Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.

E-courts – atti online ppreżentati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati atti online bis-sistema tal-e-courts fl-2018, 2019 u 2020 u t-tip ta' atti li ġew ippreżentati ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-atti online li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta permezz tal-ecourts fl-2018, 2019 u 2020 kien kif muri fit-tabella ta hawn taħt. Ma kien hemm l-ebda atti li ġew preżentati fil-Qorti ta’ Għawdex. 2018 2019 2020 Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) Ittri (Medjazzjoni) 5 Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) Riċerki testamentarji 613 756 2,053 Qorti tal-Maġistrati Ittri 2 Risposta 1 Avviż 1 Tribunal ta' Reviżjoni Amministrativa Rikors 1 1 Tribunal għal Talbiet Żgħar Talba 13 13 6 Risposta 7 3 1

Opportunità indaqs għan-nisa fl-impjiegi

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13442, jista’ l-Ministru jindika kemm saru ilmenti ta’ allegat diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin u jekk dawn id-diskriminazzjonijiet ġewx indirizzati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

It-tabella t’hawn taħt turi kemm saru ilmenti ta’ allegat diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin sas-27 t’ April 2021. B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza għandha l-poter li tinvestiga każijiet ta’ allegata diskriminazzjoni skont il-Kap 456 tal-Liġijiet ta’ Malta. Wara kull investigazzjoni, il-Kummissarju toħroġ opinjoni bil-miktub dwar jekk instabitx biżżejjed evidenza ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ dak li ġie allegat, skont il-mandat tal-Kummissjoni. Dawn l-opinjonijiet jintbagħtu lill-partijiet ikkonċernati, u jinkludu rakkomandazzjonijiet relatati mal-każ. Ilmenti ta' allegata diskriminazzjoni bejn nisa u rġiel 20187 20195 20206 2021*4 sas-27 t’April 2021 Total22

Bord tal-Kera — sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi mill-Bord tal-Kera f'Malta u Għawdex fl-2019 u fl-2020? Kemm minnhom kienu kawżi li saru skont l-artiklu 12B tal-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

In-numru ta’ sentenzi moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera f’Malta u Ghawdex fl-2019 u 2020 kien kif indikat fit-tabella t’hawn taht: Bord li jirregola l-Kera 2019 2020 Malta 127 125 Ghawdex 3 7 Ma tinzammx statistika dwar il-kawzi li jsiru skont l-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar.

Avukat Ġenerali – salarji u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarji u l-perkaċċi tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li s-salarju huwa skont kif inhu imniżżel fis-Suppliment tal-Gażżetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 20,553 tat-12 ta’ Jannar 2021.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — Avukati u prokuraturi li telqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ avukati u prokuraturi legali li telqu mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sa mill-bidu tal-2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2020 sas- 6 t’April 2021, kien hemm 8 avukati li rreżenjaw iżda fl-istess perjodu ta’ min jinnota li ġew impjegati 19 avukati ġodda.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – twaqqif tal-eżodu tal-professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jitwaqqaf l-eżodu tal-professjonisti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninfurma lil Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ħadem matul is-snin biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-professjonisti li joperaw fi ħdanu. Fil-fatt bħalissa qed isiru negozjati dwar l-ewwel ftehim kollettiv bil-parteċipazzjoni tal-professjonisti ta’ dan l-uffiċċju.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – ftehim ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gvern qed jirrifjuta li fin-negozjati li għaddejjin mal-Gvern dwar il-professjonisti fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-ftehim il-ġdid ikun b’seħħ minn Ottubru 2020, jiġifieri minn meta bdew jiġu implimentati r-riformi al-Kummissjoni Venezja kif qed titlob il-UHM?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Kif diġà rrimarkajt fit-tweġiba għall-PQ18470 tal-istess Onor. Interpellant, hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu u għaldaqstant qed naqblu li dan il-ftehim jibda jgħodd minn Ottubru 2020.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – Director for Corporate Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu d-Director for Corporate Services fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat? X’kienet ir-raġuni li l-istess persuna qed tokkupa dawn iż-żewġ karigi ta’ entitajiet distinti minn xulxin? Kemm hu s-salarju totali ta’ din il-persuna inkluż il-perkaċċi? Il-Kummissjoni Venezja taf b’dan l-arranġament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il Kap tal-Corporate Services fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jokkupa din il-po¿izzjoni mill-2010. Dan id-Direttur baqa jagħti għajnuna biex l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ikun jista jitmexxa b’mod idoneju u jsiru l-proċessi kollha meħtieġa biex dan l-uffiċċju jieħu l-istat indipendenti tiegħu. Dan il-proċess tlesta wara sena u fil-fatt ħarget sejħa għal Kap ta’ Corporate Services fi ħdan l-Uffiċċju tal- Avukat tal-Istat biex hekk iż-żewġ uffiċċini ikunu seperati hekk kif kienet irrakomandat il-Kummissjoni ta’ Venezja, tali proċess tal-għażla huwa wieħed li għaddej bħalissa. Il-paga ta’ dan il-grad hija ta’ skala 4 tas-servizz pubbliku, 15% Disturbance allowance, 15% Performance bonus, expense allowance ta €4,000 u personal u car allowance ta’ €8,305. Tali pakkett ilu fis-seħħ mingħajr bidla minn Jannar tal-2013.

