Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema Get Qualified - Istituzzjonijiet edukattivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32613 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid min jista’ japplika għall-iskema ‘Get Qualified’? Jista’ jgħid ukoll għal liema livelli ta’ edukazzjoni tapplika din l-iskema u liema istituzzjonijiet edukattivi tkopri?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-livelli ta’ edukazzjoni eliġibbli għal din l-iskema huma minn MQF Livell 3 sa MQF Livell 8, kif ukoll korsijiet oħra li mhumiex koperti taħt il-livelli MQF iżda huma meqjusa bħala importanti għall-industrija ta’ pajjiżna. L-istituzzjonijiet edukattivi rreġistrati għal din l-iskema li joffru l-kwalifiki neċessarji huma koperti.

Ħ’Attard - Ħwienet tal-barbiera liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tal-barbiera liċenzjati f’Ħ’Attard?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. interpellant li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, tneħħa l-obbligu ta’ liċenzja għal dawk l-istabbilimenti kummerċjali, inkluż il-ħwienet tal-barbiera, li sa dak iż-żmien kienu jeħtieġu liċenzja mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ.

Il-Mosta - Ħwienet tal-barbiera liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tal-barbiera liċenzjati l-Mosta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. interpellant li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, tneħħa l-obbligu ta’ liċenzja għal dawk l-istabbilimenti kummerċjali, inkluż il-ħwienet tal-barbiera, li sa dak iż-żmien kienu jeħtieġu liċenzja mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 31674.

Sistemi Fotovoltajċi – Policy

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32543 dwar jekk il-policy l-ġdida tal-INDIS imħabbra fil-Baġit 2026, tfissirx aktar skemi għall-privat biex jinstallaw sistemi fotovoltajċi, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ser tiġi ppubblikata l-informazzjoni fuq din il-policy?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’għandix x’inżid ma’ t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 32543.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Birżebbuġa – Riklamazzjoni ta’ art – Studji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31957 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju li sar u li wassal għad-deċiżjoni sabiex is-sena d-dieħla jitnieda l-proċess għal proġett fuq skala kbira ta’ riklamazzjoni tal-art ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.

Birżebbuġa – Riklamazzjoni ta’ art – Pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31958 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser issir ir-riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.

Birżebbuġa – Riklamazzjoni ta’ art – Project Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31959 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija relatati mal-proġett ta’ riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.

Fort Campbell

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31747 u 31970 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi rispettivament u jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu (ħsara strutturali) f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi - Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ta’ Qali Theme Park

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-pjan tal-Gvern rigward it-theme park li hemm ippjanat li jsir f’Ta’ Qali? Jista’ jindika għalfejn il-Gvern iddeċieda li jmur għal dan it-tip ta’ żvilupp u jekk ġewx ikkunsidrati alternattivi oħra biex jintlaħaq l-għan oriġinali? Jista’ jgħid sa meta huwa previst li jitlesta u jibda jopera dan it-theme park, u jgħid jekk sarux kalkoli preliminari dwar kemm se jattira aktar viżitaturi lejn il-Crafts Village f’Ta’ Qali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-pjan huwa li dak li sal-lum u għal diversi snin, ilu jsir b’ mod temporanju, se jinbidel fi proġett permanenti ta’ kwalita marbuta mal-kultura u l-istorja Maltija u jiġi integrat mal-Artisinal Village. Aktar dettalji, inkluż is-sejħa se jkunu pubbliċi fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħal Far - Żona Industrijali - Triq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni preċiża dwar meta ser tinfetaħ it-triq tant meħtieġa fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far fejn hemm spazji diġà allokati lill-imprendituri mill-INDIS Malta Limited?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jippriċiża għall-liema triq qiegħed jirreferi.

Reklamazzjoni tal-art - Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk apparti l-proġett ta’ reklamazzjoni tal-art fiż-żona tal-Freeport li ssemma fid-diskors tal-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi, xi proġetti għandu l-Gvern biex fix-xhur li ġejjin ivara proġetti ta’ ‘land reclamation’ f’pajjiżna li dwarhom diġà sar ħafna xogħol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Kif ġie mħabbar fil-baġit fix xhur li ġejjin ħa jitniegħda process ta konsultazzjoni ghal Progett tal land reclamation lil hinn mill-Freeport. Ninforma lil Onor interpellant li bħalissa diġà ghaddej progett ta land reclamation ġewwa l Freeport.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Dir

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 29480.

Entitajiet pubbliċi – Rapporti finanzjarji awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31434 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid jekk hemmx xi entità pubblika li naqset milli tissottometti rapporti finanzjarji awditjati sal-iskadenza legali u jekk iva, liema?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. interpellant li r-raporti annwali li jinkludu r-rapporti finanzjarji ta’ l-entitajiet fi ħdan il-ministeru ta l-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi jitqgħedu fuq il-mejda tal-kamra minn żmien ghal żmien meta dawn jkunu lesti.

Tagħmir tal-Kostruzzjoni Ambjentali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li  ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ircevit 86 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 66 b’total ta’ assistenza approvata tilħaq €3,947,621. l-applikazzjonijiet li ma’ jkunux fil-parametri tal-eliġibilita kif imniżżla fl-iskema ma jiġux approvati. Il-Malta Enteprrise hija marbuta bl-Atti tal-konfidenzjalita taħt il-Malta Enterprise Act u għalhekk l-ismijiet tal-benefiċjarji ma jistgħux jingħataw.

Gozo Channel (Holding) Company Ltd - Audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-sena 2024 tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

NIrreferi l-Onor. Interpellant għall-audited accounts tas-sena 2024 tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd li diġà tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

MDIA - Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) tipprovdix servizz ta’ computer processing power, GPUs jew Supercomputer, li jkun jista’ jintuża’, anke bi ħlas, minn entitajiet pubbliċi jew privati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan s-servizz se jiġi inawgurat fil ġranet li ġejjin.