Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16409 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – bordijiet, kunsilli, awtoritajiet u sotto kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16092 u jagħti lista sħiħa tal-bordijiet, kunsilli, awtoritajiet u sotto kumitati tagħhom li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista’ jgħid min huma l-persuni li servew u jservu f’kull waħda minn dawn l-entitajiet mill-2013 ‘il hawn? Għal kull wieħed minnhom, jista’ jgħid xi kwalifiċi u esperjenza għandu? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi ngħata? Meta bdew, meta spiċċaw u għal-liema tul ta’ żmien ġie mogħti lilhom it-terminu ta’ ħatra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16408.
Leg 13 PQ #16410 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16099 b’mod sħiħ u d-diversi domandi li saru, inkluż din l-istess domanda, li qed nitolbu biex jgħid minn meta ġie fdat bid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, min kienu dawk il-konsulenti kollha mingħajr ebda esklużjoni, inkluż dawk fuq position of trust, contract of service u contract for service, u li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu inkluż is-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permanenti, id-direttorati u l-bordijiet, kunsilli u awtoritajiet, li spiċċaw mill-kariga u min kienu dawk li bdew, kemm ilu Ministru hu? Għal kull wieħed minnhom, jista’ jgħid x’tip ta’ konsulenza/xogħol qed jagħmel? Xi kwalifiċi u esperjenza għandu? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi, ngħata? Kemm-il siegħa mistennija li jaħdmu f’kull każ? Meta bdew, meta spiċċaw u għal-liema tul ta’ żmien ġie mogħti lilhom il-kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #16411 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Covid-19 – miżuri — nfiq fl-Iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa miżjuda li ġiet ivvutata għall-iskejjel biex jidħlu fis-seħħ il-miżuri relatati ma' COVID-19? Fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa? Kemm minnha ntuża? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew ivvutati għall-Iskejjel tal-Knisja u kemm għall-Iskejjel Independenti u jista’ jgħid kemm fil-fatt nefqu f’miżuri relatati dawn l-iskejjel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xiri għadu għaddej inkluż b'rabta mal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti. Għaldaqstant, tweġiba tkun tista’ tingħata aktar 'il quddiem la l-eżerċizzju jingħalaq mill-partijiet kollha konċernati.
Leg 13 PQ #16412 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel Privati u Indipendenti – Covid Wage Supplement

Question

Meta wieħed jikkonsidra li l-ispiża tal-Iskejjel Privati se tiżdied minħabba l-effetti tal-pandemija li ġabu magħhom nefqa akbar fi proċess ta’ sanitizazzjoni, ilbies protettiv, kiri ta’ mobile class rooms biex tinżamm id-distanza soċjali, u investiment akbar fl-E-Learning, kif ukoll l-effetti fuq dħul ta’ wħud mill-ġenituri li jħallsu l-miżata ta’ uliedhom, jista’ l-Ministru jassigura li l-Covid Wage Supplement jiġi estiż lil hinn minn Settembru anke għall-Iskejjel Indipendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba tingħata aktar tard.
Leg 13 PQ #16413 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel tal-Knisja – Covid Wage Supplement

Question

Meta wieħed jikkonsidra li l-ispejjeż li qed jidħlu fihom l-iskejjel kollha minħabba l-pandemija inkluż materjal u servizz ta’ sanitizazzjoni, ilbies protettiv, kiri ta’ spazji ġodda u għamara ġdida biex tinżamm id-distanza soċjali u meta wieħed iqis li mhux il-pagi tal-istaff u l-għalliema kollha huma koperti mill-ftehim mal-knisja, b’konsegwenza li xi skejjel qed joħorġu madwar €10,000 pagi fix-xahar minn ġewwa, kif ukoll l-effetti fuq id-dħul ta’ wħud mill-ġenituri li f’ċirkostanzi normali joffru donazzjoni għall-iskola ta’ uliedhom, jista’ l-Ministru jassigura li l-Covid Wage Supplement jiġi estiż anke għall-Iskejjel tal-Knisja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba tingħata aktar tard.
Leg 13 PQ #16414 Sitting 368 2020-10-06 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

NSS – selection board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jagħmlu parti mis-selection board tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport (NSS)? Jista’ jgħid kull wieħed mill-membri x'esperjenza u kwalifiki għandu fil-qasam edukattiv u sportiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11383 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #147 Sitting 367 2020-10-05 Written · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ta’ Kandja – shooting range

