Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3734 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3732 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tagħtix preferenza lil soluzzjonijiet riversibbli, fejn teknikament u strutturalment possibbli, meta jiġu installati elementi moderni f’siti storiċi, sabiex jiġi evitat li l-karatteristiċi arkitettoniċi u viżivi tas-sit jinbidlu b’mod permanenti?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tagħti preferenza lil soluzzjonijiet riversibbli, fejn dan ikun teknikament u strutturalment possibbli. Kull intervent jiġi evalwat individwalment, skont il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sit u abbażi ta’ pariri professjonali, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika, arkitettonika u viżiva tas-sit ikkonċernat.
Heritage Malta - Valutazzjoni tal-impatt waqt ir-restawr ta’ siti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt it-tfassil ta’ proġetti ta’ restawr ta’ siti storiċi taħt Heritage Malta ssirx valutazzjoni tal-impatt viżiv tal-elementi moderni li jkunu se jiżdiedu, b’mod partikolari fir-rigward tal-preservazzjoni tal-karatteristiċi li jagħmlu s-sit adattat għall-ġbid ta’ produzzjonijiet storiċi?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-proġetti ta’ restawr imwettqa minn Heritage Malta huwa l-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika, arkitettonika u kulturali tas-siti taħt il-kura tagħha.
Kull valutazzjoni li ssir waqt it-tfassil u t-twettiq ta’ interventi ta’ restawr hija bbażata fuq prinċipji u standards professjonali tal-konservazzjoni, kif stabbiliti f’karti internazzjonali f’dan il-qasam.
Għaldaqstant, kull intervent, inkluża l-introduzzjoni ta’ elementi moderni, jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sit, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-ħarsien tal-wirt storiku u arkitettoniku tiegħu.
Heritage Malta – Konsultazzjoni mal-Kummissjoni Maltija għall-Films
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tikkonsultax mal-Kummissjoni Maltija għall-Films qabel ma jiġu approvati interventi maġġuri ta’ restawr fuq siti storiċi li huma jew jistgħu jkunu ta’ interess għall-industrija tal-films? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ din il-proċedura?
Heritage Malta – Linji gwida dwar l-użu ta’ elementi moderni waqt ir-restawr ta’ siti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex linji gwida formali dwar l-integrazzjoni ta’ elementi moderni, inklużi sistemi tad-dawl, cables, tagħmir tekniku, ħġieġ u elementi oħra kontemporanji, waqt ir-restawr ta’ siti storiċi li jistgħu jintużaw għall-filming?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tibbaża t-tfassil u t-twettiq tal-proġetti ta’ restawr fis-siti taħt il-kura tagħha fuq prinċipji u linji gwida stabbiliti f’dokumenti internazzjonali dwar il-konservazzjoni u r-restawr, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-ICOMOS, fosthom id-dokument ta’ Venezja tal-1964 (International Charter for the Conservation and Restoration of Monuments and Sites).
Fl-integrazzjoni ta’ elementi moderni waqt interventi ta’ restawr, Heritage Malta timxi fuq prinċipji fundamentali tal-konservazzjoni, fosthom ir-riversibbiltà tal-interventi, fejn teknikament possibbli, l-intervent minimu meħtieġ u d-distinzjoni bejn elementi oriġinali u dawk kontemporanji.
Dawn il-prinċipji għandhom l-għan li jiżguraw li kwalunkwe intervent modern jirrispetta l-karatteristiċi oriġinali tas-sit, filwaqt li titħares l-integrità storika, arkitettonika u kulturali tiegħu.
Heritage Malta – Valutazzjoni tal-impatt ta’ interventi maġġuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma jibda proġett maġġuri ta’ restawr fuq sit storiku taħt il-kura ta’ Heritage Malta, issirx valutazzjoni tal-potenzjal tiegħu bħala location għall-ġbid ta’ films? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li tiddaħħal din il-prattika?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfassil u t-twettiq ta’ dawn il-proġetti huma bbażati fuq prinċipji u linji gwida stabbiliti fiċ-Charter internazzjonali dwar il-konservazzjoni u r-restawr, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-ICOMOS, u jsiru b’konsultazzjoni dettaljata mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bħala r-regolatur ewlieni f’dan il-qasam.
