Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pitkalija Ltd — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €150,000 li ntefqet fl-2020 għal Vot deskritt bħala Pitkalija Ltd, u x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern li skont il-Financial Estimates 2021 għall-istess vot deskritt, għandu jonfoq €520,000? Jista’ jgħid lil min tħallsu? Jista’ jgħid jekk dawn kenux direct orders jew tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Agri Fair Malta — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 skont il-Financial Estimates 2021 li kienet deskritta bħala Agri Fair Malta li skont l-estimi, fl-2020 din il-ħidma swiet €650,000? Jista’ jagħti l-informazzjoni dettaljata rigward kif u lil min tħallsu dawn is-€650,000? Jista’ jgħid liema minn dawn il-ħlasijiet kienu direct orders jew ingħatawx b’tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għan tal-fond imsemmi huwa relatat mal-ħidma meħtieġa sabiex tittella’ l-ewwel fiera agrikola f’Malta. Minħabba l-pandemija din l-fiera kellha tiġi posposta. Qed tingħata informazzjoni dettaljata tax-xogħol li sa issa tħallas fl-2020 b’rabta mal-organizzazzjoni ta’ din il-fiera. Ta’ min jgħid li x-xogħol imwettaq ser jintuża la darba din il-fiera tkun tista’ tiġi organizzata, apparti r-reklamar li laħaq sar. Malta AgriFair 2020 Supplier Remarks Paid 2020 € Call for Quotations Malta AgriFair - Official Website - https://agrifair.gov.mt/ Keen Ltd Website creation 6,157.00 Risk Assessment Stanley Azzopardi Risk Assessment 500 Tender Service Tender for the Development and Implementation of an Integral Promotional and Marketing Campaign on the National Agricultural Fair in an Environmentally Friendly Manner Outlook Coop Tender for the majority of marketing and promotion services required. 169,733.27 Negotiated Procedure Negotiated Procedure for the organisation of the National Agricultural Malta Fairs and Conventions Centre Official venue of the Malta AgriFair 184,520.00 Fair in 2020 TOTAL 360,910,27

Skandlu tat-Tonn — inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar l-iskandlu tat-tonn?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta tat-Tonn qed ssir mill-Maġistrat inkwerenti u d-Dipartiment ikkonċernat m’għandu l-ebda informazzjoni rigward l-istadju li waslet fiha din l-inkjesta. Ta’ min wieħed jgħid li dan id-Dipartiment ikollabora kull meta kien mitlub jagħmel dan permezz ta’ xhieda u preżentazzjoni ta’ dokumenti.

Storm Damages Scheme — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena 2020 lil min tħallsu d-€940,000 ta’ Storm Damages Scheme kif deskritt fil-Financial Estimates tal-2021?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vot Storm Damages Scheme qed jintuża mill-Ministeru tiegħi sabiex jingħata kumpens lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li ġarrbu ħsarat strutturali u/jew ħsarat fl-uċuħ tar-raba’ jew fil-mezzi tas-sajd tagħhom fil-maltempata li seħħet fi Frar 2019. Minn dawn il-fondi tħallsu s’issa €410,687.13.

EU Agriculture Fund for Rural Development — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif kienu użati l-EU Agriculture Fund for Rural Development (2014-2020) li fl-2020 jidhru bħala total ta’ €17,215,000?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-EU Agriculture Fund for Rural Development (2014-2020) li fl-2020 jidhru bħala total ta’ €17,215,000 intużaw għall-mizuri hekk kif ġej: · Quality Schemes for Agricultural Products and Foodstuffs (Article 16) – Measure 03 · Farm and Business Development (Article 19) – Measure 06 · Agri-Environmental-Climate (Article 28) – Measure 10 · Organic Farming (Article 29) – Measure 11 · Payments to areas facing natural or other specific constraints (Articles 31 & 32) – Measure 13 · Support for Leader Local Development (CLLD – Community-Led Local Development (Article 35) – Measure 19 Technical Assistance (Article 51) – Measure 20

Financial Estimates 2021 – Miscellaneous Receipts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti d-dħul tal-Gvern ta’ €760,000 li skont il-Financial Estimates tal-2021 qed jidhru bħala Miscellaneous Receipts?

Response (REFALO, ANTON)

L-ammont stima ta’ €760K fil-line item 0999 - Miscellaneous Receipts għall-2021 kien ibbażat fuq l-istima għas-sena 2020 li kienet tammonta wkoll għal € 760K u d-dħul attwali għall-2019 ta’ €935K. Id-dħul f'dan il- line item jikkonsisti prinċipalment f'irkupri minn debituri tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA). Dawn id-djun jinħolqu minħabba irregolaritajiet min-naħa tal-benefiċjarji ta’ skemi u miżuri tal-UE li jitħallsu minn din l-Aġenzija kif ukoll minn Rimborżi oħra ta’ Finanzjament tal-UE fir-rigward ta’ vjaġġar, salarji, servizzi professjonali, workshops u spejjeż ta’ studju.