Twettiq ta’ Direttiva (UE) 2020/1828

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir fit-twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE wkoll fid-dawl tal-liġi attwali tal-Att dwar Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520) li diġà tirregola diversi aspetti dwar din il-materja? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-istess?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20486 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. In¿id li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — entitajiet li għandhom il-ftehim kollettiv skadut

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18470, jista' l-Ministru jgħid liema huma ż-żewġ entitajiet li qegħdin jinnegozjaw l-ewwel ftehim kollettiv? Kemm-il ħaddiem hemm fiż-żewġ entitajiet? Ma’ min qed isiru dawn in-negozjati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ entitajiet huma: § l-Uffiċċju tal-Aukat Ġenerali fejn ġie konkluż ftehim kollettiv mal-General Workers Union dwar gradi amministrattivi u klerikali li jirregola 13 il-impjegat. Bħalissa ukoll għaddejjin negozjati mal-UĦM – Voice of the Workers dwar ftehim kollettiv għall-gradi legali li bħalissa jammontaw għal 31 impjegat. § l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati fejn l-ewwel ftehim kollettiv għal din l-aġenzija qed jiġi nnegozjat mal-General Workers Union u mal-UĦM – Voice of the Workers. Din l-aġenzija timpjega magħha madwar 420 impjegat.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li għaddejjin bħalissa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f' mistoqsija numru 19060.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.

Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20509 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20351, jista' l-Ministru jgħid: a. kemm hemm persuni li bħalissa qed jiskontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempli1i tal-Kannabis; b. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi tal-Kannabis; c. kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkomettew att kriminali marbuta mal-użu tal-Kannabis (eż. serq); u d. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkommettew att kriminali marbut mal-użu tal-Kannabis (eż. serq)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

B’referenza għall-ewwel żewġ punti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350. Għall-bqija, ninfurmaha li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx din it-tip ta’ statistika li tirriżulta mill-investigazzjoni u ma tkunx imdaħħla fl-akkużi li jiġu ppreżentati.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għadhom viġenti l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-UHM fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa m’hemmx fis-seħħ azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva — rikorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rikorsi ġew preżentati quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva tul s-sena li għaddiet? Jista' jindika kemm daħlu minn meta ġie fis-seħħ u kemm każijiet ġew deċiżi f’dawn s-snin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex matul 2020, ġew ippreżentati 129 rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva. In-numru ta’ rikorsi li daħlu u ġew deċiżi u ċeduti minn meta ġie fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva (Kap. 490) huwa muri fit-tabella t'hawn taħt: SenaRikorsi ppreżentatiRikorsi Deċiżi u ċeduti 2009910 20106318 201128873 2012346139 2013337135 2014119177 201575308 201690103 201781119 2018147134 2019130157 2020129137 2021*2624 *sal-31 ta’ Marzu 2021

Inkjesta Maġisterjali dwar bank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ngħalqet lejn l-aħħar tas-sena 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li sad-29 ta’ Marzu 2021 l-ispiża totali għall-inkjesta maġisterjali tal-bank, li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, tammonta għal €7,501,664.50.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.