Il-prijorità ewlenija ta’ Heritage Malta tibqa’ l-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika u arkitettonika tas-siti taħt il-kura tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex inventarju ta’ siti storiċi li jistgħu jintużaw għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il sit jinsab f’dan l-inventarju?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta m’għandhiex inventarju speċifiku ta’ siti storiċi maħsuba għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi. Kull talba għall-użu ta’ dawn is-siti għal dan il-għan tiġi evalwata individwalment, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali tas-siti kkonċernati.
Heritage Malta – Siti li ntużaw għall-ġbid ta’ films jew produzzjonijiet televiżivi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tas-siti storiċi taħt il-kura jew il-ġestjoni ta’ Heritage Malta li ntużaw bħala location għall-ġbid ta’ films jew produzzjonijiet televiżivi f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu s’issa fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tal-L.S. 460.42, [European Media Freedom Act (Measures for Implementation) Order]?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li sal-llum il-ġurnata twaqqaf l-Uffiċċju tar-Reklamar u l-Media hekk kif miltlub f’Artiklu 3 tal-L.S. 460.42. Inħatar ukoll Kap tal-Uffiċċju mill-President fuq il-Parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Bħalissa għaddejjin il-preparamenti meħtieġa sabiex tinġabar l-informazzjonineċessarja bi preparament għall-ewwel rappurtaġġ tagħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121, 1620, 3358 u 3588 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab i
nfurmat mill-PBS li r-risposta hi fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid:
i. x'inhi l-ħidma involuta mill-Valletta Management Plan;
ii. taħt min taqa' r-responsabbiltà tiegħu;
iii. x'koordinament hemm bejn il-Valletta Management Plan u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta; u
iv. kemm għandu Valletta Stewards ingaġġati, x'inhu r-rwol tagħhom, x'rendikont jagħtu u lil min?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Valletta Management Plan Unit twaqqaf sabiex ikun ta’ sosten għall-istakeholders li jikkordinaw ħidma fil-Belt Valletta fosthom, il-Kunsill Lokali. Il-Valletta Stewards huma mmexxija minn żewġ TeamLeaders, li jaraw li l-ħidma hija waħda koordinata.
Birkirkara – Knisja ta’ Santa Marija – Xogħol ta’ restawr
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr mid-Direttorat tar-Restawr fil-Knisja l-Qadima (iddedikata lil Santa Marija) f'Birkirkara, skont il-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Knisja lura għad-9 ta' Mejju tal-2020 mill-Ministru ta' dak iż-żmien?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħol preparatorju ta’ monitoraġġ u studju biex jiġi iddeterminat x’qed jikkawża il-ħsara fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Birkirkara sar b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u l-espert ġeotekniku imqabbad mill-Kurja. Bħalissa qed jiġu iffinalizzati t-tħejjijiet bil-għan li jinbeda l-ewwel fażi tal-intervent ta’ konsolidament fil-ġimgħat li ġejjin.
Ir-Rabat, Għawdex – Triq Papa Ġwanni Pawlu II – Proġett tal-akwadott
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali u konservazzjoni tal-akwadott fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II, ir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid liema xogħlijiet tlestew, liema għadhom pendenti u jekk tlestewx l-istudji u l-preparamenti għall-fażijiet sussegwenti tal-proġett? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jaħdmu ħaddiema kuljum fuq il-proġett u meta huwa mistenni li jitlestew ix-xogħlijiet kollha?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab bħalissa l-proġett tal-Għar ta’ Calypso f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li jitlestew ix-xogħlijiet u meta l-Għar se jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, Għawdex, u meta hu mistenni li jitlestew? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-kundizzjoni strutturali attwali tat-Torri, u jekk jeżistix riskju ta’ tiġrif parzjali jew totali?
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 701 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3595, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamilx l-investigazzjonijiet imsemmija fit-tweġiba dwar konkos li sar fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu, fil-limiti ta’ Birżebbuġa? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien ir-riżultat u/jew x’azzjoni ttieħdet u/jew ser tittieħed?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li ġejt infurmat li uffiċjali tas-Sovrintendenza spezzjonaw is-sit kif mitlub u rriżulta li fil-bidu tal-heritage trail li jagħti għal ħdejn Dar Pultu, ġie mqiegħed pavimentar, inkluż rampa.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, ilproġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u lkonsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.