Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru attendejt għall-Kunsill Ministerjali kemm tal-Enerġija kif ukoll dak tal-Ambjent. Bħala prassi, u sa fejn ikun possibbli, jien nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Installazzjoni ta’ pannelli solari u apparat għall-effiċjenza enerġetika — Skemi
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar l-iskemi għall-installazzjoni ta’ pannelli solari u apparat għall-effiċjenza enerġetika? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew implimentati, u kemm kienet in-nefqa, inkluż in-nefqa tal-PR, fl-2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm-il installazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fuq skala kbira (10MWp) ġew implimentati? X'riżultati inkisbu u x'inhu l-infiq għall-2024, inkluż il-PR?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskema għall-apparat ta' purifikazzjoni tal-ilma għadhiex għaddejja fl-2024? X'riżultati kisbet u kemm infaqna, inkluż il-PR relatat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar kemm ġew installati charging points ġodda fl-2024 kif ukoll kemm ġew installati charging points mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Karozzi elettriċi u plug-in hybrids — Skemi ta’ sussidji
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar l-iskemi ta' sussidji għal karozzi elettriċi u plug-in hybrids fl-2024? Tista’ tindika meta spiċċaw il-fondi għal dan is-sussidju u kemm ibbenifikaw minnu u jekk l-inizjattiva hix se tkompli fis-sena li ġejja?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Il-Belt, Valletta — Spazji ġodda ta’ parkeġġ u vjaġġar - Studji
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar jekk sarux studji fuq spazji ġodda ta’ parkeġġ u l-ivjaġġar lejn il-Belt, Valletta? X'riżultati nkisbu u kemm infaqna fuq dan il-proġett u l-PR relatat fl-2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Enemalta — Stabbilimenti kummerċjali – Sospensjoni tal-provvista tad-dawl u l-ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u tal-ilma f'Malta u f’Għawdex separatament matul l-2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, nippreċiża li l-provvista tal-ilma tiġi sospiża mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u mhux mill-Enemalta.
B’mod ġenerali, Ir-raġunijiet għas-sospensjonijiet tas-servizzi jkunu relatati ma’ kontijiet mhux imħallsa jew mhux imħallsa fil-ħin, kif ukoll minħabba nuqqasijiet fil-ħlas tal-arretrati. Azzjonijiet bħal dawn ikollhom jittieħdu wara li jkunu saru diversi tentattivi biex jintlaħaq ftehim mal-klijenti dwar pjan biex isir il-ħlas dovut u jkunu nħarġu wkoll għadd ta’ twissijiet.
Enemalta — Sistemi fotovoltajiċi - Kumpens għall-elettriku ġġenerat
Question
Tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta kellha tħallas fl-aħħar ta' Ottubru 2024 bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajiċi lill-familji li bdew joperaw fid-djar privati u kif ukoll lil stabbilimenti kummerċjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
'TD-T-3749-2023 (7167) — TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR RINGING OF XAGHRA SEGOND HOTEL SS TO SPRING SS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17825 li ngħatat fil-15 ta' April 2024, dwar meta se jibda x-xogħol relatat mas-sejħa 'TD-T-3749-2023 (7167) - TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR RINGING OF XAGHRA SEGOND HOTEL SS TO SPRING SS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER', fejn ġie mwieġeb li 'ix-xogħol ser jibda ladarba jinħarġu l-permessi neċessarji minn Transport Malta għall-iskavar', tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex għaddew iktar minn seba’ xhur u għadu ma nbeda ebda xogħol relatat ma’ din is-sejħa? Tista’ tgħid meta ser jinbeda (xahar u sena) u jitlesta dan ix-xogħol? Tista’ tgħid ukoll għal kemm flus kienet ġiet awarded għal din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-permess minn Transport Malta biex ikun jista’ jinbeda dan ix-xogħol wasal fi stadju finali u mistenni jkun konkluż fil-ġranet li ġejjin. Għaldaqstant, qed ikun ippjanat li x-xogħol jibda sa tmiem is-sena.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex għadhom ma nbdewx ix-xogħlijiet relatati mas-sejħa li ġiet awarded fil-21 ta' Marzu 2024 ' SPD3/2024/008 - TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO '? Tista’ tgħid ukoll meta ħa jibdew, kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa u meta hu stmat li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu rapporti ta’ rwejjaħ li qed ikun hemm f’Raħal Ġdid għand l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) matul l-aħħar 12-il xahar u x’passi ttieħdu fuq dawn l-ilmenti?
