Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet mill-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news – korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Minorenni li jiċċappsu mal-kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qiegħed jieħu l-Ministeru tiegħu u l-Gvern sabiex minorenni ma jispiċċawx il-ħabs minħabba li jiċċappsu mal-kriminalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Hemm diversi mizuri fil-liġi li jipproteġu lill-minorenni milli jispiċċaw il-ħabs fejn forsi ma jkunx l-aħjar post biex jirranġaw ħajjithom f’ dak l-istadju tal-ħajja. Dawn jinkludu l-eta’ tar-responsabbilita’ kriminali li dan il-Gvern stess għolliha għal erbatax il-sena, d-dritt illi l-minorenni jgħaddi proċess quddiem il-Qorti tal-Minorenni, u t-tnaqqis fil-piena fil-każ ta’ eta żgħira (liema tnaqqis jista allura jirrendi lill-akkużat eliġibbli għal Ordni ta’ Probation jew sentenza sospiza). Tista’ tgħid kull biċċa għodda legali li hija orjentata lejn ir-riforma tal-ħati aktar milli lejn il-kastig, bħalma hu l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Drogi (Trattament mhux Prigunerija- Kap 537), isservi l-iskop illi l-minorenni aktar milli jiġi kkastigat jiġi reformat. Dan għandu jkun ukoll għan ewlieni tas-sistema tal-ġustizzja penali għax huwa ċar illi hija r-riforma tal-ħati biss li tnaqqas il-pi¿ fuq dik is-sistema.

Korsijiet ta’ taħriġ lis-Sindki u l-Kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet ta’ taħriġ lis-Sindki u l-kunsilliera f’dawn l-aħħar tliet snin? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-korsijiet, meta saru u x’kienet l-attendenza ta’ kull kors li sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjni mitluba. Fiex kienu jikkonsistu dawn il-korsijiet Data Attendenza fuq is-Separazzjoni tal-Iskart 30/09/2017 142 Business Development Unit, Planning Authority, dwar il-policy tal-Awtorita’ “Outdoor Catering Areas on Public Open Space” Diskussjoni dwar il-policy u l-access għal website tal-PA mill-Kunsilli Lokali Prezentazzjoni minn Dr. Jonathan Attard dwar il-White Paper fuq is-Swieq fil-Berah Diskors minn rapprezentant tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika, is-Sur Gerada Preżentazzjoni mill-Ministru għat-Transport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onorevoli Dr. Ian Borg 15/12/2017 & 16/12/2017 119 Preżentazzjoni mill-President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali u l-Ħaddiema tal- Communtity Work Scheme u RSSL Diskussjoni mil-Panel rigward id-Dokument Reġjuni Preżentazzjoni mid-Direttur għal Gvern Lokali, Monitoraġġ u Sapport, is-Sur Adrian Mifsud, dwar l-Aġġornament ta’ Regolamenti tal-Kuntratti Preżentazzjoni mill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, dwar il-Proċedura ta’ Audit u Time-Frames Onorarja jew Salarju 24/03/2018 104 Terminu tas-Sindku / President Reġjonali L-Eżekuttiv u l-Amministrattiv Viċi Sindki u Kunsilliera Kariga tas-Sindku fuq bażi full-time L-Irwol tas-Sindku u tisħieħ tal-Amministrazzjoni Formazzjoni Eżekuttiva tal-Kummitat Reġjonali Tibdil fil-Konfini tar-Reġjun Ir-Reġjuni u l-Entitajiet Governattivi Segretarji Eżekuttivi Permessi, Interpretazzjoni tal-ligijiet t’infurzar, Infurzar Lokali, Amministrazzjoni 07/07/2018 123 Prezentazzjoni mir-rapprezentanti tal-Kampanja ‘Don’t Waste Waste’ (ERA) Prezentazzjoni mir-rapprezentanti tal-Kumpanija Paragon fuq servizzi offruti ghal progetti Ewropej Prezentazzjoni mill-Kumpanija ‘Faces’ dwar l-introduzzjoni u l-beneficcji li ggib maghha sistema ta’ city maps eletronici fil-lokalitajiet. Diskussjoni ma’ rapprezentati tal-Malta Development Association dwar il-proposti mressqa minnhom lill-Gvern fuq abbuż minn certi Kuntratturi fil-lokalitajiet Filmat u Spjegazzjoni tal- White Paper - Riforma għall-Gvern Lokali 27/10/2018 172 o Ir-Reġjuni : Bdil fil-kompożizzjoni tar-Reġjuni kif ukoll tisħieħ fl-irwol u r-responsabbilitajiet. o Il-Qasam Soċjali, Edukattiv u Kommunitarju : Estensjoni ta’ servizzi, għarfien liċ-ċittadin, permessi maħruġa, tisbiħ fil-lokalita u integrazzjoni. o Il-Kariga tas-Sindku u responsabilitajiet tal-Kunsilliera Lokali u t-terminazzjoni tal-Kumitati Amministrattivi o Parteċipazzjoni akbar taċ-ċittadini lokali; sehem akbar miż-żgħażagħ o Tisħiħ fir-riżorsi umani u fl-amministrazzjoni tal-Kunsilli Reġjonali u l-Kunsilli Lokali Theme: Local Councils – The Heart of our Community - Reaching out servivors 31/05/2018 20 Tahrig EPPS - Tender Evaluation 04/06/2018 (Malta) & 08/06/2018 (Gozo) Taħriġ OHSA - Risk Assessment 27/11/2018 73 Local integration Charter, Bereġ, Ħaddiema fuq skemi 31/10/2018 64 Bus Shelters - l-obbligi tal-Kunsilli Lokali 19/11/2018 41 Taħriġ fuq sistema tal-LESA 19/11/2018 100 Ir-Reġjuni u l-funzjonijiet tagħhom 15/02/2019 & 16/02/2019 132 Preżentazzjoni fuq inizjattivi innovattivi għall-lokal aħjar, mis-Sur Richard Demicoli Rapport ta’ ħidma mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali matul is-sena 2018 ir-Riforma għall-Gvern Lokali, Introduzzjoni tas-suġġett u preżentazzjoni mid- Direttur Ġenerali, is- Sur Natalino Attard Bus Shelters aħjar għall-lokalitajiet tagħna Preżentazzjoni mis-Sur Charles Deguara fuq ir-rapport ippubblikat mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali rigward il-ħidma tal-Kunsilli Lokali mill-Awditur Ġenerali matul is-sena 2017 Good Governance and Finance Training - CIPFA UK auditors 14/09/2019 152 Good Governance and Strategic Planning 25/10/2019 170 First Aid Jan/Feb 2019 71 Mental First Aid Oct/Nov 2019 40 Fire Warden Jan/Feb 2019 69

Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Palazz ta’ Spinola – one-stop community centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11819 u jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar tat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan illi l-propjeta msemmija għadha ma ġietx devoluta lilhom.

Wied il-Għajn – CCTV Cameras

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11444, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jindika minn mindu ġew installati s-CCTV cameras, kemm kienu l-każijiet fejn persuni kissru l-liġi u ġew identifikati mill-cameras? Kemm kienet il-multa li kellhom iħallsu dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Għajn : Speed Cameras

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9956, jista’ l-Kunsill Lokali l-ġdid ta’ Marsaskala jindika jekk jaqbilx li jiġu installati speed cameras f’din il-lokalità speċjalment fit-toroq prinċipali bħal Triq il-Qaliet u Triq Sant’Antnin? Jekk jaqbel, x’qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali l-ġdid sabiex jiġu installati speed cameras?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-Cleansing – ġbir ta’ skart mormi llegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabar skart (tunnellati) mormi b’mod illegali mid-Dipartiment tal-Cleansing, fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u din is-sena sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema żoni nġabru l-ikbar ammonti ta’ skart matul dan il-perjodu? Jista’ jgħid x’tip ta’ skart inġabar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin mitluba l-iskart li inġabar mill-ħaddiema għad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huwa kif ġej: 2013 9,674 tunellata 2014 14, 674 tunellata 2015 15, 408 tunellata 2016 15, 707 tunellata 2017 15, 826 tunellata 2018 15, 624 tunellata 2019 10, 200 tunellata (sal-aħħar ta Settembru) Il-lokalitajiet ivarjaw minn madwar il-pajjiż kollu, kif ukoll jiddependi l-istaġun li tkun qed titwettaq il-ħidma. L-ikbar ammont ta’ skart jinġabar minn żoni abbandunati u mhux frekwentati mill-pubbliku, bħal widien, żoni industrijali kif ukoll żoni fejn matul il-lejl ma jkunx hemm elettriku u għalhekk faċli ħafna li wieħed jiddisponi minn skart illegali. L-iktar skart li jinsab mormi, huwa skart kummerċjali kif ukoll skart tal-ikel. F’dawn l-aħħar xhur rajna żieda qawwija ta’ rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni.

