DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33525, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq u l-bdiewa f’dawn il-gżejjer minħabba din id-direttiva?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2449 tirrigwarda protokolli għall-eżami ta’ varjetajiet ta’ diversi speċi ta’ pjanti fosthom tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi. Din l-eżami tiddetermina li varjetà hi distinta minn oħrajn magħrufa u li jinsabu fuq is-suq. Ukoll, hi marbuta mar-reġistrazzjoni ta’ varjetajiet ġodda fil-katalgi tal-Unjoni Ewropea tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex tal-ikel.
Malta m’għandhiex faċilitajiet fejn jista’ jsir eżami ta’ dan it-tip. Barra minn hekk, produzzjoni taż-żrieragħ, kif ukoll ta’ xitel fil-każ ta’ ħaxix tal-ikel, skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan il-materjal tal-pjanti ma ssirx. Għaldaqstant, Malta timporta materjal minn Stati Membri oħra u li hu eżaminat, irreġistrat u ċċertifikat.
Strateġija għas-Sajd 2026-2036 - Laqgħat ta’ konsultazzjoni - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeru jew mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura għall-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar l-Istrateġija għas-Sajd 2026-2036 li saru f’San Pawl il‑Baħar, f’Marsaxlokk u f’Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità u t-tip ta’ nefqa, inkluż spejjeż relatati ma’ loġistika, kiri ta’ spazji, komunikazzjoni, servizzi tekniċi u kwalunkwe ħlasijiet oħra relatati mal-proċess ta’ konsultazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta illi bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika għall-ewwel Strateġija Nazzjonali għas-Settur tas-Sajd, il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali organizza tlett laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika fid-19 ta' Frar f'Għawdex, fl-24 ta' Frar f'Marsaxlokk, u fit-3 ta' Marzu f'San Pawl il-Baħar. Dawn is-sessjonijiet laqqgħu flimkien sajjieda, rappreżentanti tas-settur u membri tal-komunità, fejn kellhom l-opportunità jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta' qafas strateġiku fit-tul għas-settur. Infurmat li n-nefqa totali kienet ta’ €43,255.62 (VAT eskluż) li tkopri l-loġistika kollha, id-disinn u l-preżentazzjoni tat-tlett laqgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li l-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u jingħataw is-servizzi kollha bħalma jingħataw ġewwa l-Pitkalija ta’ Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa għaddejjin b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-bini eżistenti tal-Pitkalija f’Għawdex. Il-pjan hu li sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena tibda tagħti s-servizzi kollha bħalma jingħataw ġewwa l-Pitkalija ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ art agrikola għadux jista’ jsir fil-pitkalija f’Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll jekk il-bdiewa hux ser ikunu jistgħu jmorru jirreġistraw l-art li huma jaħdmu, mingħajr appuntament u jekk iva, fejn?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li r-Reġistrazzjonijiet tal-art agrikola qed isiru fl-AgriHub Meet and Greet, l-Għammieri. Reġistrazzjonijiet mingħajr appuntament se jintlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2026. Mit-28 ta’ Marzu ’il quddiem, ir-reġistrazzjonijiet se jsiru permezz ta appuntament.
It-talba għal appuntament tista’ ssir billi wieħed iżur l-Għammieri, iċempel fuq 23397777 jew jibgħat email fuq
artagrikola.mafa@gov.mt
. Dan qed isir sabiex jiġi pprovdut servizz aktar effiċcjenti u biex il-klijenti jkunu jistgħu jinqdew fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari, jitqiesx bħala awtonomu? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-direttorat huwiex jew le, parti mill-Ministeru u l-istess Segretarju Parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi Skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595), id-Dipartimenti tal-Gvern inkluż id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali mhumiex awtonomi. Id-Direttorat huwa integrat fil-Ministeru, u jaqa’ taħt il-portafoll tas-Segretarjat Parlamentari. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huwa struttura integrata fil-Ministeru taħt katina ta’ kmand.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-irwol tagħhom u meta ddaħħlu jaħdmu f'dan id-Direttorat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella segwenti fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu fid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Role
Personnel
Director
1
Assistant Director
1
Aftercare Manager
1
Human Resource Manager
1
Enforcement Manager
1
Administration
9
Store Keeper
1
Procurement officer
3
Messenger
1
Ambulance officer
9
Inspection officer / Coordinator
2
Inspection officer
22
Discharges / Reserve ambulance
4
Veterinary Duties
5
Administer Medicine & Assist Vets
2
Feeding & Cleaning
11
Dog Section Coordination & Dog Walking
2
Dog Walking
5
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147, 34294, 34650 u 34883 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34934 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tal-konsulenti preżenti li hemm ingaġġati fil-Ministeru tiegħu?
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dak li ntqal mill-Kummisarju tal-Annimali rigward moħqrija u negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 35341.
Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikun qed jagħmel dwar il-moħqrija u n-negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li jagħmel parti mill-Ministeru tiegħu, kif intqal mill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, u jara li din l-investigazzjoni ssir bl-effiċjenza meħtieġa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-allegazzjonijiet ta’ moħqrija u negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali bħalissa qed jiġu investigati. Il-Ministeru jistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni u se jaġixxi kif xieraq skont il-konklużjonijiet tagħha.
In-Naxxar - Iljuni salvati – Nies imressqa l-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imressqa persuni l-Qorti fuq il-każ tal-iljuni li ġew salvati minn razzett fin-Naxxar f'Diċembru tal-2024, fid-dawl li l-annimali in kwistjoni nstabu maħqura u fi stat negliġenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-proċeduri kriminali qed jiġu segwiti mill-Qorti Kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-iljuni li kienu ġew salvati minn razzett fin-Naxxar f' Diċembru tal-2024?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi f'dan il-każ ma jista' jsir l-ebda pjan sakemm ma jintlaħaqx l-eżitu tal-proċedimenti kriminali li għadhom għaddejjin, u peress li l-annimali in kwistjoni huma evidenza fl-imsemmi każ.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2025?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34162, 34617 u 34836 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2025?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul April 2025?