B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11195 dwar l-għeluq tal-Impjant ta’ Sant’Antnin, jista’ l-Ministru jpoġġi l-iStrategic Environmental Assessment (SEA) ta’ dan ix-xogħol kollu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli dwar SEAs ma japplikawx għall-proġetti imma għal pjanijiet u programmi. Intenni li kwalunkwe proġett li tkun ser twettaq il-WasteServ ikunu koperti bil-permessi meħtiega.
Malta North Plant (Magħtab) – manutenzjoni ta’ apparat — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11196 u jelenka dettaljatament l-ispiża li saret, meta u fuq xiex għall-manutenzjoni ta’ apparat bil-ħsara fil-Malta North Plant (Magħtab)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa importanti li wieħed iqis il-kuntest li fih topera il-WasteServ fejn b’mod kontinwu in-numru kbir ta makkinarju u nġenji huma esposti għal kundizzjonijiet estensivi ta’ deterjorazzjoni u dan ġeneralment ikkawżat minħabba t-tip ta’ materjal li jkun qiegħed jinħadem. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Waste Management Plan – dumping ta’ skart ta’ kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11192 u jgħid liema hu jew jindika l-Waste Management Plan viġenti li jitkellem dwar il-pjan ta’ dumping ta’ skart ta’ kostruzzjoni fil-baħar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Waste Management Plan for the Maltese Islands 2014-2020, li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fiż-żona biswit il-Knisja tax-Xemxija, preċiżament quddiem il-fire station tax-Xemxija, tiġi żviluppata f’post ta’ rikreazzjoni/primarjament għat-tgawdija tar-residenti tax-Xemxija li sal-lum m’għandhomx post simili, anke fid-dawl li fl-aħħar snin il-popolazzjoni f’din iż-żona kompliet dejjem tikber?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-art in kwistjoni hi privata.
Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa part-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa part-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar..
Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa full-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ta’ l-Agrikoltura mhux l-entità li tirreġistra l-bdiewa bħala full-time. Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat..
Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultà hemm biex is-siġar li jinsabu fi Pjazza Sant' Wistin fir-Rabat Għawdex jinżabru regolarment minn żmien għal żmien? Jista’ jgħid x'soluzzjoni qed jipproponi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħlijiet f’Għawdex ma jaqghux taħt ir-responabbilità ta’ dan il-Ministeru u għaldaqstant għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li mis-sena 2013 sal-lum, fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima kif ukoll fl-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, ma ntużawx is-servizzi tad-ditta msemmija għal microtargeting.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru depożiti fil-Fond tal-Azzjoni dwar il-Klima mwaqqaf bl-Art.16 tal-Kap 543 u jispeċifika kull sors ta’ oriġini skont l-Art.16(2)? Jista’ jgħid x’użu sar kull sena, mit-twaqqif ta’ dan il-Fond sal-lum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn Malta qed toġġezjona għal miri ġodda fl-emissjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea trid għall-2030, tant li f’laqgħa fil-Lussemburgu iktar kmieni dan ix-xahar Malta ġiet ikkwotata min-Nature Trust fi stqarrija tad-19 ta’ Ottubru 2019 li “Malta was among 10 governments, including Bulgaria and Romania, unashamedly blocking the negotiations to adopt the new target"?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-diskors li jien għamilt waqt id-diskussjoni fuq il-COP 25 ta’ Chile, bl-ebda mod ma bblokjajt in-negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar l-Ambjent għandhiex uffiċċju tagħha f'Għawdex li huwa separat minn dak tal-Awtorità għall-Ippjanar? Jekk iva, fejn jinsab dan l-uffiċċju?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li bħalissa l-Uffiċċini tal-Awtorità tal-Ambjent jinsabu fl-istess binja ma’ l-Awtorità tal-Ippjanar, CityBells, Triq Santa Marta, Victoria, pero’ qegħdin maqsumin għalihom fi swali differenti.
Peress li l-Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet fis-7 ta’ Mejju 2019, ftit jiem qabel l-elezzjonijiet ta’ Mejju 2019, kien wiegħed on site li ser jitħawlu mat-8,000 siġra fl-area wara l-Freeport, jista’ l-Ministru jgħid kemm li, fil-fatt tħawlu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-management plan jew programme of works?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bħalissa qed isir xogħol prepartorju biex tinġarr l-ħamrija li hemm bżonn fejn ser ikun qed isir it-tħawwil ippjanat. Dettalji ta’ x’ser jitħawwel u l-ammonti ngħataw f’ risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 11156.