Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Assoċjazzjoni Sportiva li ser tmexxi il-Kumpless Sportiv ġdid propost għall-Għargħur hux ser jingħata xi għajnuna mill-Good Causes Fund? U jekk iva, kemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelleant illi l-Good Causes Fund ma rċieva l-ebda applikazzjoni mill-Għaqda li tmexxi l-Kumpless Sportiv ġdid propost fil-Għargħur u għalhekk ma ninsabx f’pożizzjoni li ngħid jekk il-proġett imsemmi hux ser jingħata xi forma ta’ għajnuna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12932, 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12596 u jgħid kemm hemm flus maħsuba għall-industrija f’Għawdex għall-2010 taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i), (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop huma maħsuba f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-flus ivvutati fil-Voti imsemmija li jaqgħu taħt il-Malta Enterprise huma maħsuba sabiex tingħata assistenza lill-intraprizi. Din l-assistenza tingħata skont kriterji trsaparenti fi skemi tal-Korporazzjoni u għaldaqstant, kumpaniji kemm Maltin kif ukoll Għawdxin huma eliġibbli sabiex japplikaw. Għalkemm m’hemmx ammont ta’ fondi stabbilit speċifikament għall-industrija f’Għawdex, applikazzjonijiet minn kumpaniji Għawdxin dejjem jingħataw importanza speċjali meta jiġu evalwati.
Malta Enterprise u Malta industrial Parks — informazzjoni fuq in-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jagħti l-istess informazzjoni ta' kif kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar tas-sena 2008? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' impjegati mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiżdied għas-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12914.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija AngelouEconomics sabiex tlaħħam il-Vision 2015 tal-Gvern Malti f’diversi oqsma? Kemm u liema kumpaniji oħrajn ta' konsulenza ġew konsidrati u short listed qabel saret l-għazla finali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12955.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ kien rappurtat lill-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust matul l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma jiġux rapurtati każijiet lill-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12641 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jtwieġeb mistoqsija parlamentari 12803 u 12463 li saru lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u lill-Ministru għall-Politika Soċjali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu u jagħti update dwar iċ-Childcare Subsidy Scheme?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12462.
Air Malta — tneħħija ta' chewing gum minn fuq l-ajruplani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħlas żejjed biex jitneħħa chewing gum minn fuq l-ajruplani ta’ l-AirMalta? Jekk hemm, kemm hu dan il-ħlas u jekk dan kienx inkluż bħala parti mill-kuntratt oriġinali? Jista’ jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset għal dan is-servizz fix-xhur hawn taħt imsemmijja:
a) Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru ta’ l-2008 u
b) Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru ta’ l-2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta għadha kif ħarġet tender tal-Cabin Cleaning, allura mhux prudenti li toħroġ ċertu informazzjoni kummerċjali waqt il-proċess tat-tender.
Jista’ l-Ministru jgħid x’informazzjoni importanti ħarġet mill-kwestjonarju taċ-Ċensiment tal-2005 li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rigward il-persuni b’mard mentali?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-familji li minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget, se jibdew iħallsu l-income tax jew se jinqabdu f'kategorija ogħla ta' income tax?
Response (FENECH, TONIO)
Mhux possibli li tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant minħabba numru ta’ limitazzjonijiet;
1. id-dipartiment ma jiġborx informazzjoni bbazzata fuq familji iżda fuq individwi u koppji;
2. id-dħul ta’ individwi u koppji mhux limitat għall-
income
li ġej mill-impjieg biss imma jista jkollhom tħul ieħor bħal
part-time
, negozju, kirjiet eċċ.;
3. numru ta’ persuni jkunu bidlu l-impjieg tagħhom jew ikollhom żidied mhux neċessarjament marbuta ma' dak li jitħabbar fil-baġit;
4. l-informazzjoni fuq l-2010 tasal biss għand id-dipartiment fl-2011 filwaqt li l-informazzjoni għas-sena 2009 hi waħda parzjali.
