Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Venera — Triq il-Kanun - Porzjon ta’ art proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26685 fl-intier tagħha u jippreżenta site plan li tindika liema porzjon ta' art hi proprjetà tal-Gvern fi Triq il-Kanun, Santa Venera (il-parti li tinsab bejn Triq l-Isportivi, Santa Venera u Triq il-Mitħna, Ħal Qormi)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26488 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22134, jista’ l-Ministru jgħid liema huma u fejn jinsabu d-devoluzzjonijiet imsemmija f’Ħ’Attard, il-Mosta, l-Iklin, Ħal-Lija, in-Naxxar u l-Imdina? Jista’ wkoll jikkonferma li ma hemm l-ebda devoluzzjoni f’Ħal Balzan?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Siġġijiet u mwejjed — Purċissjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ta’ infurzar ittieħdu b’rabta mal-każ rappurtat fejn is-siġġijiet u mwejjed ta’ stabbiliment fil-Belt Valletta allegatament ostakolaw il-purċissjoni ta' San Ġużepp nhar id-19 ta' Marzu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26927. Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet issottomettiet rapport lill-pulizija dwar l-inċident.

L-Imġarr – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistosija parlamentari 26549 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor, Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill Lokali Imġarr.

Il-Mellieħa – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamemntari 26550 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Mellieħa, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

San Pawl il-Baħar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26551 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.

In-Naxxar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26552 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Naxxar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill tan-Naxxar.

Is-Siġġiewi — Informazzjoni dwar Sqaq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rigali u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Santa Venera — Triq il-Kanun - Porzjon ta’ art proprjetà tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26123, jista’ l-Ministru jgħid liema porzjon ta' art hi proprjetà tal-Gvern fi Triq il-Kanun, Santa Venera (il-parti li tinsab bejn Triq l-Isportivi, Santa Venera u Triq il-Mitħna, Ħal Qormi) u dan billi jippreżenta site plan li tindika tali art? Jista’ jgħid ukoll taħt liema entitajiet tal-Gvern jaqgħu dawn l-artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li porzjon hija assenjata dipartiment tal-Gvern, oħra mhux assenjata waqt li 2 porżjonijiet huma mikrija lill-privat.

Art proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26602 u jgħid jekk l-art li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex proprjetà tal-Gvern?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab informat li l-isqaq imsemmi fid-dettalji separati huwa tal-Gvern.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema li jgħixu l-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu l-Mosta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26313.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Konsulenti — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall- għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal- Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.

L-Imġarr – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Mellieħa, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Naxxar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.