Inkjesta dwar investigazzjoni fuq bank — nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11191 fejn il-Ministru kkwota l-mistoqsija parlamentari 16224 tas-sena 2000, li kienet dwar il-kontenut ta' provi miġbura f'inkjesta u mhux dwar l-ispiża kif inhi din id-domanda, għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa ta' flus fl-inkjesta li nfetħet fit-2 ta' Novembru 2018 dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għax skont informazzjoni li għandi, din l-ispiża diġà qabżet iż-żewġ miljun ewro?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li peress li din l-inkjesta dwar il-bank kkonċernat għadha miftuħa, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi kkonfermata jew tingħata f’dan l-istadju.

Sentenzi tal-Qrati — website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ż-żmien prefiss biex sentenzi tal-Qrati jiġu riprodotti fuq il-website tal-justiceservices.gov.mt u dan peress li f’xi instanzi qed ikun hemm dewmien qabel ma’ sentenza tiġi riprodotta fuq il-website tal-justiceservices?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali tal-Qorti għandhom struzzjonijiet sabiex malli sentenza tiġi ffirmata mill-ġudikant, din titpoġġa fl-iqsar żmien possibli fuq is-sistema tal-Qorti.

Fortizza ta’ Delimara — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10563 u 11644 u jgħid x’ħidma qed issir sabiex il-Fortizza ta’ Delimara tiġi restawrata u miftuħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Agenzija Heritage Malta tissorvelja l-kundizzjoni ta’ din il-fortizza ta’ valur imprezzabbli sabiex jekk ikun hemm xi ħsarat li jista’ jkunu ta’ periklu dawn jigu rranġati skont il-bżonn. Fir-rigward tar-restawr, il-verita hi li pajjżna għandu ġawhar storiċi mferrxin ma’ kull rokna tal-Gżira u sa ftit ilu kien għad kellna l-iktar Forti imponenti – Sant’Anġlu u Sant’Iermu – fi stat mitluq u abbandunat. Jaqbel miegħi l-interpellant li fl-aħħar snin ġbidna ħabel wieħed sabiex iktar siti ġew rrestawrati. Intant, ninsab infurmat illi l-Fortizza tinfetah ghal attivitajiet partikolari u b’appuntamenti speċifiċi.

Raħal Ġdid – Triq Dr Karl Chircop — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid waqt ix-xogħol li jsir?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat

Ġnien Pawlu Boffa — ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi utilizzat il-ġibjun li jinsab ġewwa Ġnien Pawlu Boffa Raħal Ġdid u x’tiswijiet saru fuqu f’dawn l-aħħar xhur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li nkluda dan il-ġibjun fl-applikazzjoni tal-skemi ta' dripp irrigation kif maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, sabiex ikun jista isir xogħol ta' maintenance li hemm bżonn u minnu titħaddem sistema ta' irrigazzjoni għall-Ġnien Pawlu Boffa.

Breathalyzer test

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 8881 u 8879, jista’ l-Ministru jgħid x’inhija r-raġuni li ma tinżammx statistika tal-breathalyser tests fejn jindika n-numru ta’ dawk il-persuni li jistgħu jkunu pożittivi għall-alkoħol jew droga waqt is-sewqan?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx din l-istatistika minħabba illi dawn l-akku¿i jistgħu jkunu parti minn akku¿i oħra u għaldaqstant ma tkunx imniżżla bħala l-offiża prinċipali fis-sistema tal-lecam għaliex tkun assorbita mill-akkuża aktar gravi.

Il-Mellieħa — Misraħ iż-Żjar tal-Papa Ġwanni Pawlu II - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11804 u jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa hux jikkunsidra li jagħmel hu l-manutenzjoni meħtieġa li hemm bżonn issir fil-fili tul il-ħajt kollu f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proprjetà kkoncernata mhijiex prorpjetà tal-Kunsill Lokali.

Kunsilli Lokali — allokazzjoni diretta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11805 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni diretta li kull Gvern Lokali (Kunsill Lokali b'mod individwali) ħa bejn l-2014 u l-2019 u kemm fil-fatt se jkunu qed jieħdu matul is-sena 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Skemi ta' Fondi Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11806 u jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Inizjattiva Internazzjonali — Coventant of Mayors - għajnuna tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11808 u jgħid kemm u fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna tal-Gvern bejn l-2014 u l-2019 lil kull Gvern Lokali (kunsill lokali) firmatarju fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Covenant of Mayors?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Persuni li ġabu divorzju b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn meta daħal id-divorzju f'pajjiżna, kemm kienu l-persuni li ġabu d-divorzju b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin, maqsuma sena b’sena u dawk f’Malta u Għawdex b’mod separat, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. MaltaGhawdex SenaNumru ta’ koppji li ġabu d-divorzju b’deċizjoni tal-Qorti 2011 (minn Ottubru sa Diċembru)422 201243218 201334911 20143205 201535422 201636712 201731015 2018 3558 2019 (sat-30 ta’ Settembru)2298