Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġetti strateġiċi – Inawgurazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika s-sena li fiha se jkun qed jiġi inawgurat kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, kif ukoll id-data li ser ikun komplut b’mod separat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jgħid għal-liema lista qiegħed jirreferi.

Proġetti strateġiċi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-proġetti strateġiċi kollha li għandu fil-pjan tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru preżentament huwa responsabbli mit-tmexxija ta’ numru ta’ proġetti strateġiċi, li jinkludu: • L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Binja Evans • L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Ex-Pixkerija • L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Chalet f’tas-Sliema • Ir-reklamazzjoni tal-art (fil-viċinanza tal-Ponta ta Benghajsa) • L-iżvilupp ta’ Logistics Hub / Free Trade Zone fil-periferija tal-ajruport • L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Palazz ta’ Selmun • L-iżvilupp ta’ Family Entertainment Park ġewwa Ta’ Qali • Ir-riġenerazzjoni tal-Car Park ta’ Tas-Sliema (żona tal-Ferries) • It-Tiġdid tal-Flotta tal-Gozo Channel

Allokazzjonijiet ta’ proprjetà industrijali li ġew revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew revokati allokazzjonijiet ta’ proprjetà industrijali matul l-aħħar tliet snin minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’dawn l-ahhar tliet snin gew revokati 22 allokazzjoni ghal ragunijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet diversi. Diversi azzjonijiet legali ohra gew intavolati quddiem il-Qrati rispettivi.

Spazju industrijali – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal spazju industrijali u x’inhi l-medja taż-żmien li applikant jistenna sabiex tiġi deċiża l-applikazzjoni tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

INDIS – Proprjetajiet allokati għal kull żona industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet allokati għal kull żona industrijali amministrata minn INDIS, iżda li ilhom mhux operattivi għal aktar minn tnax-il xahar?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Malta Enterprise u INDIS jghamlu spezzjonijiet regolari sabiex jaraw li l-operaturi li jkunu inghataw art industrijali ikunu qieghdin jaderixxu ma l-obbligi u l-kundizzjonijiet emanenti mill-kuntratt rispettiv, fosthom li l-post ikun attiv. Fejn ikun il-kaz l-entita tibda’ proceduri biex il-propjeta industrijali tittiehed lura.

Malta Enterprise – Investimenti li ġew approvati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-investimenti li ġew approvati minn Malta Enterprise iżda li sussegwentement ġew irtirati jew ma twettqux, flimkien mar-raġunijiet rispettivi u għaliex ma twettqux?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Enterprise tittratta informazzjoni kummerċjali sensittiva relatata ma’ negozji u proġetti ta’ investiment u, skont l-Artikolu 21(5) tal-Malta Enterprise Act dwar il-kunfidenzjalità, hija marbuta li tħares il-kunfidenzjalità ta’ data li tirrigwarda l-operat tan-negozji u proġetti individwali. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni ma tistax tipprovdi informazzjoni dwar proġetti individwali, inkluża kwalunkwe indikazzjoni jekk proġett partikolari ma twettaqx jew ġie rtirat, peress li tali informazzjoni tista’ tkun kummerċjalment sensittiva u tista’ taffettwa lill-intrapriżi involuti.

Malta Enterprise – Klawsoli ta’ clawback jew irkupru ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba Malta Enterprise eżerċitat il-klawsoli ta’ clawback jew irkuprat fondi mingħand benefiċjarji matul l-aħħar ħames snin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Enterprise ma tinkludix klawsoli ta’ clawback marbuta mal-kisba ta’ riżultati jew deliverables ekonomiċi bħala kundizzjoni tal-għoti tal-assistenza, kif xi drabi jkunu imposti fi proġetti kbar iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. L-iskemi tal-Korporazzjoni huma, ibbażati fuq nefqa eliġibbli li tkun effettivament imġarrba u vverifikata qabel ma tingħata l-għajnuna.

