Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 22077 li otiġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?
Response (ABELA, CARMELO)
Kif hemm stipulat fil-Manifest Elettorali, il-Gvern huwa favur li zero hour contracts of employment għandhom jiġu abboliti. Diġà saru diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali biex jinstab l-aktar mekkaniżmu adattat biex issir dan fiċ-ċirkostanzi lokali. Kif ukoll biex ikunu trasposti provedimenti rikjesti mid-Direttiva Ewropea dwar Kundizzjonijiet ta’ Xogħol Trasparenti u Prevedibbli fl-Unjoni Ewropea.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-delegazzjonijiet li assistew lill-Ministru kienu dawk skont il-bżonnijiet ta’ xogħol konness mas-safar.
Perjodu tas-safra
Mħallsa mill-Fondi Ewropej/Nazzjonali
Spiża Totali (€)
13-15/05/2021
Fondi Nazzjonali
3,605.77
13-14/06/2021
Fondi Ewropej
2,744.55
06-09/07/2021
Fondi Ewropej
6,478.86
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġetti li l-PBS ser twettaq fl-2022 li ssemmew fid-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla (Taqsima 7.5) ser jiġux iffinazjati mill-għotja li l-Gvern igħaddi lill-istess kumpanija taħt il-ftehim dwar l-Obbligu għal Servizz Pubbliku jew hux ser ikun hemm finanzjament addizjonali da parti tal-Gvern fir-rigward?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mudell ta’ finanzjament ta’ dan il-proġett għadu qed jiġi diskuss flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?
Response (ABELA, CARMELO)
Kif hemm stipulat fil-Manifest Elettorali, il-Gvern jaqbel li zero hours contracts of employment għandhom jiġu aboliti. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi biex jinstab il-metodu adattat biex isir dan fiċ-ċirkostanzi lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19463 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u 21040 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'kemm fondi jikkonsisti l-Maternity Fund bħalissa?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-bilanċ tal-fondi tal-Maternity Trust Fund fis-6 ta’ Ottubru 2021 kien ta’ €4,473,144.90
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19462 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u 21039 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tħallsu flus mill-Maternity Fund mill-2015 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li fl-2015 ma sarux pagamenti u l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
Sena
Payments from the Maternity Trust Fund
2016
€693,395.06
2017
€5,767,731.60
2018
€5,509,532.20
2019
€6,456,194.00
2020
€7,333,653.60
2021 (up to September)
€6,835,343.07
TOTAL
€32,595,849.53
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22297 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM 2
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22298 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM 2 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq Radju Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22299 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon Radju Malta matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, ma kienux jixxandru programmi ta’ diskussjoni ta’ ġrajjiet kurrenti fuq Radju Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-proċedura wżata kienet dik bħal tal-ewwel rapport.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju u d-diskussjonijiet fil-kunċett tal-Living Income?
Response (ABELA, CARMELO)
Infakkar lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dan il-Gvern tejjeb il-livell tal-għajxien partikolarment tal-faxex l-iżjed vulnerabbli b’mod sinifikanti sena wara oħra, l-istudju li sar għadu qed jiġi kkunsidrat internament mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-Public Broadcasting Services Ltd għażlet li xxandar il-finali tal-Kampjonat Ewropew 2020 fil-11 ta' Lulju 2021 fil-lingwa Ingliża u Taljana u mhux bil-Malti? Kemm swiet it-trasmissjoni ta' din il-partita bil-lingwa Taljana?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-PBS ilha numru ta’ snin ixxandar il-kompetizzjonijiet ta’ timijiet nazzjonali bil-lingwa Ingliża, iżda minħabba ċ-ċirkostanzi tal-logħob tal-Kampjonat Ewropew ta’ din is-sena, estendiet dan is-servizz bil-lingwa Taljana wkoll. L-ispejjeż kollha ta’ dan is-servizz ġew allokati minn sorsi kummerċjali.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tax-xogħol, biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM 2
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM 2 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq Radju Malta
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon Radju Malta matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20394, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għandux rapporti li food couriers impjegati ma’ ditti bħal dawk li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, humiex imniżżla li jaħdmu bħala self-employed? Jista’ jgħid jekk dan hux konformi mal-liġi? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu minn meta ġew ivverifikati dawn ir-rapporti?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-kumpaniji msemmija fil-mistoqsija parlamentari preżentement qegħdin jiġu investigati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpjiegi u allura id-Dipartiment mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni rikjesta.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Infurmat illi n-nefqa għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi, hija ta’ €11,712.50 mill-2020 sal-lum. Dawn saru kollha mill-aġenzija Servizzi Ewropew f’Malta.
Jista' l-Ministru jispjega x'kien l-għan taż-żjara tiegħu fil-Belt tal-Vatikan fis-6 u s-7 ta' Lulju 2021, ma’ liema uffiċjali tas-Santa Sede ltaqa', u min akkumpanjah f'dawn il-laqgħat?
Response (ABELA, CARMELO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija li nħarġet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.