Fee on caging of Bluefin Tuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħallas għal dak li qed ikun magħruf bħala fee on caging of Bluefin Tuna li huma ħlas ta’ €2,200,000 fl-2020?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif jispeċifika r-regolament relattiv, il-fee on caging of Bluefin Tuna titħallas mill-operaturi tal-farms tat-tonn għal tqegħid ta’ tonn fil-gaġeġ fis-sena relattiva.

Nefqa fuq Experimental and Demonstration Units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 li tkopri l-Experimental and Demonstration Units li skont il-Financial Estimates tal-2021, fl-2020 kienet tkopri n-nefqa ta’ €185,000?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa marbuta ma’ dan il-vot tkopri l-ispejjeż assocjati mar-riċerka u l-manteniment tal-merħla tal-annimali ġewwa l-Agriculture Research and Innovation Hub li qiegħed fl-Għammieri.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tlett spazji riservati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħi fil-Belt Valletta, filwaqt li hemm żewġ spazji oħra riżervati għall-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.

Entitajiet — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15134 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba hekk kif ġej: Pitkalija Ltd Grad Lokalita’ Numru ta’ ingaġġ Crates Washer Għajnsielem 2 Crates Washer Xewkija 4 Crates Washer Xagħra 2 Crates Washer Sannat 1 Crates Washer Nadur 1 Crates Washer Kerċem 1 Senior Coordinator Xagħra 1 Pitkalija Ltd - Kuntratt għal servizzi Grad Lokalita’ Numru Office Administrators Għajnsielem u Nadur 2 Crates Washer Attard 1 Support Officer Fgura 1 Security Officers ** 14 (skont il-ħtieġa) First Aiders (biex jassistu fil-kontroll tat-temperatura qabel id-dħul fil-Pitkalija) ** 3 Crates Washers ** 2 – 4 (skont il-ħtieġa) ** Lokalitajiet mhux disponibbli, ladarba ħaddiema tal-kuntratturi jinbidlu minn żmien għall-ieħor, skont l-esiġenzi tal-istess. GAB - Kuntratt għal servizzi Grad Lokalita’ Numru ta’ ingaġġ Clerk/Data Collector Għajnsielem 1

Miżuri minħabba Żunżan Bagħal (Oriental Hornet)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu miżuri maż-żieda evidenti f'pajjiżna tal-ispeċi Żunżan Bagħal (Oriental Hornet)? Jista’ jispjega kif se nipproteġu l-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-frott Malti u l-għasel fl-interess tal-bdiewa, l-industrija agrikola u l-ekosistema ta' pajjiżna mill-istess speċi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet għall-Annimali joffri assistenza teknika sabiex tiġi kkontrollata l-invażjoni ta’ ċertu pesti u mard tal-pjanti u tal-annimali. Peress li l-ispeċi taż-Żunżan Bagħal (Oriental Hornet) tista’ titqies bħala waħda minn dawn, il-bdiewa jistgħu jiksbu għajnuna dwar il-kontroll ta’ dan il-pesti permezz tal-Extension Service fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16448 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (REFALO, ANTON)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11390, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 2 talbiet Jannar-Settembru 2020: 1 talba waħda Minn dawn kien hemm talba waħda milqugħa, tnejn irrifjutati, filwaqt li m’hemm l-ebda talbiet pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.”

Żoni tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun – ilma lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex jiġi assigurat provista tal-ilma lill-bdiewa fiż-żona tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun minn Ta’ Barkat? Jista jgħid x’volum u x’kwantità ġie provdut tul din is-sena u sal-aħħar ta’ Awwissu 2020?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Il-Fgura u Ħal Tarxien – għajnuna lill-bdiewa

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14290, jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna għaddiet lill-bdiewa u r-raħħala fil-parti t’isfel ta’ pajjiżna tul dawn l-aħħar xhur?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli jaħdem biex jitfasslu inizjattivi u skemi finanzjari biex dejjem ikun ta’ għajnuna u sostenn għall-bdiewa u r-raħħala kollha kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14290, nerġa’ ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ma jagħmilx distinzjoni bejn raħal u ieħor, iżda jwettaq ħidma sabiex dejjem imexxi ‘l quddiem l-agrikoltura Maltija u Għawdxija kollha kemm hi.

Irziezet fl-abitat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm irziezet fl-abitat u x’passi ttieħdu tul din is-sena sabiex jiġu rilokati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont in-National Livestock Database, li hija d-database nazzjonali fejn tinżamm l-informazzjoni kollha dwar l-irziezet u l-annimali, ma tinżammx informazzjoni relatata jekk razzett jinstabx fl-abitat. Il-Ministeru m’għandu l-ebda talba għal rilokazzjoni ta’ rziezet minn żoni fl-abitat.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi ingaġġati fis-Segretarjat Privat tiegħi u li huma minn barra s-settur pubbliku hija hekk kif ġej: § Head of Secretariat § Customer Care Officer § Communication Secretary § Assistant Private Secretary § Secretariat Officer § Secretariat Pool § Secretariat Messenger/Charwoman § Personal Driver/Security Officer

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li ma ngħataw l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u lin-National Alliance for Rare Diseases Support, jew inkella lill-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, mill-Ministeru illi tiegħu jiena responsabbli.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ 11390 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet lill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.