Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2014 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2014 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2015 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2015 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-White Paper dwar l-Organi u d-Donazzjoni tat-Tessuti.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2016 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2016 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport 2050 u Master Plan għat-Trasport 2025.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2017 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2017?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2017 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mar-Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Logħob.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2018 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2018 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Arranġamenti tal-Ħin tas-Sajf.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2019 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha sa l-aħħar ta’ Awwissu 2019 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Bilanċ tal-Ġeneru fil-Parlament.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt:
Ġunju – Diċembru 2017: Tnejn (2)
Jannar – Diċembru 2018: Erba’ (4)
Jannar – Settembru 2019: Sitta (6)
Minn dawn kien hemm erba’ milqugħa, seba’ rrifjutati u waħda għadha pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2013 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-portal www.konsultazzjoni.gov.mt beda jopera minn Mejju 2014. Għaldaqstant il-Ministeru m’għandux rendikont preċiż tal-konsultazzjonijiet pubbliċi li saru qabel ma twaqqaf dan il-portal. Mandanakollu hu ċar li l-gvern sa mill-bidu tal-leġislatura fl-2013, dejjem ikkonsulta bl-aktar mod wiesgħa qabel ittieħdu deċiżjonijiet, u dana bħala stil tal-politika tiegħu – Gvern li Jisma’.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li saru matul is-sena 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt beda jopera minn Mejju 2014. Għaldaqstant il-Ministeru m’għandux rendikont preċiż tal-konsultazzjonijiet pubbliċi li saru qabel ma twaqqaf dan il-portal. Mandanakollu hu ċar li l-gvern sa mill-bidu tal-leġislatura fl-2013, dejjem ikkonsulta bl-aktar mod wiesgħa qabel ittieħdu deċiżjonijiet, u dana bħala stil tal-politika tiegħu – Gvern li Jisma’.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10887 u jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtha mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Konsulenzi minn ditta legali
Question
Jista' l-Ministru tgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 23714 u 23727 tal-Legislatura XII.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista uffiċjali ta’ entitajiet li setgħu jissottomettu proġetti f’isem benefiċjarji għall-kisba ta’ fondi Ewropej bejn is-snin 2004 u 2013? Jista’ jindika wkoll l-applikazzjonijiet li saru għal fondi Ewropej fl-istess perjodu, min daħħalhom u jekk kinux f’isimhom jew f’isem terzi? Nitolbu jinkludi wkoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet irriżultaw f’suċċess biex jirċievu l-ħlasijiet, x’kienu l-proġetti li għalihom intefqu l-flus u x’kien il-perċentwal mill-istess spejjeż tal-proġetti li l-fondi Ewropej kienu jkopru?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatat mal-proġetti kofinanzjati minn Fondi Ewropej f’dak li jikkonċerna Fondi Strutturali għall-Programm 2004/2006 w Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni f’dak li jikkonċerna il-programm 2007/2013.
Attachments:Reply to PQ 10949_Lista ufficjali ta' entitajiet.xlsx
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — contract of service u contract for service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtha mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza ghar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġa mill-US State Department 2019, tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tagħha u Ministeri oħra? Tista' tindika liema huma dawn il-Ministeri?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.