Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali – servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – ħaddiema fuq kuntratt definit – użu mit-telework jew reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jiċċara kemm hemm impjegati fuq kuntratt definit li jaħdmu fl-ambitu tal-Fondi Ewropej li jagħmlu użu mit-telework jew li qegħdin fuq reduced hours?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru li jien responsabbli minnu, hemm impjegat wieħed fuq kuntratt definit li qed jaħdem bl-użu ta’ telework jew reduced hours b’rabta ma’ proġetti b’fondi Ewropej.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella segwenti. Country Name of meeting Dates of meeting Delegation Total per trip EU funded € Belgium Agrifish - 25th - 27th May 24th - 28th May Hon. Minister 9976.84 Yes Permanent Secretary Secretariat Officer Assistant Director Agriculture Portugal Informal Meeting of Agriculture & Fisheries MTG 13th - 16th June Hon. Minister 3464.35 No Secretariat Officer Luxembourg Agrifish - Agriculture & Fisheries Mtg 28-29 June 27th - 30th June Hon. Minister 9342.71 Yes Permanent Secretary Secretariat Officer Belgium Agrifish - 19th July & Tour to Belorta 20th July 18th - 21st July Hon. Minister 5894.5 Yes Permanent Secretary Secretariat Officer Slovenia Informal MTG of Agriculture Ministries 4th - 8th September Hon. Minister 6145.23 No Permanent Secretary Secretariat Officer Italy Visiting Delegation from Malta - CIHEAM 29th Sept - 1st Oct Hon. Minister No Permanent Secretary Secretariat Officer Director General Agriculture Assistant Director Agriculture Head Paying Agency 3243 No

Uffiċċju tal-AgriConnect

Question

B'referenza għall-Uffiċċju ta’ AgriConnect li nfetaħ mill-Ministeru tiegħu f'dawn l-aħħar xhur ġewwa l-Mellieħa biex bdiewa u raħħala Maltin ikollhom servizz tal-komunità u jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jinfetaħ uffiċċju simili ġewwa Għawdex għall-bdiewa u r-raħħala Għawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju li nfetaħ fil-Mellieħa joffri s-servizz kemm lill-bdiewa kif ukoll lir-raħħala fit-Tramuntana tal-pajjiż li jinkludi Għawdex. Ta’ min jirrimarka li l-bdiewa u r-raħħala Għawdxin jistgħu jinqdew mill-farm esperimentali tal-Gvern fix-Xewkija.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet ta-Annimali — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli inklużi l-entitajiet, ma hemm u ma sar l-ebda ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.

Ħaddiema Self Employed ingaġġati mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema impjegati self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u r-rimunerazzjoni li tingħata għal dawn l-ingaġġi? Kemm minn dawn il-ħaddiema jagħtu servizz f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghal-mistoqsija parlamentari 21582.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Animali – ħaddiema f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anke tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Self employed residenti f'Għawdex — kuntratt mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi self-employed residenti f'Għawdex li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Malta? Kemm hemm individwi self-employed residenti f'Għawdex li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra

Self employed residenti f'Malta — kuntratt ta' servizz mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi self-employed residenti f'Malta li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Malta ? Kemm hemm individwi self-employed residenti f'Malta li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għal Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema impjegati self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u r-rimunerazzjoni li tingħata għal dawn l-ingaġġi? Kemm minn dawn il-ħaddiema jagħtu servizz f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali m’ghandu u lanqas kellu min meta gie mwaqqaf XI ħaddiema li huma ngaġġati bħala self-employed u jagħtu servizz lill-Ministeru għal Għawdex.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Klieb, żwiemel u qtates – ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-popolazzjoni tal-klieb, żwiemel u qtates f'Malta? Qatt sar xi ċensiment ta’ dawn l-annimali? Jekk iva, meta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li ma jidhirx li qatt sar ċensiment simili mid-dipartimenti konċernati. Minkejja dan, skont id-Dipartiment għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali għall-klieb u l-qtates u r-Reġistru Nazzjonali tal-Annimali miżmum mid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja għaż-żwiemel l-aħħar ċifri mghoddija minnhom fis-16 ta’ Awwissu 2021 rispettivament huma hekk kif jidhru fit-tabella li ġej: · Klieb: 85,079 · Qtates: 11,673 · Żwiemel: 5,506

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba ghadha qed tingabar u tinghata f’xi seduta ohra.

Nisġet Artna — Ħarġa numru 26 - spiża tal-ktejjeb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kopja ġiet stampata ta' Nisġet Artna Ħarġa Numru 26? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' dan il-ktejjeb (layout, printing, posta eċċ)? Jista' jgħid lil min ġiet mibgħut bil-posta dan il-ktejjeb?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: · Numru ta' kopji stampati: 25,500 kopja · Spiża totali tad-disinn: €283.20 · Spiża totali tal-qari tal-provi: €177 · Spiża totali tal-istampar: €8,570.13 · Spiża totali tal-posta: €2,733.14 Dan il-magażin jitqassam f’residenzi u negozji ġewwa Malta u Għawdex, kif ukoll jitqassam internament.

San Pawl il-Baħar — Żona tal-Imbordin u l-Pwales – bdiewa – ilma għar-raba’

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex jara li numru ta’ bdiewa li jaħdmu r-raba’ fiz-żona tal-Imbordin u l-Pwales, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, ikollhom sistema adegwata sabiex jitwassal għandhom l-ilma sabiex tiġi ffaċilitata lilhom it-tisqija fl-għelieqi tagħhom? In-nuqqas ta’ ilma fiż-żona indikata qed toħloq problemi kbar lil dawn l-istess bdiewa. (ritratt taż-żona jinsab anness)

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ddiskuta din il-kwistjoni mal-Ministeru kkonċernat u fejn ġie kkonfermat li x-xogħolijiet meħtieġa f’din iż-żona huma maħsuba li jibdew fiż-żmien li ġej.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21831 dwar l-għadd ta’ konsulenti fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali li l-Ministru finalment ta, jista’ l-Ministru issa jgħid: a. X’inhu l-ħlas li qed jingħataw mill-Ministeru? u b. xX’wettaq bħala konsulenza kull konsulent, u x’rapporti għamlu? X’ħidma wettqu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghal-mistoqsija parlamentari 21831.

Raħal Ġdid — Wied Blandun - ilmenti dwar annimali

Question

Jista’ l-Ministru jieħu nota u jieħu azzjoni tad-diversi ilmenti li twassluli mir-residenti ta’ madwar Wied Blandun f’Raħal Ġdid minħabba li fl-aħħar xhur tfaċċaw ħemel tiġieġ, sriedaq u annimali oħra li qed jinżammu illegalment f'Wied Blandun, viċin dawn ir-residenzi, b’diversi vetturi jieqfu biex jixtru l-prodotti tagħhom (bla ebda ħarsien tar-regoli tas-sanità pubblika) u b’inkonvenjent għal dawn ir-residenti li ma jistgħux jorqdu bit-treddin tas-sriedaq matul il-lejl?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ħa nota u tniedew l-investigazzjonijiet neċessarji.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn meta gie mwaqqaf il-Ministeru ghall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Animali ntefqet is-somma ta’ € 7,316.00 permezz ta’ contract for service għall-konsulenza relatata ma’ public relations u komunikazzjoni.