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi l-ħidma li saret mas-settur privat fuq il-mudell għas-settur tal-loġistika biex ikun hemm użu akbar ta' vetturi li jġorru merkanzija tqila li jaħdmu bl-elettriku jew bi fuel nadif bħall-idroġenu? Tista’ tagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan u tqassam in-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma r-riżultati tal-proġett shore-to-ship fil-Port il-Kbir u jekk verament wassalx għal tnaqqis ta' 90% tat-tniġġis minn vapuri, u kemm tnaqqsu emissjonjiet kemm ilu li ġie inawgurat? Tista’ tgħid ukoll x'inhu l-progress fuq il-proġett shore-to-ship fiż-żona tal-Freeport? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Programmi ta' investiment u tax credits — Inċentivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-inċentivi u programmi ta' investiment u tax credits, u jekk verament attirawx start-ups innovattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, id-dikarbonizzazzjoni tal-ekonomija u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ta' enerġija rinnovabbli lejn pajjiżna u kemm? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Għotjiet għar-rinnovazzjoni tal-bini kummerċjali favur il-klima
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-programm ta' għotjiet għar-rinnovazzjoni tal-bini kummerċjali favur il-klima ġiex implimentat fl-2024? X’inhuma r-riżultati u l-impatt ta’ dawn ir-rinnovazzjonijiet? Tista’ tipprovdi rendikont tal-ispejjeż għall-2024, inkluż l-ispejjeż tal-PR?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-inizjattivi għall-iżvilupp urban sostenibbli f'Għawdex inbdewx jew le? X'riżultati nkisbu u kemm infaqna fuq dan il-proġett fl-2024, inkluż il-PR?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Awtorità għall-Azzjoni Klimatika — Rendikont ta’ spejjeż
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta’ spejjeż relatati mal-Awtorità għall-Azzjoni Klimatika, inkluż in-nefqa fuq l-attività tat-tnedija, PR, membri tal-bord u l-kunsill u l-pagi tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ta' Ċenċ — Żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC - Xogħlijiet
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li nbdew iktar minn sena ilu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex biex jintegra ż-żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid għaliex f'dawn l-aħħar ġranet ix-xogħol reġa’ waqaf kompletament? Tista’ tgħid ukoll għaliex għaddew aktar minn sena minn meta nbdew ix-xogħlijiet b'rabta ma’ dan il-proġett u x-xogħlijiet għadhom ma tlestewx? Tista’ tagħti time frames ta' meta ħa jitlestew kollha dawn ix-xogħlijiet inkluż ix-xogħol tal-asfalt?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mhux il-każ li x-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom huma weqfin, imma bħalissa għaddej il-proċess ta’ pressure testing, xogħol li ma jidhirx. Ta’ min jenfasizza li dan il-proġett, li huwa ta’ natura daqstant sensittiva u importanti għax jinvolvi s-sistema tal-ilma tax-xorb t’Għawdex kollu, qed isir b’reqqa u b’galbu kbir u għalhekk il-proċess jeħtieġ li jieħu l-ħin tiegħu. Minħabba l-fatt li hemm xogħlijiet oħrajn ippjanati li jsiru fl-istess żona qed issir il-kordinazzjoni meħtieġa biex il-kisi tat-triq jingħata wara li dawn ix-xogħlijiet jitlestew.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2023?