Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Gifts register

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu jinżammx ‘gifts register’ bħala rendikont tar-rigali li jingħata l-Ministru u/jew l-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu fi żjarat u laqgħat li jkollu l-Ministru u/jew l-uffiċjali tal-Ministeru ma’ terzi, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm items imniżżla f’dan ir-reġistru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W190.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W190.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W190.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W190.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W190.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Ambaxxaturi residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm Ambaxxaturi residenti jirrappreżentaw lil Malta barra l-pajjiż u f’liema pajjiżi qegħdin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista t’Ambaxxaturi residenti hija din li ġejja: Numru Isem u Kunjom Pajjiż 1 E.T. Mario Farrugia Borg L-Awstralja 2 E.T. Natasha Meli Daudey L-Awstrija 3 E.T. Clint Tanti Il-Belġju 4 E.T. John Joseph Aquilina Il-Brażil 5 E.T. Mark Anthony Pace Il-Kanada 6 E.T. John Busuttil Iċ-Ċina 7 E.T. Roberto Pace L-Eġittu 8 E.T. Ronald Micallef L-Etjopja 9 E.T. Pierre Clive Agius Franza 10 E.T. Giovanni Xuereb Il-Ġermanja 11 E.T. Jean Claude Mallia Il-Ghana 12 E.T. Joseph Cuschieri Il-Greċja 13 E.T. Giovanni Buttigieg L-Irlanda 14 E.T. Reuben Gauci L-Indja 15 E.T. Cecilia Attard Pirotta L-Iżrael 16 E.T. Daniel Azzopardi L-Italja 17 E.T. André Spiteri Il-Ġappun 18 E.T. George Said Zammit Il-Kuwajt 19 E.T. Carmelo Saliba Il-Libja 20 E.T. Marisa Farrugia Il-Polonja 21 E.T. John Camilleri Il-Portugal 22 E.T. Marlene Bonnici Il-Belġju (UE) 23 E.T. Simon Pullicino Il-Qatar 24 E.T. Carmelo Inguanez Ir-Russja 25 E.T. Clive Aquilina Spagnol L-Arabja Sawdija 26 E.T. Francesca Camilleri Strasburgu (Kunsill tal-Ewropa) 27 E.T. Jeffrey Curmi In-Netherlands 28 E.T. Emmanuel Mallia Ir-Renju Unit 29 E.T. Godfrey Xuereb L-Istati Uniti tal-Amerka 30 E.T. Maria Camilleri Calleja L-Emirati Għarab Magħquda 31 E.T. Joseph Sammut It-Tuneżija 32 E.T. Chris Grima Ġinevra (Nazzjonijiet Magħquda) 33 E.T. Vanessa Frazier New York (Nazzjonijiet Magħquda)

Ambaxxaturi residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm mill-Ambaxxaturi residenti li jirrappreżentaw lil Malta barra l-pajjiż, huma political appointees u kemm minnhom huma career diplomats?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru t’Ambaxxaturi residenti li huma "political appointees", hekk kif qed issejħilhom l-interpellant, huwa ta’ 21 filwaqt li hemm 12 -il Ambaxxatur li huma career diplomats. Din hija prassi identika għal dak li seħħ fis-snin li għaddew. Pereżempju, fl-aħħar tal-2012, kellek ċirkostanza ta’ 24 Ambaxxatur residenti, li 15 minnhom kienu political appointees, 8 kienu career diplomats, u missjoni minnhom kienet immexxija minn Charge d’Affaires. B'differenza għal dak li kien iseħħ fil-passat, illum dawk li jkunu nominati għal dawn il-karigi diplomatiċi qed ikunu skrutinjati mill-Parlament qabel jingħataw il-ħatra.

Ingaġġ ta’ career diplomats

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati career diplomats bejn Jannar 2022 u Settembru 2024, maqsuma sena b’sena, u f'liema karigi jew nomenklaturi ġew impjegati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, n-numru ta’ career diplomats li ġew ingaġġati bejn Jannar 2022 u Settembru 2024, maqsuma sena b’sena, u f'liema karigi jew nomenklaturi huwa kif ġej: Sena 2022 - 8 Second Secretaries Sena 2023 - 8 Second Secretaries Sena 2024 (sa Settembru 2024) – 5 Second Secretaries

Persons of trusts fl-ambaxxati barra l-pajjiż — Rwol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhu rwol/xogħol li għandhom il-persons of trust li huma posted ġewwa l-Ambaxxati tagħna?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 13 iservu bħala Kap tal-Missjoni u 9 iservu bħala uffiċċjali fil-missjonijiet rispettivi.

Kunsilli għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — Laqgħat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Kunsilli għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fis-snin 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta ltaqa' f'Malta darba fl-2022, darba fl-2023 u ser jiltaqa' din is-sena fit-30 u l-31 ta' Ottubru. L-Art. 6 (4) tal-Att XX tal-2011 jirrikjedi "Mill-inqas darba fis-sena, iċ-Chairman għandu jlaqqa’ seduta tal-Kunsill f’Malta li fiha jistieden il-membri kollha li jgħixu barra minn Malta biex jattendu u jipparteċipaw f’dik is-seduta.”

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Passaport diplomatiku Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19754, 20236 u 20475 u jagħti lista ta’ persuni li f’dawn l-aħħar għaxar snin kellhom il-passaport diplomatiku Malti, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tkun imħejjija.

Passaport diplomatiku Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19754 u 20236 u jagħti lista ta’ persuni li f’dawn l-aħħar għaxar snin kellhom il-passaport diplomatiku Malti, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tkun imħejjija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ - Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20107 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16516.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur mhux residenti ta’ Malta Marlene Mizzi ġiet akkreditata għall-Isvezja u n-Norveġja fis-7 ta’ Awwissu 2020 u għadha tokkupa din il-ħatra sal-lum. Bħal Ambaxxaturi mhux residenti oħra, hi tingħata remunerazzjoni ta’ €5,000 fis-sena. L-individwi l-oħra msemmija qatt ma kellhom xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru mill-2013 sal-lum.