 ta' Lulju 2020, kif ukoll Dokument PL 5349 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 366 nhar l-Erbgħa, 29 ta' Lulju 2020)
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12262 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12092, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14996, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux fost is-sitt persuni li qed jirreferi għalihom hu? Jekk iva u peress li jirriżulta li dan l-individwu kien laħaq l-età tal-irtirar u madanakollu m’ingħatax il-pre-retirement leave u lanqas tħallas tiegħu, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, kien laħaq ftehim finali mal-entità qabel id-data tal-irtirar.
Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti — kontrolli
Question
B’referenza għal-Liġi Sussidjarja Nru 200.02 (Avviż Legali Nru 30/1969 kif emendat b'Avviż Legali Nru 32/1969) Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm saru kontrolli, jekk saru, mill-bidu tas-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm infrazzjonijiet u minn min?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta’ wind farms
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14658 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat fil-11 ta’ Novembru 2015 mill-predeċessur tiegħu bejn l-Enemalta u l-Montenegro għall-bini ta’ wind farms?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant jinghata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo - Water Services Corporation - CT3085/2019 ir-rakkomandazzjoni tal-award ta' din l-imsemmija tender ġiet deċiża mat-tieni Evalutation Round?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15446 u 14344 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-istqarrija dwar it-tneħħija tal-pylons tad-dawl, jista' l-Ministru jgħid jekk il-materjal tal-linji tad-dawl u l-arbli (pylons) hux se jiġi rkuprat mill-Enemalta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-materjal li jinqala’ qed jikkontribwixxi għal parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-kuntratt miftiehem.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15664 fl-intier tagħha, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura organizzativa tal-ARMS bil-persuni li jokkupaw l-karigi msemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14180, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni biex f'Għawdex ikun hemm pompi li minnhom wieħed ikun jista' jagħti l-gass lill-karozzi li ġew maqluba għal gass, ġietx approvata u din il-pompa bdietx topera tal-gass u dan peress li f'dik ir-risposta kien qal li din il-pompa mistennija tibda topera fi ftit jiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed jiġu finalizzati l-aħħar ċertifikazzjonijiet u mistennija tibda topera fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) għandux xi MoU jew MoUs ma’ entitajiet regolatorji Maltin oħra? Jekk hemm xi MoU jista’ f’kull każ jgħid ma’ min, kemm ilhom operattivi u x’inhi l-materja koperta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-REWS m’għandha l-ebda MoU ma’ entitajiet regolatorji Maltin oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nġabru l-ebda fondi mingħand l-ebda entità, u mingħand l-ebda dipartiment għall-programm Għajta Waħda.
Il-Qala Għawdex – Triq il-Wardija – tibdil tal-mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbidlu l-mains tal-ilma fi Triq il-Wardija fil-Qala Għawdex u dan peress li r-residenti ta’ din it-triq qed jirċievu ilma bis-sadid fir-residenzi tagħhom u m’hemmx pressa tajba ta' ilma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq beda.