Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji Maltin li joperaw fil-Blockchain — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jaħdmu f'Malta, ma' kumpaniji Maltin, li joperaw fil-blockchain?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blockchain hija teknoloġija u allura dak li qiegħed jistaqsi l-Onor. Interpellant huwa daqslikieku qiegħed jistaqsi kemm hawn kumpaniji joperaw fl-internet.

Belt Valletta – Imwejjed u siġġijiet għall-ħwienet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn Novembru 2022 u Novembru 2023 kienx hemm ksur ta’ regoli jew permessi maħruġa għall-ħwienet kummerċjali biex ikollhom imwejjed u siġġijiet barra fil-Belt Valletta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet, hemm sezzjoni dedikata għal spezzjonijiet ta’ infurzar madwar Malta u Għawdex kollha. Għalhekk, nistieden lill-Onor. Interpellant biex jekk jaf b’xi każ partikolari, idaħħal rapport sabiex dan ikun jista' jiġi investigat.

Belt Valletta – Imwejjed u siġġijiet għall-ħwienet kummerċjali – Infurzar ta’ regoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema regoli jiġu infurzati biex iżommu l-ordni tal-imwejjed u s-siġġijiet li jinżammu fit-toroq tal-Belt Valletta, u jekk kienx hemm infurzar tagħhom bejn Novembru 2022 u Novembru 2023 u jekk iva, jista’ jipprovdi kemm-il ordni ta’ infurzar inħarġet u abbażi ta’ xiex inħarġet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13488.

Marsalforn — Torri tal-Qbajjar - restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11838 rigward x’għamlet fl-aħħar sena l-Awtorità tal-Artijiet dwar it-Torri tal-Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex, liema fortifikazzjoni storika tinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li tiġġarraf, jista’ l-Ministru jgħid, x’beħsiebha tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet biex tassigura li dan is-sit ma jiġġarrafx u jispiċċa darba għal dejjem? U peress li fl-istess tweġiba kien intqal li “l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tikkunsidra liema hu l-aħjar metodu sabiex tiddisponi minn din il-proprjetà favur il-ħarsien u r-riabilitazzjoni tagħha, u dan ġaladarba jiġu aċċertati u magħluqa b’mod definittiv il-kwistjonijiet legali”, jista’ l-Ministru jgħid x’għad irid jiġi aċċertat, meta ser jiġi aċċertat u x’inhuma l-kwistjonijiet legali li għadhom mhux magħluqa? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kawżi tal-Qorti ġewx konklużi kollha u jekk iva meta ġew konklużi u x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11838.

Skema ‘Business Start’ — Intrapriżi li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13061 u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13061.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Nefqa għal reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12850 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Eks Malta Shipbuilding — konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni għas-sit magħruf bħala l-eks Malta Shipbuilding fil-Marsa, li fl-2016 għadda mill-Malta Industrial Parks lil terzi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Proprjetajiet/artijiet li ngħataw b’konċessjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8734 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet/artijiet li ngħataw b'konċessjonijiet jew saret estensjoni tal-konċessjoni mit-8 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż lil min ingħataw, fejn ingħataw (indirizz sħiħ), għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu, ġewwa Għawdex u Kemmuna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu peress li kif inhi tirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin u riżorsi sproporzjonati sabiex tinġabar, anke peress li l-maġġoranza tar-rekords huma manwali.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12897, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali 12490 fl-intier taghħa u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Il-Belt Valletta — Teatru Rjal - Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntratti hemm relatati mal-binja tat-Teatru Rjal, bħal konċessjonijiet, kirjiet ta’ faċilitajiet bħal kafetteriji, ristoranti jew bars, u jqiegħed kopji ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Swatar — Sptar psikjatriku ġdid - Kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema kundizzjonijiet l-Awtorità tal-Artijiet għaddiet lill-awtoritajiet tas-saħħa, l-medda ta’ art li se tintuża biex jinbena sptar psikjatriku ġdid fis-Swatar, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li permezz tiegħu sar dan it-trasferiment?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaż-Żebbuġ (Malta) — Triq ġdida li tagħmel ma’ Triq l-Indipendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għamilx komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet sabiex jikkonferma jekk it-triq ġdida li tagħmel ma’ Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbug (Malta), (site plan qiegħda tintbagħat separatament), u li din it-triq għadha mingħajr isem sal-ġurnata tal-lum, hijiex triq privata jew pubblika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li skont ir-records is-sit indikat mhuwiex tal-Gvern.

Xewkija, Għawdex — Kopja ta’ kuntratt fuq art pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li permezz tiegħu fl-2014 art pubblika fix-Xewkija, Għawdex li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għaddiet mill-Malta Industrial Parks (MIP) (illum magħrufa bħala INDIS) lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan sarx permezz ta’ tender, u f’każ ta’ tender, jippreżenta kopja tas-sejħa pubblika li kienet inħarġet? U jekk mhux b’tender, jista’ jgħid kif għaddiet l-art?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ma hemm l-ebda art li fis-sena 2014 għaddiet mill-INDIS (dak iz-zmien MIP) lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament.

Awtorità tal-Artijiet — encroachment permits 2023

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11697, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lokalità u l-isem tat-triq għal kull encroachment permit indikat fit-tabella?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li qed tintalab.

SMEs — żona industrijali Xewkija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-Small and Midsize Enterprises (SMEs) hekk kif approvati mill-MIP/INDIS biex joperaw mill-garaxxijiet maħsuba għall-manifattura f’żona industrijali (li d-dettalji tal-post qed jingħataw separatament) fuq art pubblika fix-Xewkija, Għawdex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- INDIS ma approvat l-ebda negozju sabiex jopera mill-imsemmi post.

Xewkija, Għawdex — Żona industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx ksur tal-kundizzjonijiet tal-konċessjoni fejn fl-2014 art pubblika fix-Xewkija, Għawdex, għaddiet mill-Malta Industrial Parks (MIP) (illum magħrufa bħala INDIS) lill-kumpanija li d-dettalji dwarha u tal-post qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ittieħdux azzjonijiet, u f’liema forma? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu li qed isir minn tali konċessjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għar-risposta li ngħata għal-mistoqsija parlamentari numru 12711.

Il-Belt Valletta – kuntratt ta’ fond

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12160 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-okkupanti ngħataw mill-Awtorità tal-Artijiet b’enfitewsi l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kuntratt tax-xorta msemmija ma jeżistix.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12490 fl-intier tagħha u jgħid min huma l-konsulenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 12490.