Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxatur Malti għal-Libja - Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk talabx lill-Ambaxxatur Malti għal-Libja jissospendi ruħu u/jew jirriżenja mill-kariga ta’ Ambaxxatur meta sar jaf li kien qed jiġi investigat mill-pulizija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 1002.

Ambaxxatur Malti għal-Libja - Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu mill-Ministeru meta sar jaf bl-investigazzjoni tal-Ambaxxatur Malti għal-Libja li qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija Maltija dwar reati kriminali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 1002.

Ambaxxatur Malti għal-Libja - Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet a konoxxenza tal-Ministeru, li l-Ambaxxatur Malti għal-Libja qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija Maltija dwar reati kriminali u nżamm arrestat għal diversi sigħat b’rabta ma’ din l-investigazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minkejja li l-Ministeru ma wasallu ebda lment direttament, minn tagħrif li wasal għand is-Segretarju Permanenti, il-Ministeru sar jaf li l-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja beda jiġi investigat mill-Pulizija Maltija fi tmiem ix-xahar ta’ Mejju. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Ambaxxatur intalab jibqa’ Malta. Il-funzjonijiet tal-Kap tal-Missjoni f’Tripli qed jitwettqu fuq bażi interim minn uffiċjal diplomatiku anzjan fl-Ambaxxata, skont il-prattika diplomatika u r-regolamenti applikabbli. Peress li l-każ għadu taħt investigazzjoni tal-Pulizija u jinsab ukoll soġġett għal proċeduri amministrattivi interni, f’dan l-istadju mhuwiex xieraq li jingħataw aktar dettalji li jistgħu jippreġudikaw dawn il-proċessi. Is-Segretarju Permanenti beda l-proċeduri amministrattivi previsti mir-Regolamenti Dixxiplinari tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (Avviż Legali 165 tal-2023), li qed jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti.”

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli  Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzzjoni għadha qed tinġabar

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' First Aiders kwalifikati fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Entita' li taqa taħtu huwa ta' 46.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 202.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma llill-Onorevoli Interpellant illi fl-2024 ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti ta' fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fl-Entita' li taqa taħtu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 200.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fl-Entita’ li taqa taħtu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareg il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022 kien kif ġej: Sena 2020 Sena 2021 Sena 2022 Jannar 75.00 4,225.00 7,608.33 Frar 160.00 2,460.00 Marzu 25.00 5,591.00 April 584.00 5,716.01 Mejju - 4,203.00 Ġunju 45.00 3,956.99 Lulju - 3,861.66 Awissu 455.94 3,696.29 Settembru 10,044.97 3,581.00 Ottubru 780.00 3,586.00 Novembru - 6,377.67 Diċembru 734.89 1,148.00 TOTAL 12,904.80 48,402.62 7,608.33

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-Ministeru ma għamel l-ebda reklam fil-ħarġa tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’3, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 16.

Electrogas — Talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta huwa għamel talba lill-Gvern Amerikan biex jingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li talba saret u r-risposta għadha ma waslitx.