Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 ġew konklużi, kemm għadhom pendenti, u kemm ġew sospiżi jew abbandunati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Predicate Offences – Sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irċevuti sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali konnessi ma’ dawn il-każijiet relatati ma’ predicate offences?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’każijiet relatati ma’ predicate offences fiskali sarux investigazzjonijiet paralleli dwar nuqqas ta’ rendikonti, dikjarazzjonijiet insuffiċjenti jew under-reporting tad-dħul?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2021?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2020?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2019?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2018?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista tal-ismijiet ta’ Avukati li jkunu ingħataw il-warrant sabiex ikunu jistgħu jippratikaw fil-Qrati ta’ Malta u li jkunu taw il-kunsens tagħhom sabiex id-dettalji professjonali tagħhom jidhru fuq ir-reġistru, huma disponibbli b’mod pubbliku diġa permess ta’ https://lawyersregister.gov.mt/. Ta’ min jinnota li mill-2021 sar obbligu li kull min jingħata warrant biex jipprattika bħala avukat jiġi mniżżel f’dan ir-reġistru.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34156, 34432, 34799 u 35048 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien.
Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu:
- Skema Ixtri Propjeta Sostennibli
- Irrinova Darek 2025
- Kampanji edukattivi dwar il-Protezzjoni tad-Data
- Kampanji varji dwar tagħrif fuq Saħħa u Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol u fuq siti ta’ kostruzzjoni
- Beat the Heat
- Kampanji varji dwar dipartimenti differenti fi ħdan il-Ministeru
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 34955 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè sentenzi sospiżi, matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li ngħataw sentenza sospiza fis-sena 2025 huma 308.
Att dwar il-Probation - Persuni li ngħataw sentenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34954 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi matul is-sena 2025, fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2025 kien hemm 213 persuna li ngħataw sentenza fejn ġiet imposta Ordni ta’ Probation.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34943 u jgħid kemm ġew reġistrati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2025 ġew ippreżentati 1,459 talba għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34191 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-irwol ta’ Court Attorney, li issa ilu ’l fuq minn għaxar snin li ġie introdott fis-sistema ġudizzjarja tagħna u m’għadux aktar esperiment:
i. jiddaħħal u jiġi stabbilit b’mod konkret fil-liġi biex b’hekk jiġu regolarizzati fil-liġi tagħna l-funzjonijiet, il-ħatra u t-tneħħija mill-kariga tal-Court Attorneys u jekk iva, meta; u
ii. li l-Court Attorneys jingħataw kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit wara li jkunu għamlu erba’ snin fl-impjieg tagħhom, hekk kif kien ġie propost fil-Miżura 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Novembru 2013), minflok il-kuntratt ta’ servizz definit għal tliet snin b’raġuni oġġettiva, illi qegħdin jingħataw bħalissa u jekk iva, meta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32132 u jagħti l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti sena b’sena mill-2021 sat-13 ta’ Novembru, 2025.
Sena meta nfetħet il-kawża
Ammont ta' kawżi pendenti
2021
35
2022
44
2023
65
2024
82
2025
89
2026 sallum 16 ta’ Marzu
14
Total
329
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni jew entitajiet akkużati fuq ħasil ta’ flus kellhom ukoll pendenzi tat-Taxxa fuq id-Dħul jew VAT mal-Commissioner for Revenue?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont id-daqs tal-kumpanija (micro, small, medium, large enterprise) li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kienu jinvolvu entitajiet kummerċjali, u skont liema forma legali (Ltd, Partnerships, NGOs, Sole Traders)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.