Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3739 u jelenka l-proprjetajiet pubbliċi mogħtija għall-użu ta’ NGOs taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u jispeċifika l-NGO, l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ kull ftehim?
Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward ta’ Għawdex:
i. kemm hemm proprjetajiet ipprovduti mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali, kemm minn dawn il-proprjetajiet huma okkupati u kemm huma vakanti u disponibbli għall-allokazzjoni;
ii. kemm hemm individwi u familji li bħalissa qed jgħixu f’dawn il-proprjetajiet; u
iii. kemm hemm individwi u familji li qed jibbenefikaw minn għajnuna għall-akkomodazzjoni jew minn sussidji fuq il-kera, b’ċifri separati għal kull skema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li fir-rigward ta’ Għawdex, l-Awtorità tad-Djar għandha total ta’ 338 proprjetajiet residenzjali li jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali. Minn dawn it-338 proprjetà, hemm 21 proprjetà li huma vakanti u 19 minnhom disponibbli għall-allokazzjoni.
Fir-rigward ta’ Għawdex, in-numru ta’ applikazzjonijiet li bħalissa qed jibbenefikaw mill-għajnuna taħt l-iskemi rispettivi huwa kif ġej:
Housing Benefit Scheme (HBS): 280 applikazzjoni
Skema Kera Protetta (SKP): 28 applikazzjoni
Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Art agrikola
Question
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk xi parti mis-sit propost hijiex art agrikola, hijiex mikrija għal skopijiet agrikoli jew tintużax bħalissa għal skopijiet agrikoli? Jekk iva, jista’ jgħid kemm metri kwadri ta’ art agrikola ser jintilfu jew jinbidlilhom l-użu bħala riżultat tal-proġett propost?
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid min huwa s-sid tal-art kollha ta’ madwar 19,000 metru kwadru identifikata għall-faċilità proposta? Jista’ wkoll jagħti n-numri tal-pjanti u tar-reġistrazzjoni tal-art u jgħid kemm minnha hija proprjetà tal-Gvern, kemm hija mikrija u jekk hemmx art privata involuta?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Rapport dwar ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data l-Awtorità tad-Djar irċeviet l-ewwel rapport dwar il-ħsarat fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ġiet iċċertifikata bħala dangerous structure, u jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Il-Gżira – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3885 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fil-Gżira? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 289.
San Ġiljan – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3884 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’San Ġiljan? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?
Tas-Sliema – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3883 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’Tas-Sliema? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3882 u jgħid meta ser jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar iż-żjarat fuq il-post minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jiġu mmarkati b’mod ċar il-konfini tal-art okkupata illegalment u jispjega għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3879 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3880 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3881 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34052 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li ġew ingaġġati b’direct order għall-proġett tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ngħatat id-direct order, u x’inhu l-valur tagħha?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inqasmet l-ispiża tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bejn l-Awtorità tad-Djar, Infrastructure Malta, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa u s-sidien tal-garaxxijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas s’issa u lil min?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22482 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża stmata oriġinarjament għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, x’inhi l-ispiża totali skont il-ftehim iffirmat, u għaliex żdiedet l-ispiża?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29677 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u sa meta huma mistennija jitlestew?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data bdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data waqfu dawn ix-xogħlijiet, u għal liema raġuni waqfu?
Rapporti u dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3207 u 3626 u jgħid f’liema rapporti jew dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Gvern jiġu rreġistrati l-istimi tal-obbligazzjonijiet relatati ma’ kumpens li għadu ma tħallasx għal artijiet u proprjetajiet meħuda għal skopijiet pubbliċi jew soċjali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rendikont disponibbli, bid-data ta’ referenza tiegħu, li juri separatament il-kumpens totali determinat u/jew maqbul iżda mhux imħallas, l-istima totali min-naħa tal-Gvern tal-kumpens li għadu jrid jiġi determinat, u l-imgħax totali dovut?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dettalji ta dan it-tip ma tistax tingħata. Minbarra hekk, fil-maġġoranza tal-każi, il-valur ta tali kumpens jiġi stabbilit fiż-żmien li jkun ser isir il-ħlas, għax ikun skont deċiżjoni tal-qorti jew għax ikun marbut ma akkwisti li jkunu neċessarja li jingħalqu bil-ħlas u b’kuntratti ta xiri.