Min-naħa l-oħra tajjeb wieħed jiċċara li jekk xi ħadd kien jaqa’ taħt it-
treshhold
ta’ € 8,500 f’każ ta’
single
jew € 11,900 f’każ ta’ komputazzjoni konġunta, hija biss il-parti li taqbeż dak l-ammont li tiġi intaxxata u qatt itħul kollu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12492, 12219 u 11970 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12584 u jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija AngelouEconomics sabiex tlaħħam il-Vision 2015 tal-Gvern Malti f’diversi oqsma? Kemm u liema kumpaniji oħrajn ta' konsulenza ġew konsidrati u shortlisted qabel saret l-għazla finali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Mistoqsija Parlamentari numru 11178.
Malta Enterprise u Malta industrial Parks — informazzjoni fuq in-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12546 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jagħti l-istess informazzjoni ta' kif kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar tas-sena 2008? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' impjegati mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiżdied għas-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta’ ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks.
Fil-Budget 2010 ġie miżjud il-vot tal-Malta Enterprise, preċizament sabiex jiġu ingaġġati numru ta’ pożizzjonijiet ġodda fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-funzjonjiet tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks Limited. Dan huwa neċessarju minħabba it-twessiegħ tar-responsabbiltajiet ta’ Malta Enterprise li kif spjegajt fil-Budget mhux ser tibqa ffukata biss fuq il-Promozzjoni tal-Investment Barrani imma ser titrasforma ruħha bil-mod il-mod f’Aġenzija għall-Iżvilupp Ekonomiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12631, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jiddikjara kemm hawn kumpaniji parastatali u ex-parastatali li joffru skema ta' pensjonijiet vantaggjuza għall-ħaddiema tagħhom apparti l-pensjoni tal-Gvern? Liema huma dawn l-iskemi? Kemm hawn nies li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi skont kull parastatali jew ex-parastatali?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara xi jrid ifisser b’skema ta’ pensjonijiet vantaġġjużi biex inkun nista’ ngħaddilu l-informazzjoni korretta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Tank Cleaning Farm li kienet tifforma parti mill-faċilitajiet tal-Malta Drydocks, għadhiex tiffunzjona jew ġietx privatizzata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Torri tal-Misħun li jinsab f'i Triq Dun Filippu Borg, Birkirkara:
a) Jekk hux proprjetà privata?
b) Kif ġie proprjetà privata meta dan hu parti mill-Patrimonju Nazzjonali?
ċ) Min għamillu l-manutenzjoni tiegħu dan l-aħħar?
d) Huwiex veru li dan l-aħħar inbiegħ? Jekk iva, min biegħu u lil min inbiegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi t-Torri tal-Misħun jew kif inhu magħruf aħjar bħala t-Torri Wejter li jinsab fi Triq Dun Filippu Borg, Birkirkara, kien ġie ddikjarat meħtieġ għal skop pubbliku permezz ta’ Dikjarazzjoni tal-President Nru GN 674 datata 10 ta’ Diċembru 1982, taħt titlu ta’ Pussess u Użu. Għalkemm ħarġet din id-Dikjarazzjoni, l-Kuntratt sabiex jibda jitħallas il-kera tal-akkwist baqa’ ma sarx, peress li s-sid qatt ma bagħat l-informazzjoni dwar it-titlu kif kien mitlub jagħmel mid-Dipartiment. Barra minn hekk iċ-ċwievet ta’ dan it-Torri baqgħu fil-pussess tas-sid oriġinali.
It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandha l-ebda tagħrif dwar ir-restawr jew bejgħ ta’ dan it-Torri, iżda għandha talba mill-Kunsill Lokali B’Kara għad-devoluzzjoni ta’ din il-proprjetà.
Ambulanza ta' l-annimali — Eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra bis-serjetà u jeżenta mill-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni dovuti fuq karozzi mogħtija bħala donazzjoni lis-St Francis Foundation for Animals fis-snin 2004 u 2007 biex iservu ta' ambulanzi għall-annimali, meta jaf li din l-għaqda volontarja mhix hemm għall-qligħ tal-flus u tagħmel ħafna ġid b'xogħol kbir volontarju?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9823.