Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat il-proġett sħiħ għas-sistema tad-drenaġġ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (li tinkludi wkoll żoni bħal Buġibba, Qawra u x-Xemxija), u dan minħabba l-fawran ripetut u rwejjaħ li ta’ spiss qed ikun hemm?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija li tlesti x-xogħlijiet neċessarji mgħatul ix-xhar ta’ Frar ta’ din is-sena.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24239, tista’ l-Ministru ġentilment tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Xrobb l-Għaġin Żejtun? Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol li issa ilu li beda snin ilu b’detriment kemm għar-residenti,kif ukoll għall-bdiewa u raħħala li jużaw din it-triq u li konvint li l-Ministru tifhem bil-problemi ta’ dawn ir-residenti, bdiewa u raħħala?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fit-triq indikata jinkludi t-tqegħid ta’ servizzi varji ġodda b’tul ta’ 3.5 kilometri u wċuh ġodda tat-toroq li jammonta għal madwar 5000 metru kwadru. Ix-xogħol fuq dan il-proġett, li jinkludi toroq u partijiet oħra li jmissu ma’ Triq Xrobb l-Għaġin beda f’April tal-2019 u l-kuntratt oriġinali ġie tterminat wara diffikultajiet kuntrattwali li nqalgħu mal-kuntrattur oriġinali. Apparti minn hekk, is-sejbiet arkeoloġiċi fl-inħawi waslu għal iżjed dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett. Ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett huma mistennija jitlestew matul din is-sena.
Żurrieq – Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana – tiswijiet fid-dwal
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24243, u tgħid x’inhi r-raġuni li d-dawl ta' Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana fiż-Żurrieq mhumiex jiffunzjonaw? Meta ser jissewwew dawn il-ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara intervent mill-ħaddiema tal-Enemalta, il-ħsara ġiet imsewwija.
Siġġiewi – Triq San Ġakbu – sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl
Question
Tista’ l-Ministru titlob lill-Enemalta jibbilanċjaw is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl fi Triq San Ġakbu s-Siġġiewi minħabba rapporti frekwenti ta’ vultaġġ baxx?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din m'hijiex kwistjoni ta' bbilanċjar tas-sistema, imma is-soluzzjoni hija r-rinforzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Biex din tkun indirizzata għaddej programm ta' xogħlijiet mill-Enemalta biex tissaħħaħ is-sistema tal-elettriku fl-inħawi.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li diversi toroq f'Ħal Safi għandhom id-dawl fluctuating il-ħin kollu b'konsegwenza li qiegħda ssir ħsara lill-appliances ta' diversi residenzi fl-istess toroq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Għaddejt l-informazzjoni mressqa mill-Onor. Interpellant lit-tekniċi tal-EneMalta biex jinvestigaw u jaġixxu skond il-ħtieġa.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser tissolva, u jekk hux ser tissolva matul is-sena 2022, il-problema kbira ta’ drenaġġ li ilha għal dawn l-aħħar tliet snin taffettwa lill-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom imissu ma’ Triq il-Marġa fix-Xagħra, Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi preparamenti biex matul din is-sena jiġu ppublikati tenders sabiex isiru xogħolijiet u upgrades neċessarji fl-akkwati ndikati.
Is-Siġġiewi – Triq Santa Margerita – sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tara li permezz tal-Enemalta tittranġa s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fi Triq Santa Margerita s-Siġġiewi hekk kif qed ikun hemm numru ta' istanzi fejn il-vultaġġ ikun baxx, u istanzi oħrajn fejn jinqata' d-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qiegħda tagħmel it-tisħiħ meħtieġ fis-sistema tad-distribuzzjoni li jaffettwa Triq Santa Margerita. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew matul il-jiem li ġejjin
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 23290 u 23122 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kuntratturi li qed jagħmlu xogħol infrastrutturali — Roadside Electric Vehicle Charging Infrastructure
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22772 u tgħid min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħol infrastrutturali tar-ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE ġewwa l-gżira ta’ Għawdex? Kif intgħażlu, meta ħarġet is-sejħa u fejn ġiet ippubblikata u kemm qed jitħallsu ta' kull Charging Point u b’liema rata qed jitħallsu l-kuntratturi li qed jagħmlu dan l-imsemmi xogħol? Jista' jgħid ukoll kemm u fejn saru Charging Points ġewwa Għawdex u kemm għad fadal isiru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet infrastrutturali kollha tar-ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex saru skont ir-regolamenti tax-xiri pubbliku hekk kif maħruġa mill-MFE.
