B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22366, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenti tal-Privat li m’għandhomx Kunsill magħmul mir-residenti stess, fejn huma jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-Dar fejn huma qed jgħixu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingbabar
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21981, jista' l-Ministru jagħti n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni mill-2017 sal-lum maqsuma sena b'sena u mhux l-ammont globali biss ta' kull entita?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid x’nuqqasijiet ġew innutati minn dawn l-ispezzjonijiet f’dawn id-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul it-3,252 spezzjoni ġew innutati nuqqasijiet rigward l-ambjent jew l-infrastruttura li jinkludu problemi strutturali fil-binja, ħsarat fil-makkinarji bħal lift u airconditioners u nuqqas ta’ aċċessibilità. Apparti minn hekk, nuqqasijiet li ġew innutati ukoll kienu fil-kwalita’ tal-kura b’mod partikolari fejn jidħlu l-bżonnijiet tar-resident kif ukoll l-immaniġġjar tas-servizzi relatat mal-kontroll tal-infezzjonijiet waqt il-pandemija kif ukoll l-għażla ta’ attivitajiet organiżżati li jirrispettaw il-protokolli fi żmien il-pandemija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li għandhom installat faċilitajiet tal-Wi-Fi sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Gvern u dawk tal-Privat li jinvolvu direttament lir-residenti tagħhom fit-tmexxija ta’ dawn il-postijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani wieħed isib Kunsill magħmul mir-residenti stess fejn huma jagħtu l-kontribut u suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-djar.
Jista’ l-Ministru jindika kemm saru spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Gvern u dawk tal-Privat matul dawn l-aħħar sentejn? X’nuqqasijiet ġew innutati minn dawn l-ispezzjonijiet f’dawn id-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn saru spezzjonijiet mill-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kif jidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Fost in-nuqqasijiet li ġew innutati ġew maħruġa rakkomandazzjonijiet rigward l-ambjent jew l-istruttura tad-Dar Residenzjali, kura ta’ kwalità jew kura medika, kif ukoll fl-immaniġġjar tas-servizzi u l-ospitalità.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti assigurazjoni li l-carers li jaħdmu fil-residenzi tal-gvern, tal-knisja u tal-privat u li huma f'kuntatt dirett mal-anzjani, huma vaċċinati? Jista' jagħti l-istess assigurazzjoni għal dawk il-care workers li jaħdmu fil-komunità f'kuntatt dirett ma' pazjenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali tat l-opportunità lil kull min jaħdem fid-djar tal-anzjani, li jinkludi djar tal-knisja, privati u tal-gvern li jkunu mlaqqma bil-vaċċin tal-COVID-19. Bħalissa madwar 95% tal-carers u infermiera fid-djar tal-anzjani ġew mlaqqma bil-vaċċin. Fir-rigward ta’ carers u nurses li jaħdmu fil-komunità mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kienu minn tal-ewwel li ġew vaċċinati. Apparti minn hekk, l-impjegati għadhom qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha permezz ta’ ilbies protettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li dawk l-anzjani li jagħmlu użu mis-servizz ta' carer fil-komunità ma jistgħux jesiġu li care worker li żżurhom tkun vaċċinata? Jekk iva x'għandhom jagħmlu biex ikollhom replacement b'carer li tkun vaċċinata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-carers u nurses li jaħdmu fil-komunità mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kienu minn tal-ewwel li ġew vaċċinati. Apparti minn hekk, l-impjegati għadhom qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha permezz ta’ ilbies protettiv. L-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ ma kellha l-ebda rapport ta’ din x-xorti.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20992.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità taħt d-dekasteru tal-Ministru qatt ma ħallset jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi mid-ditta li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.
Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa – Dar il-Madonna tal-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġa’ jibda jilqa’ fih l-anzjani ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa li jinsab f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa u dan wara li fl-aħħar xhur dan iċ-ċentru ġie trasferit f'post inqas attrezzat fl-istess lokalità? Deċizjoni li fissret ukoll li numru ta’ anzjani tilfu l-interess u ma baqgħux jattendu wara li l-Gvern naqas li jikkunsidra alternattivi oħra fl-interess kemm ta’ dawk l-anzjani residenti f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa kif ukoll residenti li jgħixu f’residenzi privati fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentru għall-Anzjanita’ Attiva tal-Mellieħa se jerġa’ jmur lura fil-post oriġinali nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju. Dan wara li kellu jiċċaqlaq għal post alternattiv biex jagħti lok biex isiru viżti fid-dar residenzjali tal-Mellieħa. Il-viżti mill-qraba ma setgħux isiru fid-Dar minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija. L-anzjani membri ta’ dan iċ-ċentru ġew offruti l-opportunità li xorta jkomplu jattendu ċ-ċentru u fil-fatt instab post alternattiv fil-lokalità tal-Mellieħa stess. Minn naħa taċ-ċentru xorta baqgħu jkunu organizzati attivitajiet fil-limiti tal-miżuri tal-pandemija. Wieħed irid jinnota ukoll li bejn il-11 ta’ Marzu 2021 u l-23 ta’ Mejju 2021 iċ-ċentri kienu magħluqin fuq struzzjonijiet tas-saħħa pubblika. Mill-24 ta’ Mejju 2021 iċ-ċentri kienu qegħdin jieħdu biss 4 anzjani, ukoll minħabba struzzjonijiet tas-saħħa pubblika. Għalhekk l-attendenza fiċ-ċentri kollha ta’ Malta u Għawdex hija riżultat ta’ dawn il-miżuri u mhux minħabba raġunijiet oħra.