Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34152, 34303, 34679 u 35003 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 33796 u tgħid kemm fadal flus x’jinġabru minn kontijiet pendenti tal-ARMS?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li sal-aħħar ta’ Frar 2026, l-ammont li kien għad irid jinġabar minn kontijiet pendenti li skadielhom it-terminu ta’ 45 ġurnata ta’ kreditu kien ta’ €13,745,761 minn kontijiet residenzjali u €28,849,483 minn kontijiet mhux residenzjali.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30952 u tgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Tista’ tgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ barrieri li huma koperti u regolati minn liċenzja attiva għat-tqattigħ tal-blat (mill-bidu ta’ 2026 sal-aħħar ta’ Frar 2026) jammonta għal 49 barriera. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lokalitajiet fejn jinsabu dawn il-barrieri kif ukoll id-data tal-aħħar spezzjoni u x’passi ttieħdu mill-Awtorita`għall-Ambjent u r-Riżorsi f’kull barriera rispettiva.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (‘revival plan’)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif taf tajjeb l-Onor. Interpellanta bħalissa għadu għaddej proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Grand Harbour Revival Plan li ppreżenta l-Gvern. Infakkar li dan il-Gvern jieħu l-konsultazzjoni bis-serjetà u allura ser nagħtu kas x’jgħidilna l-pubbliku biex infasslu d-dokument tal-Preliminary Market Consultation li huwa l-pass li jmiss wara l-konsultazzjoni pubblika. Mhu qed nagħmlu xejn bil-moħbi u se nkunu qed nippubblikaw id-dokumenti rispettivi u relevanti dejjem fl-istadju li jkun imisshom u bi trasparenza.
San Martin, il-Wardija u ż-Żebbiegħ (Limiti ta’ San Pawl il-Baħar) – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhu x-xogħol li għaddej bħalissa bejn San Martin u l-Wardija fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar u ż-Żebbiegħ? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol, u tagħti indikazzjoni dwar jekk dan l-istess xogħol/xogħol ieħor, hux mistenni li jsir fid-direzzjoni ta’ Triq Għajn Tuffieħa, f’San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol fiż-żona indikata huwa parti minn proġett estensiv li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’investiment ta’ madwar €11-il miljun, fejn se jsir mejn ġdid għat-trasferiment tal-ilma bejn l-impjant tar-Reverse Osmosis fiċ-Ċirkewwa u l-ġibjuni ta’ Ta’ Qali. Infurmata li tali xogħol huwa mmirat li jieħu madwar sena biex jitlesta, u se jibqa’ għaddej lejn Triq Għajn Tuffieħa sa madwar nofs kilometru ’l isfel mill-grotta ta’ San Martin.
Infurmata wkoll li wara li jitlesta x-xogħol min-naħa tal-KSI, se jitpoġġew cables ġodda mill-Enemalta biex titneħħa linja ta’ vultaġġ medju u jiġu eliminati ħsarat li jiġu kkawżati mill-elementi naturali. Din il-linja tinsab fl-akwati u ladarba din titneħħa tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux se jerġa’ jibda jipprovdi l-boroż li jintużaw għall-ġbir ta’ skart organiku lill-Kunsilli Lokali biex jitqassmu lir-residenti, kif kien isir sa ftit xhur ilu? Fid-dawl tal-fatt li ma nħarġet l-ebda stqarrija li dawn il-boroż mhux se jibqgħu jitqassmu, u peress li r-residenti għadhom qed jistaqsu għalihom minkejja li l-kunsilli ilhom xhur ma jingħataw dawn il-boroż, meta huwa mistenni li dan jerġa’ jibda jsir?
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr - Project Green - Proġetti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema proġetti ta’ Project Green ser ikunu qegħdin isiru/jinfetħu fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr, matul is-sena 2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 33919.
Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Mdina, Ħad-Dingli - Project Green - Proġetti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema proġetti ta’ Project Green ser ikunu qegħdin isiru/jinfetħu fil-lokalitajiet tar-Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, l-Imdina, Ħad-Dingli, matul is-sena 2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 33919.