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tiraturi ma jistgħux jagħmlu użu mir-Range 4 D fis-shooting range f’Ta’ Kandja peress li din għadha magħluqa u issa ilha hekk għal numru ta’ xhur? (Dan kemm qabel bdiet u kif ukoll wara li għaddiet l-imxija tal-COVID-19)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fuq Range 4 għaddej xogħol ta' manutenzjoni. Minħabba f'hekk, dan ir-range jinsab għalissa magħluq.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizjattiva u meta ngħatat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi: Tabella ‘A’ - MEDE Dipartiment Strateġija u Sapport Tabella ‘B’ - Entitajiet fi ħdan il-MEDE (għad jonqos tingħata risposta mill-Università ta' Malta).
Leg 13 PQ #16232 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel — textbooks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ awtonomija fl-iskejjel tal-Istat, Primarji u Sekondarji fl-għażla ta’ textbooks għat-tfal f’diversi suġġetti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ eżempji konkreti f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tagħlim u l-Assessjar għaddej bi pjan sabiex, fuq medda ta’ numru ta’ snin, l-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat jagħżlu huma l-kotba addattati għalihom, bl-approvazzjoni tal-Uffiċjal Edukattiv tas-suġġetti differenti. Il-kotba magħżula jridu jkunu addattati għal pedagoġija tal-lum li tmur il-bogħod minn eżerċizzi ta’ drilling u ripetizzjoni żejda. Aktar minn hekk, l-iskejjel huma mħeġġa li kemm jista’ jkun imorru għal riżorsi diġitali minflok kotba tqal u statiċi. Dan il-proċess tal-għażla tal-kotba beda fl-iskejjel primarji, fl-Ingliż, fil-Malti ( readers ) u fil-Matematika. Fis-sekondarja, sar ukoll proċess ta’ evalwazzjoni ta’ kotba tal-Fiżika u l-Bijoloġija u ttieħdet id-deċiżjoni li għalissa jinxtara biss liċenzja ta’ riżors diġitali minflok ktieb fiżiku. L-esperjenza tat-tagħlim waqt il-perjodu tal-Covid 19 urietna li r-riżorsi diġitali huma ferm aktar milqugħa tajjeb mill-istudenti u l-għalliema. Għalhekk tnieda s-sit http://teleskola.mt b’riżorsi diġitali li l-għalliema qasmu ma’ għalliema sħabhom, sabiex it-tagħlim ikun aktar interessanti, relevanti u skont il-ħtieġa tal-istudenti llum. Il-ħsieb huwa li jinxtraw anqas u anqas kotba u workbooks u jinxtraw aktar liċenzji għal materjal diġitali.
Leg 13 PQ #16233 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

American University of Malta – studenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-istudenti li ser ikunu qegħdin jibdew jew ikomplu kors fl-American University Malta matul is-sena akkademika li jmiss 2020-2021?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11340.
Leg 13 PQ #16234 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

American University of Malta — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar in-numru ta’ studenti li qegħdin jattendu korsijiet fi ħdan l-American University of Malta? Jista’ jippreżenta l-istess statistika kors kors?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 16233.

Pitches tal-Boċċi — konkos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16081 u jgħid b'liema proċeduri f'dawn l-aħħar sentejn pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos biex jitpoġġew l-imwejjed u siġġijiet li b'dan il-mod ħa l-ispazju għal-logħob tal-boċċi? Jista' jgħid f'dawn l-aħħar sentejn liema pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos parzjalment jew l-ispazju kollu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li SportMalta qatt ma kienet involuta f’tali proċeduri.
Leg 13 PQ #16264 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

American University of Malta — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar in-numru ta’ studenti li qegħdin jattendu korsijiet fi ħdan l-American University of Malta u kif dawn ilaħħqu mal-ftehim li għandhom mal-gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 16233.
Leg 13 PQ #16265 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Edukazzjoni post sekondarja u terzjarja – studenti li jirċievu l-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti fl-edukazzjoni post sekondarja u terzjarja li jirċievu l-istipendju? Kemm minnhom jaħdmu part-time? Jista’ jgħid kemm minnhom ħadu l-benefiċċji minħabba l-COVID-19 u għaliex mhux qed jieħduh kollha kemm huma? Jista’ jikkunsidra li ma ssirx diskriminazzjoni ma’ studenti u l-benefiċċju jieħduh l-istudenti kollha li kienu qed jaħdmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-istudenti eliġibbli għall-istipendji f’istituzzjonijiet post-sekondarji/terzjarji jammontaw għal 15,945. Minn dawn, 1,999 student ġew identifikati mid-dokumenti li ssottomettew, li qegħdin jaħdmu part-time. Madankollu, jista’ jkun hemm studenti li ma applikawx għall-stipendju u li jaħdmu part-time però l-Uffiċċju tal-Maintenance Grants ma jkollux tagħrif dwarhom. Matul il-COVID-19, l-istipendji ma ġewx imnaqqsa skont l-attendenza u ngħataw sħaħ lil kull student/a eliġibbli. Rigward benefiċċji oħra minħabba l-COVID-19, nitlob lill-Onor. interpellant biex jirreferi għand il-Ministeru konċernat.
Leg 13 PQ #16408 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15037 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u min serva fihom sena b’sena u bord b’bord mill-2013 lil hawn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pitches tal-boċċi — konkos

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċeduri f'dawn l-aħħar sentejn pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos biex jitpoġġew l-imwejjed u siġġijiet li b'dan il-mod ħa l-ispazju għal-logħob tal-boċċi? Jista' jgħid f'dawn l-aħħar sentejn liema pitches tal-boċċi ġew mogħtija l-konkos parzjalment jew l-ispazju kollu?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.