Miniateru għall-Ġustizzja u l-Governanza — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Parlamentari numru 15867 ta’ din il-leġiżlatura. Sadanittant tlabt biex tinġabar l-informazzjoni addizzjonali.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20783 u 22664, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid jekk id-Direttorat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi għadux bla direttur (li skont l-artiklu 9 (1) tal-Att V tal-2021 għandu jaġixxi bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Uffiċju) u jekk fl-affermattiv, meta ser jintgħażel dan id-direttur?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm aġent direttur li flimkien mal-Bord immexxi mill-Imħallef Emeritus J.D. Camilleri qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Il-Ministeru qed jagħmel proċess a tenur ta’ dak dettat mill-Artiklu 9 tal-Att 5 tas-sena 2021 u fi żmien opportun dan il-proċess ikun komplut.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza – persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22177, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Ġustizzja, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu ċittadinanzi b'investiment taħt l-iskema tal-IIP sa Ġunju 2021, maqsuma sena b'sena? Jista' wkoll jgħid kemm inbiegħu minn Lulju 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies fid-Dipartiment tal-Ġustizzja li qegħdin jilbsu l-uniformi kif suppost? Jew hemm min għandu permess speċjali biex din l-uniformi ma tintlibisx?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan d-Dipartiment tal-Ġustizzja hemm 6 impjegati li qed jilbsu uniformi għal qagħdi ta’ dmijirijietom skont kif elenkat fit-tabella:
2 Receptionists
1 Uffiċjal tas-Sigurtà
1 Messaġġier
1 Messaġġier Anzjan
1 Cleaner
Infurmat li f’ċertu instanzi l-Messaġġier Anzjan ma’ jkunx bl-uniformi assenjata lilu peress li jkun qed jassisti f’xi xogħol ħafif ta’ manutenzjoni li għal ragunijiet prattiċi jkun hemm l-ħtieġa li jilbes ħwejjeġ addattat.
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat (art.91A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta) m’għandux is-security of tenure li għandu l-Avukat Ġenerali peress li l-imsemmi art.91A mhux entrenched fl-art.66 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta? Għaliex il-Gvern sal-lum ma jridx li l-Avukat tal-Istat ma jkollux is-security of tenure li għandu l-AG? Ma jaqbilx il-Ministru li tali security of tenure hija essenzjali għal ċertu salvagwardji fis-Saltna tad-Dritt?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien dan il-Gvern li wettaq il-qasma tant importanti fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u li llum għandna Avukat Ġenerali fejn l-irwol ewlieni tagħha huwa dak ta’ ‘Prosekutur Pubbliku’, filwaqt li huwa l-Avukat tal-Istat li jagħti pariri lill-Gvern f’ materja ta’ ligi u jirrapreżenta l-Gvern quddiem il-Qrati tagħna.
Nirreferi għas-sub-artikolu (5) tal-Artikolu 91A tal-Kostituzzjoni li jesiġi maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Kamra u raġunijiet speċifiċi u pruvati biex l-Avukat tal-Istat jitneħħa mill-kariga
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali, wara l-għeluq f’Marzu li għadda tal-Inkjesta Maġisterjali fuq il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u r-rakkomondazzjonijiet hemm kontenuti fir-Rapport tal-forensic accountants li allura ġie adottat fl-intier tiegħu mill-allura Maġistrat Inkwirenti tal-Inkjesta dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (kif sar magħruf pubblikament ilbieraħ fis-Sunday Times of Malta) biex ikun hemm iktar investigazzjoni u verifiki dwar l-allegazzjoni ta’ ħlas‘l-kumpanija EGRANT, bagħtitx lura ‘l-Maġistrat Inkwirenti ġdid (peress li l-allura l-Maġistrat Inkwirenti fl-Inkjesta EGRANT m’għadux Maġistrat) biex terġa’ tinfetaħ mill-ġdid l-Inkjesta Maġisterjali EGRANT skont kif jobbliga l-Kodiċi Kriminali l-Avukat Ġenerali “meta jkun meħtieġ li l-investigazzjoni tissokta”? Jekk dan sar mill-Avukat Ġenerali, jistax il-Ministru jgħid meta dan sar, u jekk le, għala ma sarx dan meta Maġistrat Inkwirenti fil-bidu tal-2021 talab dan?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-inkjesti Maġisterjali huma minn natura tagħhom kunfidenzjali u per konsegwenza m’għandha tinħareġ l-eba informazzjoni dwarhom, ħlief f’dawk il-każijiet ikkontemplati bil-liġi. Apparti l-irwol tiegħu ta’ Prosekutur, fil-każijiet msemmiha mill-Onor Interpellant, l-Avukat Ġenerali jassumi wkoll l-irwol ta’ ‘Chief Magistrate’ u għaldaqstant il-Ministru skond il-liġi u skond il-prinċipji bażiċi tas-Saltna tad-Dritt, jirrispetta l-Awtonomija u l-Indipendenza tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li skont risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20783, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi għadux bla Kap Eżekuttiv u meta ser jintgħażel Kap Eżekuttiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi li tkopri l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi ma hemm l-ebda provediment għal grad ta’ CEO.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21500 u jagħti lista tal-assi li fil-preżent qegħdin fil-pussess tal-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi u kemm kien l-ammont ta' assi li ġew mibjugħa minn dan l-Uffiċċju, sena b'sena, mill-2015 'il hawn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Wara li nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021, il-Prim Ministru kien qal li fi ftit jiem oħra kien se jippreżenta liġi “Anti-SLAPP” fil-Parlament ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta se titressaq din il-liġi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 22683
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru tiegħi, inkluż l-entitajiet, ma sarux u mhux qed isiru negozjati dwar ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċini fil-binjiet msemmija minnu.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-18 t’Ottubru 2021.
Prevention of Human Trafficking, Cannabis Educational Reform u Integration Strategy and Action Plan – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif fl-2020 intefqu l-ammonti ta' €172,253 fuq "Prevention of Human Trafficking", €304,651 fuq "Cannabis Educational Reform" u €486,854 fuq "Integration Strategy and Action Plan"?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il:
a)
investigation order
taħt l-art.4 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta, ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena;
b) attachment order taħt l-art.4 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena;
c) monitoring order taħt l-art.4B tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena;
d) freezing order taħt l-art.10 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpelalnt li l-esponenti jirrileva illi r-reġistratur għandu biss aċċess għar-reġistru fejn jigu reġistrati dawn l-atti fejn pero’ m’huwiex specifikat in-natura ta’ dawn ir-rikorsi u għaldaqstant jista’ jingħata biss ammont globali kif ġej:
2017
2018
2019
2020
2021
4
32
37
39
18
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.