Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-aħħar mistoqsija parlamentari 19403 l-Awtorita tal-Artijiet biss tat donazjioni ta €371.80 lil Marigold Foundation.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Gozo Fibre Optic Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-kumpanija twaqqfet fl-aħħar kwart tal-2020 u għaldaqstant l-ewwel estimi finanzjarji qed jiġu ppreparati għas-sena li għalqet f’ Diċembru 2021.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MCA?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-financial statements ta’ MCA jkunu ppublikati fuq is-sit eletroniku ta’ listess entita. Madankollu qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar annual report li jinkludi l-aħħar set ta' financial statements kif kien intalab.
https://www.mca.org.mt/articles/mca-2020-annual-report
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18292, 20041 u 22991 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti mill-art indikata fuq l-annessa pjanta giet akkwistata permezz ta’ kuntratt (14/08/1991)
Ix-Xagħra Għawdex – proprjetà immobbli li tappartjeni għall-Istat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22989 u jgħid kemm hemm proprjetà immobbli li tappartjeni lill-Istat ġewwa l-lokalità tax-Xagħra Għawdex? Jista' jgħid kemm minn din il-proprjetà hi suġġetta għal kirja jew ċens? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx proprjetà li tinsab f'idejn il-Gvern u jekk iva, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet bl-indirizzi fejn jinstabu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika dwar garaxx
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23680 u ċjoè: Peress li l-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, kellu jingħata lill-inkwilin ġdid wara ħruġ ta’ sejħa pubblika fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk:
(a) is-sejħa pubblika għall-kirja / bejgħ ta’ dan il-garaxx ħarġitx jew le;
(b)jekk din is-sejħa pubblika ħarġet, meta kienet id-data tal-ħruġ u għeluq ta’ din is-sejħa pubblika u f’każ ta’ kiri, għal kemm tul ta’ żmien ħarġet din il-kirja;
(c) x’inhi r-referenza għal din is-sejħa pubblika;
(d) tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din is-sejħa pubblika;
(e) kemm kien hemm individwi u min huma dawn l-individwi li wrew interess u ssottomettew l-interess tagħhom għal din is-sejħa pubblika u x’kien il-valur finanzjarju ta’ dawn l-offerti;
(f) x’kien l-eżitu ta’ din is-sejħa pubblika;
(g) min finalment qed jokkupa dan il-garaxx u jekk din il-persuna kenetx waħda/wieħed mill-persuni li ssottomettew l-offerta pubblika u jekk l-offerta tagħha kenetx l-aktar waħda vantaġġjuża?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet jirrizulta li l-imsemmija propjeta giet allokata lill-MTI fl-2014(12 ta’Mejju 2014) b’€500 fis-sena revedibbli kull 5 snin.
Jista’ l-Ministru jgħid il-bini li qed isir f’Ħal-Far mill-INDIS, kemm-il unit se jkun hemm? X' inhu l-kejl ta’ kull unit?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma hemm ebda xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej minnaha ta’ Indis Malta Ltd ghaddej fil-present gewwa l-qasam industrijali ta’ Hal Far.
(Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7497 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 532, tat-Tlieta, 11 ta' Jannar 2022)
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-units li qed jinbnew f’Ħal Far mill-INDIS ġewx allokati diġà jew għad iridu jiġu allokati? Jekk iva, lil liema kumpaniji ġew allokati u kif intgħażlu? Fuq liema mertu ġew jew se jiġu allokati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma hemm ebda xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej minnaha ta Indis Malta Ltd fil-present gewwa l-qasam industrijali ta’ Hal Far.
(Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7498 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 532, tat-Tlieta, 11 ta' Jannar 2022)
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23497 u 23579 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika dwar garaxx
Question
Peress li l-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, kellu jingħata lill-inkwilin ġdid wara ħruġ ta’ sejħa pubblika fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk:
(a) is-sejħa pubblika għall-kirja / bejgħ ta’ dan il-garaxx ħarġitx jew le;
(b)jekk din is-sejħa pubblika ħarġet, meta kienet id-data tal-ħruġ u għeluq ta’ din is-sejħa pubblika u f’każ ta’ kiri, għal kemm tul ta’ żmien ħarġet din il-kirja;
(c) x’inhi r-referenza għal din is-sejħa pubblika;
(d) tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din is-sejħa pubblika;
(e) kemm kien hemm individwi u min huma dawn l-individwi li wrew interess u ssottomettew l-interess tagħhom għal din is-sejħa pubblika u x’kien il-valur finanzjarju ta’ dawn l-offerti;
(f) x’kien l-eżitu ta’ din is-sejħa pubblika;
(g) min finalment qed jokkupa dan il-garaxx u jekk din il-persuna kenetx waħda/wieħed mill-persuni li ssottomettew l-offerta pubblika u jekk l-offerta tagħha kenetx l-aktar waħda vantaġġjuża?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Malta Government Investments – financial statements
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malta Government Investment?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-financial statements tal- MGA ilhom mil-2016 ikunu ppublikati fuq is-sit eletroniku ta’ listess entità. Madankollu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements kif kien intalab.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23283 li oriġinarjament saret lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu telefonati fuq 1777 mill-bidu sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-linja appoġġ 1777 f’Settembru 2015 sa Novembru 2021, waslu total ta’ 572 telefonata mil-appoġġ. Ta’ min jinnota l-fatt li kienu waslu sejħiet oħra mhux relatati mal-appoġġ li l-Call Center ma jżommux records tagħhom.