Malta Enterprise – Kumpaniji – Obbligi kuntrattwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija li bbenefikat minn għajnuna permezz ta’ Malta Enterprise matul l-aħħar ħames snin naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, għandu jiġi ċċarat li l-iskemi ta’ Malta Enterprise huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, marbuta mal-implimentazzjoni effettiva tal-proġett approvat u ma’ nefqa eliġibbli li tkun ġiet effettivament imġarrba u mitluba mill-benefiċjarju. Għaldaqstant, meta proġett approvat ma jiġix implimentat, jew meta l-benefiċjarju ma jkunx ressaq talba għall-ħlas jew għall-kreditu relatat man-nefqa approvata, l-għajnuna ma tkunx effettivament ingħatat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, peress li l-proġett ma jkunx twettaq, Malta Enterprise ma tkunx żborżat fondi fir-rigward tiegħu. L-Ittra ta’ Approvazzjoni tiskadi skont it-termini tagħha u titlef l-effett tagħha, b’tali mod li ma jkunx hemm fondi x’jiġu rkuprati mill-Korporazzjoni.

Malta Business Wallet – KPIs

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-Key Performance Indicators (KPIs) stabbiliti għall-Malta Business Wallet, u jekk dawn intlaħqux sal-lum u jekk le, sa meta għandhom jintlaħqu? Jista’ jgħid ukoll il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ kull KPI sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Business Wallet ġie mniedi f'Mejju li għadda u dan kien akkumpanjat min emendi legali fil-Companies Act (Central Data Repository) Regulations, 2026 li ġew ippubblikati nhar il-15 ta’ Mejju 2026 permezz ta’ LN 151/2026 u ġew fis-seħħ fl-istess ġurnata permezz ta’ LN 152/2026.

Malta Business Wallet – Proċessi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew eliminati jew issimplifikati proċessi amministrattivi permezz tal-Malta Business Wallet u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Il-Malta Business Wallet (MBW) naqset diversi proċessi amministrattivi fosthom: li l-MBW introduca l-principju ta’ “darba biss” (once-only principle), fejn: Sottomissjonijiet ripetuti tal-KYC Ezercizzji ripetuti ta’ due diligence Talbiet ripetuti għal informazzjoni dwar il-pussess tal-kumpanija Talbiet ripetuti għal informazzjoni dwar rappreżentanti awtorizzati Tlugħ ripetut ta’ dokumenti Skambji tal-email ripetuti ta’ dokumenti ta’ compliance Tħejjija ripetuta ta’ pakketti ta’ dokumentazzjoni relatati mal-integrazzjoni u l-konformità

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2973 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 3037.

Malta Business Wallet – Entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-entitajiet kollha tal-Gvern li bħalissa huma integrati mal-Malta Business Wallet? Jista’ jgħid ukoll liema entitajiet mistennija jingħaqdu sal-aħħar tal-2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-entitajiet li diġà huma mqabbda mal-Malta Business Wallet (MBW): 1. Malta Tax and Customs Administration (MTCA) 2. Malta Enterprise (ME) 3. Malta Gaming Authority (MGA) 4. Commerce Department (CD) 5. Family Business Office (FBO) 6. The National Foreign Direct Investment Screening Office (NFDIS) 7. Transport Malta – Malta Ship Registry – Merchant Shipping Directorate, li bħalissa tinsab fil-proċess ta’ integrazzjoni. Barra minn hekk, sa tmiem is-sena 2026 huwa mistenni li ssir integrazzjoni mal-entitajiet governattivi li ġejjin: 1. Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) 2. Sanctions Monitoring Board (SMB) 3. Automated Revenue Management Services Limited (ARMS) 4. Property Market Agency (PMA) 5. The Accountancy Board 6. Malta Film Commission (MFC)

Malta Business Wallet – Negozji rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il negozju rreġistra fil-Malta Business Wallet minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom qed jużaw is-sistema b’mod attiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Business Wallet (MBW) ghandu 222 account registrati sal- lum illi illinkjati maghhhom hemm 849 kumpanija.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Programm LEADER - GAL Majjistral, GAL Xlokk u GAL Għawdex - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta s-somma ta’ fondi li ngħataw permezz tal-programm LEADER amministrat mill-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali: Gal Majjistral, Gal Xlokk u Gal Għawdex?  Jista’ wkoll jagħti eżempji ta’ proġetti li bbenefikaw minn dawn il-fondi bil-għan li jissaħħu l-identità u l-kultura Maltija fil-komunitajiet tagħna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.