Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Qawra – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika – 2025-2026

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra fil-bidu tas-sena skolastika 2025-2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja tal-Qawra għas-sena skolastika 2025-2026 kien hemm 58 klassijiet.

Il-Qawra – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika – 2024-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra fil-bidu tas-sena skolastika 2024-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja tal-Qawra għas-sena skolastika 2024-2025 kien hemm 56 klassijiet.

Il-Qawra – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika – 2023-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra fil-bidu tas-sena skolastika 2023-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja tal-Qawra għas-sena skolastika 2023-2024 kien hemm 50 klassijiet.

Il-Qawra – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika – 2022-2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra fil-bidu tas-sena skolastika 2022-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja tal-Qawra għas-sena skolastika 2022-2023 kien hemm 48 klassijiet.

Il-Qawra – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika – 2021-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra fil-bidu tas-sena skolastika 2021-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja tal-Qawra għas-sena skolastika 2021-2022 kien hemm 42 klassijiet.

Il-Qawra – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika – 2020-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra fil-bidu tas-sena skolastika 2020-2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja tal-Qawra għas-sena skolastika 2020-2021 kien hemm 37 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika 2025-2026

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2025-2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għas-sena skolastika 2025-2026 kien hemm 42 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika 2024-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2024-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għas-sena skolastika 2024-2025 kien hemm 42 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika 2023-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2023-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għas-sena skolastika 2023-2024 kien hemm 40 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika 2022-2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2022-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għas-sena skolastika 2022-2023 kien hemm 35 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika 2021-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2021-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għas-sena skolastika 2021-2022 kien hemm 34 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Klassijiet – Sena skolastika 2020-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm klassijiet fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2020-2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għas-sena skolastika 2020-2021 kien hemm 21 klassijiet.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Sena skolastika 2026-2027

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-klassijiet u n-numru ta’ studenti fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika 2026-2027? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm faċilitajiet li kienu jiffurmaw parti mill-iskola li kellhom jitneħħew biex ikunu jistgħu jiżdiedu l-klassijiet f’din l-iskola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li l-istess skola titkabbar biex tilqa’ għaż-żieda fin-numru ta’ tfal tal-inħawi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li għal din is-sena skolastika hemm 44 klassi fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u 722 student. Diskussjonijiet u azzjonijiet dwar il-ħtiġijiet ta’ kull skola huma kontinwi.

Trasport Bla Ħlas għall-Istudenti - L-itwal rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma fost l-aktar rotot twal, f’termini ta’ kilometri, li qed jiġu provduti lill-istudenti permezz tat-trasport bla ħlas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ninsab infurmat li l-framework agreement marbut mas-sejħa pubblika għal dan is-servizz ikopri diversi tipi ta’ rotot, fosthom dawk magħrufa bħala Extra Long li jkopru bejn 10.5 kilometri sa 37.5 kilometru. Hemm diversi raġunijiet għaliex jintużaw dawn ir-rotot, fosthom l-għażla tal-iskola mill-ġenituri li ġieli tkun waħda ‘l bogħod mir-residenza, kif ukoll ċirkostanzi bħal li l-iskola li jattendi l-istudent tilqa’ studenti minn diversi lokalitajiet mxerrda madwar Malta u saħansitra Għawdex u m’għandhiex limitu ġeografiku. Dawn tal-aħħar ħafna drabi jkunu skejjel speċjalizzati. Biex nagħti xi eżempji, mill-iskejjel tal-istat, ir-rotta lejn l-iskola St Francis f’Bormla tiġbor studenti mill-Mellieħa. Ir-rotta lejn l-Alternative Learning Programme li tinsab f’Raħal Ġdid tiġbor studenti mill-Imġarr, il-Manikata u l-Baħrija fost oħrajn. Ir-rotta tas-St Francis fl-Imsida tiġbor studenti mill-Mellieħa u l-Mosta  filwaqt li rotta oħra għall-istess skola, tmur kemm il-Magħtab kif ukoll in-Naxxar.

Studenti li jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti li qed jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti jattendu fi skejjel tal-Istat, skejjel tal-Knisja jew skejjel indipendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru ta’ studenti li jibbenifikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel huwa ta’ 37,133 student.

LSEs – Studenti statemented

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti statemented għall-bżonn ta' LSE Shared, Shared in the same class u One to One għal kull sena, mis-sena 2008 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.

Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għall-2027 l-istudenti li jirċievu l-istipendju humiex se jibbenefikaw ukoll miż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA), u jekk iva, kemm se tkun tammonta din iż-żieda f’Ewro għal kull kategorija ta’ stipendju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 4466.

Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għall-2027 hix prevista żieda fl-istipendji tal-istudenti, u jekk iva, kemm se tammonta din iż-żieda f’Ewro għal kull kategorija ta’ stipendju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Iva, l-istipendji ser jerġgħu jiżdiedu. Għal darb’oħra, dan il-Gvern ser iżid l-istipendji tal-istudenti, minkejja dak li xxandar mill-Oppożizzjoni fuq il-midja soċjali. Fi żminijiet oħra l-istipendji ġew iffriżati u naqqsu. Aħna, minflok,qed inkomplu nsaħħuhom sena wara sena, għax nemmnu li l-edukazzjoni hija investiment, mhux spiża. U mhux biss. Għall-ewwel darba, żewġ gruppi ta’ studenti li sal-lum qatt ma kienu jirċievu stipendju ser jibdew jirċevuh huma wkoll: l-istudenti fil-qasam marittimu u dawk li qed jistudjaw għal-liċenzja tal-pilota. Ser nagħtu aktar dettalji dwar dan dalwaqt.

Żgħażagħ li ma jinsabux fl-edukazzjoni jew taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena llum la jinsabu fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li, skont l-aħħar data disponibbli tal-Eurostat, ir-rata għal Malta fost iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena li ma kinux fl-impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ (NEETS) kienet ta’ 9.0% fl-2025. Għall-istess grupp ta’ età, il-medja tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 11.8%, u għalhekk Malta tinsab taħt il-medja Ewropea. Il-Gvern qed ikompli jaħdem biex aktar żgħażagħ jibqgħu jew jidħlu lura fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fid-dinja tax-xogħol. Dan qed isir permezz ta’ diversi miżuri, fosthom it-tisħiħ tal-mogħdijiet post-sekondarji u vokazzjonali, l-MCAST, programmi ta’ second chance education, taħriġ u lifelong learning, kif ukoll miżuri marbuta mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030. Il-Ministeru se jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu sabiex iż-żgħażagħ jingħataw aktar opportunitajiet biex jiksbu kwalifiki, ħiliet u esperjenzi li jwassluhom għal impjieg ta’ kwalità u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.