Tista’ l-Ministru tagħti update rigward il-crayfish fiċ-Chadwick Lakes?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal Wied il-Qlejgħa hemm fis-seħħ Ftehim ta’ Tmexxija bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) u Nature Trust – FEEE Malta għaż-żamma u r-restawr tal-ambjent naturali tas-sit. Infurmata li abbażi ta’ dan il-ftehim tneħħew madwar 5,000 ċkala (crayfish) mill-post.
Ninsab infurmata li s-sit għadu qed jiġi monitorjat mill-awtoritajiet b’mod kontinwu, kemm permezz ta’ CCTV kif ukoll bi spezzjonijiet mill-uffiċjali tal-infurzar. Infurmata wkoll li l-operatur qed jaderixxi mal-projbizzjoni imposta mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li ma jidħolx aktar materjal ġewwa s-sit, filwaqt li ġejt infurmata li l-volum ta’ materjal qed jitnaqqas. Iż-żewġ awtoritajiet kienu talbu titjib fil-metodoloġija għar-restawr tal-barriera, biex jiġi assigurat li s-sit jiġi restawrat b’mod sodisfaċenti, u bħalissa qegħdin jistennnew li dan it-titjib jiġi segwit min-naħa tal-Perit tal-operatur tal-barriera.
San Pawl il-Baħar - Burmarrad - Sqaq Ta’ Ċampra - Sistema tad-drenaġġ u tal-ilma tax-xorb
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33140, dwar is-sistema tad-drenaġġ u tal-ilma tax-xorb fi Sqaq ta’ Ċampra, f’Burmarrad, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra bl-iżviluppi li kien hemm mid-data ta’ din l-istess tweġiba?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li qegħdin isiru taħdidiet mal-bdiewa biex jinstab l-aħjar mezz ta’ aċċess sakemm isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kont tal-elettriku kellha tirrevedi l-ARMS minħabba nuqqas tal-eko-riduzzjoni minn Jannar sal-ġurnata fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif jaf l-Onor. Interpellant u anke spjegajt f’din il-Kamra nkluż b’risposti għal mistoqsijiet parlamentari, dwar dan is-suġġett inħatar audit indipendenti. Dan l-audit għad irid ikun finalizzat. Infakkar li bħal dejjem dan il-Gvern ta u jagħti garanzija li kull klijent jieħu dak li hu tiegħu.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn accounts residenzjali tal-elettriku li għandhom reġistrata fuqhom persuna waħda, tnejn, tlieta, erbgħa, eċċ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, kif mgħoddija lili.
Fid-dawl tal-fatt li spiss qed ikun hemm nuqqas ta’ ilma ‘new water’ li jitwassal fl-inħawi tal-Imġarr, tista’ l-Ministru tgħid b’liema frekwenza qed ikun hemm dan il-qtugħ? Tista’ tgħid ukoll x’qed isir biex dan il-qtugħ jonqos, partikolarment issa li jibda joqrob is-sajf u t-tisqija tibda tkun iktar frekwenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mhux il-każ li qed ikun hemm qtugħ spiss fil-provvista tan-New Water fl-inħawi msemmija kif qed tipprova tagħti x’jifhem l-Onor. Interpellanta. Infurmata li fl-aħħar ġimgħat il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet xogħol ta’ manutenzjoni (tiswija ta’ ġibjun) u rinovar (bdil ta’ membrani), u għaldaqstant matul dak il-perjodu partikolari ma setgħetx issir produzzjoni ta’ New Water. Dan ix-xogħol twettaq bi pjanar, billi sar proprju fi żmien li fih id-domanda tkun normalment baxxa u mhux f’perjodu meta l-klima tkun aktar sħuna. Il-bdiewa konċernati ġew avżati dwar dan minn qabel permezz ta’ SMS, kif ukoll reġgħu kienu infurmati minnufih malli l-provvista marret lura għan-normal.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34783 dwar xogħlijiet ta' tqegħid ta' katusi fit-triq li minn Triq Buqana fir-Rabat tagħti għaċ-Chadwick Lakes, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-kuntrattur u l-bdiewa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif diġà spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34783, dan hu ftehim privat li sar bejn il-kuntrattur u l-bdiewa konċernati.
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2025?
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34164, 34619 u 34838 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?