Ic-charging pillars ġewwa Għawdex huma:
Fontana Gozo Triq Kardinal Alessandro Franchi
Ghajnsielem Gozo Chambray
Ghajnsielem Gozo "Parking area ta' Ghajnsielem Fawwara"
Ghajnsielem, Mgarr Gozo Triq Martino Garces (Zewwieqa)
Gharb Gozo Santwarju ta' Pinu, Triq Ta' Pinu
Ghasri Gozo Triq ta' Ghammar
Kercem Gozo Triq Santa Lucija
Kercem Gozo Triq Wenzu Mintoff, Kercem
Marsalforn Gozo Triq il Wied, Marsalforn
Munxar Gozo Triq Rabat, Xlendi (faccata tal-Knisja)
Nadur Gozo Triq Guze Bonnici, Nadur
Nadur Gozo Next to Kenuna Gardens at Triq Arcipriet Saver Cassar
San Lawrenz Gozo Triq ir-Rokon near Kempinski Hotel
Victoria Gozo Triq Gorg Borg Olivier, Victoria (parking area)
Xaghra Gozo Ramla il-Hamra
Xaghra Gozo Triq l-Imqaddes, Xaghra
Xewkija Gozo Pjazza tal-Barmil
Zebbug Gozo "Ta' Saghtrija
Għad fadal isiru l-aħħar xogħolijiet fuq:
Fontana Gozo Triq tal-Ghajn corner with Triq Qalb ta' Gesu
Qala Gozo Triq Papa Piu IX
Marsalforn Gozo Qbajjar near Enemalta underground substation
Victoria Gozo Triq Kercem
Zebbug Gozo Pjazza l-Assunta Zebbug Gozo
Xewkija Gozo Triq il-Madonna tar-Rummiena.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-'ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE' (Charging Points) li saru sa issa u li qegħdin isiru ġewwa Għawdex għandhomx kollha l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA)? Tista’ tgħid jekk iċ-Charging Point li saret fi Triq Santa Marija faċċata tal-promenade qrib il-Qbajjar, kienx hemm il-permessi kollha meħtieġa u jekk iva, tpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-punti ta’ roadside electric vehicle charging infrastructure li kellhom bżonn il-permessi, inġabulhom il-permessi neċessarji hekk kif mitlub fil-liġi. Jekk iż-żona ma tinstabx f’UCA, ODZ, propjeta’ skedata jew 30 metru minn propjeta’ skedata is-site tiġi eżentata minn DNO jew permessi ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Iċ-Charging Pillar li qiegħed jagħmel referenza għaliha hija eżentata minn DNO jew permessi ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar u hi in konformi mal-legal Notice 211 ta’2016. Peress li din ma tinstabx f’UCA, ODZ, u lanqas hi propjeta’ skedata jew li tinstab 30 metru minn propjeta’ skedata allura m’hemm bżonn l-ebda permess mil-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Il-clearances neċessarji minn Transport Malta u Lands Authority kienu kollha provduti.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23201, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilha u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Malta Digital Hub Ltd?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu n-numru ta' impjegati ta' Malta Enterprise sena b'sena bejn l-2010 u l-2021? Tista' tgħid kemm Malta Enterprise nefqet f'konsulenzi sena b'sena fl-istess snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Applikazzjoni tal-Water Service Corporation — proġett
Question
B'referenza għall-applikazzjoni li saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fis-sena 2017: PA/08676/17 'Ta Briegħen Reservoir, Triq Ta' Briegħen, Għajnsielem, Gozo : To construct reservoir for the storage of recycled water, and including earthmoving and fencing, construction of a pump room, and the formation of an access road' u li ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar f'Settembru 2018, tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar fiex kien jikkonsisti dan il-proġett u tgħid x'inhuma r-raġunijiet li sal-lum għadu ma sar ebda tip ta' xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett? Tista’ tgħid jekk ħarġitx it-tender għal dan il-proġett u jekk le għala ma ħarġitx u meta hu mistenni li toħroġ? Meta hu ppjanat li jinbeda u jitlesta dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha pjan biex tagħmel ġibjun għall-ħażna tan-New Water fiż-żona indikata. Studji tekniċi urew li minħabba kwistjonijiet ġeoloġiċi, kien hemm bżonn struttura ferm akbar, bi spejjeż ogħla li ma kienetx tagħmel sens ekonomiku. Għaldaqstant, ittieħdet id-deċiżjoni li dan il-proġett isir f'tas-Seqer limiti tal-Għarb, bil-budget oriġinali u li se jagħqdi bl-istess mod il-ħtiġijiet tal-bdiewa.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — organogramma
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Tista’ l-Ministru tindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 5, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 12.
Żurrieq – Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana – tiswijiet fid-dwal
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li d-dawl ta' Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana fiż-Żurrieq mhumiex jiffunzjonaw? Meta ser jissewwew dawn il-ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar .
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24100, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kompletament u tgħid kemm ħallset Malta Enterprise għall-akkwist tal-ishma fil-kumpanija indikata u jekk il-kumpanija indikata għandhiex assi oħra barra dan is-cyclotron? Tista' tindika għala Malta Enterprise għażlet li ma tixtriex l-ishma kollha f'din il-kumpanija? Tista' tindika meta hu previst li s-cyclotron jibda jaħdem u jekk hijiex l-intenzjoni ta' Malta Enterprise li tibqa' azzjonista f'din il-kumpanija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista' l-Ministru tindika kemm-il darba fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat ishma f'kumpaniji li kienet assistiet u kemm intefqu flus f'kull istanza? X'sar f'kull istanza mill-investiment imwettaq minn Malta Enterprise?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23412 u tgħid kemm ħarġet assistenza finanzjarja Malta Enterprise fl-2015, l-2016, l-2017, l-2018, l-2019, l-2020 u l-2021 lill-impriżi bbażati f'Għawdex u kemm tali assistenza hi perċentwal tal-assistenza finanzjarja mogħtija globalment minn Malta Enterprise kif ukoll tindika taħt liema programmi ta' assistenza ingħatat l-għajnuna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23411 u tgħid kemm ġew approvati proġetti f'Għawdex minn Malta Enterprise fl-2020 u fl-2021 u kemm hi l-ispiża kapitali proġettata ta' dawn il-proġetti u n-numru ta' impjiegi proġettati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 u l-2021, il-Malta Enterprise approvat 15 il-proġett li ser jiġu mplimentati ġewwa Għawdex. Dan ser jiġġeneraw 152 impieg ġdid b’investiment ta 10.4 miljun ewro.
Barraminhekk, il-Malta Enterprise rceviet 732 applikazzjoni minn Għawdex taħt l-iskema tal-MicroInvest bl-ammont approvat bħala Tax Credits jammonta għal 8.97 miljun ewro u f’Cash Grants jammonta għal 478,758 ewro