Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies/ kumpanniji f'Malta li għandhom liċenzja li jagħmlu l-VRT? Kemm jirriżulta minn dawn il-persuni kollha/ kumpanniji indikati li qatt ġew ikkundannati dwar xi ħaġa mill-qrati in konnessjoni max-xogħol tagħhom?
Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn in-nies/kumpanniji kellhom il-liċenzja tagħhom imħassra jew sospiżi u jindika d-dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm joperaw 37 stazzjon tal-VRT u sat-22 ta' Ottubru, 2 stazzjonijiet tal-VRT ġew ikkundannati mill-Qorti b'konnessjoni max-xogħol tagħhom. Infurmat ukoll li 3 stazzjonijiet tal-VRT kellhom il-liċenzja tagħhom imħassra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid x'qed jifhem bil-frażi " u jindika dettalji".
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Enemalta titrasferixxi l-linji tat-33KV għal taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol bediex u s'issa kemm sar progress? Jista' jagħti terminu sa meta dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta, fejn hu possibli, f'każijiet ta' linji ġodda u linji overhead li jridu jiġu mibdula, dawn tgħaddihom minn taħt l-art.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - Bozoz
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar, li kienet responsabbli biex tibni numru ta' appartamenti fi Triq Jean De La Cassiere f'San Pawl il-Baħar, li iżda ma ħaditx passi biex jiġu stallati bozoz fit-triq msemmija, tara kif flimkien ma' l-Enemalta jiġu stallati l-bozoz neċessarji, għaliex ir-residenti qed jilmentaw sew b'dan in-nuqqas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex bankini ġodda jinbnew b'mod aċċessibbli? Hemm pjan biex dawk diġà mibnija jiġu modifikati ħalli huma wkoll jiġu aċċessibbli? Jekk iva, fuq kemm żmien hemm il-ħsieb li dan it-tibdil isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-direzzjoni politika li tajt lill-ADT hi li fil-prioritajiet tagħha ġġib lil min miexi fuq it-triq qabel min ikun qed isuq. L-inklużjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilita hi parti importanti minn din il-kunsiderazzjoni. Ninsab infurmat li l-ADT bdiet diskussjonijiet mal-KNDP biex ttejjeb l-istandards t'aċċessibilta u ddaħħal dawn l-istandards fil-programm tagħha ta' tiswijiet u bini ta' bankini ġodda.
Jista’ Ministru jgħid meta beda jitħaddem l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Kemm tħallsu flus s’issa lill-operaturi ta’ dan l-impjant? X’inhi r-rata ta’ ħlas biex jitħaddem dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex beda jopera f’Novembru tas-sena 2007. S’issa għadhom ma sarux ħlasijiet lill-operaturi ta’ l-impjant, dan minħabba li qed jiġu iffinalizzati ċerta kundizzjonijiet tal-kuntratt, li mistenni jidħol fis-seħħ b’lura.
Il-Kuntratt għall-operat ta’ l-impjant kien ġie iffirmat għall-figura ta’ €3.36 miljun, li jkopri ħames snin ta’ operat. Din il-figura hi ibbażata fuq il-kapaċita massima tat-trattament ta’ l-impjant u b’hekk il-ħlasijiet attwali ser jiddependu fuq l-ammont tad-drenaġġ li l-impjant fil-fatt jittratta.
Jista’ Ministru jgħid x’qed isir mill-iskart solidu u likwidu tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-impjant ma jiġġenera l-ebda skart likwidu sakemm ma tikkunsidrax l-ilma msoffi bħala "skart". L-iskart solidu qed jiġi ttrasportat lejn Malta u jintrema l-Għallis.
Gozo Channel — Imġarr u Ċirkewwa - Passiġġieri bla ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bla ħlas bejn l-Imġarr u Ċirkewwa kull xahar mill-2005 'l hawn? Jista' jgħid kif jinżamm kontroll u rendikont ta' passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel bla ħlas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Għawdex — twelidijiet, imwiet, żwiġijiet, separazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelidijiet, imwiet, u żwiġijiet lokalità lokalità f'Għawdex sena sena mill-2005 'l hawn? Jista' jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi tal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar 3 snin biex iħajru Maltin u barranin iżuru lil Għawdex? Meta daħlu u sa meta damu fis-seħħ? Kemm passiġieri bbenefikaw kull xahar minn kull skema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid x'sar milll-proġett ta' pavimentar ma' ġenb il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Jekk ser isir, jista' jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Peress li Triq Santa Liberata, Kalkara, qed tintuża minn ħafna trakkijiet kbar, u peress li din it-triq soffriet ħafna ħsarat kbar b'periklu kbir għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jikkunsidra li għall-anqas isir patching ta' din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tkun qed tagħmel xogħol ta' patching f'din it-triq.
Bormla — proġett ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-prpġett approvat mic-CRC u li għalih ħarġu t-tenders ukoll, fid-daħla ta' Bormla ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna? Jista' jgħid jekk u meta ser issir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li ser jintnefaq globalment għall-bini ta' infrastruttura xierqa f'affarijiet bħal dawl, ilma, drenaġġ eċċ biex tkun moqdija Smart City? Meta hemm il-ħsieb li jinħarġu s-sejħiet biex dan ix-xogħol jibda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka x-xogħlijiet infrastrutturali li jridu jsiru biex tkun moqdija Smart City u kemm hu maħsub li kull wieħed se jiswa separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.