B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22180, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifisha iżda għall-Ministeru tagħha jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Edukazzjoni, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza u l-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li skont risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22453.
Rabat Għawdex – xogħlijiet ta’ skavar u bini ta’ Skola Primarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar u bini tal-Iskola Primarja ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex, u kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li x-xogħlijiet ta’ skavar u bini tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, bdew f’Awwissu 2019 liema xogħlijiet mistennija li jiswew madwar €6 miljun.
Fir-rigward tal-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22384.
Ħal Qormi — Skola Primarja San Ġorġ – stallazzjoni ta’ air conditioners
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' San Ġorġ Ħal Qormi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistemi tal-arja kondizzjonata fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ) se jkunu installati bħala parti mill-proġett ta’ tkabbir u tisbiħ tal-istess skola, liema proġett, li ġie mħabbar fil-baġit, mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għall-Edukazzjoni — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmata li l-Ministeru għall-Edukazzjoni inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma nnegozjawx jew qed jinnegozjaw xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-Presidenti tal-Kunsilli tal-Iskejjel ta' Għawdex kollu? Tista' tgħid f'kull każ, jekk il-persuna li qed isservi bħala President tal-Kunsill Skolastiku ġietx nominata mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-lokalità u jekk hi nnominatx lill-persuna nominata mill-Kunsill inkella nnominat lil dik il-persuna li dehrilha hi? F'każ li l-Ministru ma mxietx mal-parir tal-kunsill lokali, tista' tagħti r-raġuni għaliex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali flimkien mal-iskejjel ġew mistiedna jissottomettu l-ismijiet u kienu biss tliet (3) Kunsilli Lokali li wieġbu. Wara li kien hemm din il-konsultazzjoni, il-Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi fl-Iskejjel ta’ Għawdex, kif maħtura mill-Ministru għall-Edukazzjoni huma:
Għajnsielem Primary
Ms Mary Scicluna
Għarb Primary
Dr Lisa Brooke
Kerċem Primary
Ms Josephine Tabone
Nadur Primary
Ms Mary Gurr
Qala Primary
Mr Jesmond Borg
Rabat Primary
Mr Lorrie Saliba
San Lawrenz Primary
Ms Carmen Micallef
Sannat Primary & Special Unit
Mr Andrew Refalo
Xagħra Primary
Ms Rose Spiteri
Xewkija Primary
Rev. Michael Xuereb
Żebbuġ Primary
Ms Antoinette Psaila
Middle School
Dr Frank Abela
Secondary School
Mr Spiro Sillato
Ministeru għall-Edukazzjoni — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tagħha;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena sal-lum ma kellix safar fuq xogħol tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21439 kollha kemm hi u tgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jagħmlu l-eżami bil-computer (general ability test) għall-aħħar sejħa ta' Assistant Clerks, Clerks, Executive Officers, Assistant Principals u Principals mas-Servizz Pubbliku? Tista’ tgħid minn kull sejħa kemm għaddew minn dan l-eżami tal-computer? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-każ tas-sejħiet maħruġa f’April 2021, in-numru ta’ applikazzjonijiet u kemm għaddew għal kull sejħa huma kif miġjub hawn taħt:
Assistenti Skrivani: applikaw 331 li minnhom għaddew 134 (101 minn Malta, 33 minn Għawdex)
Uffiċjali Eżekuttivi: applikaw 486 li minnhom għaddew 288 (193 minn Malta, 95 minn Għawdex)
Assistenti Prinċipali: applikaw 330 li minnhom għaddew 173 (110 minn Malta, 63 minn Għawdex)
Prinċipali: applikaw 658 li minnhom għaddew 304 (223 minn Malta, 81 minn Għawdex)
Il-Mellieħa – Skola Primarja – xogħlijiet fuq l-estensjoni – permessi u pjanti approva mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi/pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar xogħlijiet fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess imressaq min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada jinsab quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk is-sala ewlenija eżistenti fl-iskola primarja tal-Mellieħa hiex ser titwaqqa u flokha tinbena sala moderna u attrezzata sabiex tkun tista’ tintuża mill-iskola kif ukoll mill-għaqdiet mhux governattivi li hemm fil-Mellieħa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinkludi l-kostruzzjoni ta’ sala fil-parti tal-estensjoni, kif ukoll ir-rinovar tal-iskola kollha eżistenti.
Skola Primarja tal-Mellieħa – Xogħlijiet fuq estensjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm tax-xogħlijiet ikun iffinalizzat wara li jiġi ffinalizzat il-proċess li hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar, toħroġ is-sejħa għall-offerti u jintagħżel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mistenni jkun jesgħa karozzi l-parkeġġ li għandu jinbena u li se jkun jagħmel parti mill-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa? F’kemm-il sular ser ikun jikkonsisti l-istess parkeġġ? Meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq dan l-istess parkeġġ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni preżenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tinkludi żewġ sulari taħt l-art bħala parkeġġ għal madwar mitt vettura. Il-programm tax-xogħlijiet ikun iffinalizzat wara li jintemm il-proċess li hemm quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, toħroġ is-sejħa għall-offerti u jintagħżel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet.
Skejjel primarji tal-Mellieħa, Naxxar, Qawra, San Pawl il-Baħar u skola medja tan-Naxxar — studenti
Question
Tista’ l-Ministru tghid kemm hemm studenti llum jattendu l-iskejjel primarji tal-Mellieħa (inkluż b’mod separat dawk fl-annex biswit l-iskola), in-Naxxar, il-Qawra, San Pawl il-Baħar kif ukoll fl-iskola medja tan-Naxxar? (b’mod individwali)
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt:
K1
K2
Y1
Y2
Y3
Y4
Y5
Y6
Y7
Y8
Maria Regina College Mellieħa Primary
56
74
55
65
87
66
74
80
Maria Regina College Naxxar Middle School
330
396
Maria Regina College Naxxar Primary
75
73
60
62
61
68
52
58
Maria Regina College Qawra Primary
117
106
88
102
90
72
94
78
Maria Regina College St Paul's Bay Primary
54
69
59
73
71
71
57
66
San Pawl il-Baħar – Skola tal-Qawra – parkeġġ użat mir-residenti
Question
Tista’ l-Ministru tindika jekk ġiex iffirmat il-ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew xi entità oħra sabiex il-parkeġġ li hemm mal-iskola tal-Qawra jibda jintuża wkoll mir-residenti taż-żona?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir eżerċizzju komprensiv għall-iskejjel kollha ta’ pajjiżna.
Studenti li qed jippruvaw japplikaw għal Get Qualified
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex studenti li qed jippruvaw japplikaw għal Get Qualified b'data ta' ċertifikazzjoni 2024 mhux jitħallew japplikaw u meta jċemplu 153 jingħaddilhom li ħadd għadu ma jaf jekk l-iskema hux se tiġi estiża wara 2023?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22223 tista’ l-Ministru tagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntrattat il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Intgħażlu skont il-proċeduri stabbiliti tal-procurement.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22054 dwar inġustizzja fil-konfront tal-amministraturi taċ-Ċentri tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, tista’ l-Ministru tagħti data sa meta se sseħħ ir-riforma msemmija f’dawn l-iskejjel speċjalizzati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif il-qafas tar-riforma jkun lest dan jiġi ppubblikat għal perjodu ta' konsultazzjoni pubblika.