Peress li saru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex il-bibien tat-toilets fuq il-vapuri tal-Gozo Channel huma tqal wisq biex jinfetħu u jingħalqu mill-persuni b'diżabilità, partikolarment dawk li għandhom diżabilità fil-parti ta' fuq ta' ġisimhom, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-bibien huma ddisinjati biex jintużaw minn nies b’diżabilità; huma bibien sliding fuq rails. Il-bibien huma tal-metall minħabba raġunijiet ta’ sigurta f’każ ta’ nar, u wesgħin biex ikun jista’ jgħaddi wheel chair. Minħabba l-kobor dawn huma tqal. Gozo Channel tinforma illi ssir manutenzjoni regolari fuq l-istess bibien u dan sabiex jiġi assigurat li ma joħolqux inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ jingħata lill-istaff u l-crew tal-Gozo Channel rigward il-mod ta' kif għandhom jiġu trattati l-persuni b'diżabilità u l-faċilitajiet li jeżistu għall-persuni b'diżabilità fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gozo Channel ħadet ħsieb li tagħmel taħrig għall-istaff tal-art u crew kollu apposta u intensiv fuq “disability equality and awarness training”. Dan it-taħriġ ġie nagħtat mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita (KNPD).
Il-faċilitajiet ta’ fuq il-vapur (kafeterija, ħwienet u toilets) jistgħu jintużaw faċilment minn nies li jkollhom bżonn
wheelchair
, kif ukoll hemm faċilta’ ta’
lift, wheelchair service
u ġew installati rampi f’deck 4 (
main deck
) biex kulħadd jkollu aċċess għad-
decks
ta’ barra. Madankollu l-
crew
huwa dejjem disponibbli għal kull għajnuna meħtieġa. B’kolaborazzjoni mall- KNPD il-kumpanija ħadet ħsieb ukoll li tipubblika leaflets kemm bil-Malti kif ukoll bl-ingliż dwar informazzjoni u tagħrif rigward għajnuna għal persuni b’diżabilta’ jew b’difficulta’ ta’ moviment.
Ta' Qali — Villaġġ ta' Snajja - ħwienet tal-artiġjanat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11953, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid liema huma dawk il-ħwienet tal-artiġjanat li bħalissa qed joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja f’Ta’ Qali li se jiġu trasferiti f’Bormla? X’se jsir minn ħwienet oħra bħal dawk tal-mastrudaxxi u oħrajn li ilhom jaħdmu hemm is-snin? Kemm hemm minn dan l-aħħar tip?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-MIP mhux ser tittrasferixxi l-ebda ħanut ta' l-artiġġjanat minn Ta' Qali għal Bormla.
Fir-rigward tal-bqija tal-mistoqsija, l-MIP bħalissa għaddejja f'diskussjonijiet ma’ 17-il ħanut bħal mastrudaxxi biex jiġu rilokati f'żoni industrijali oħra amministrati mill-MIP, u dan ser isir bi qbil magħhom u b'mod li jkollhom l-inqas xkiel fl-attività tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali talbu li jkollhom proprjetà devoluta lilhom matul l-aħħar sentejn? Liema kienu l-każijiet li ġew rifjutati? Liema każijiet għadhom pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar sentejn, kien hemm 51 talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà minn 27 Kunsill Lokali. Minn dawn it-talbiet, 9 każijiet ġew irrifjutati filwaqt li 37 għadhom pendenti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-talbiet li kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Surveys li saru dwar il-kumpaniji tal-kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpaniji tal-kostruzzjoni wieġbu s-surveys għall-ġbir tal-istatistika? Jista' jgħid jekk dawn il-kumpaniji jitqiesux bħala l-industrija kollha jew jitqiesux bħala kampjun tal-industrija? Jekk jitqiesu bħala kampjun, x'inhi l-assumption tal-proporzjon ta' dan il-kampjun għall-industrija kollha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpaniji li l-attività primarja tagħhom hija l-kostruzzjoni huma kklassifikati f’NACE 45 fil-Business Register li għandu l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika. Fl-2007 per eżempju, it-target population kienet tikkonsisti minn 4,041 unit, filwaqt li l-kampjun kien jikkonsisti minn 1,222 unit, li jinkludi l-kumpaniji l-kbar kollha. Huwa stmat li l-units li rrispondew għal dan l-istħarriġ għamlu kontribut ta’ madwar 50 fil-mija tat-turnover totali f’dan is-settur (NACE 45).
żieda ta' ħaddiema tal-kostruzzjoni fis-settur pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jispjega ż-żieda ta' elf ħaddiem tal-kostruzzjoni li żdiedu fis-settur pubbliku minn Ġunju 2008 sa Ġunju 2009 hekk kif muri fil-ktejjeb Economic Survey ippreżentat mal-Budget 2010? Jista' jgħid ma' liema dipartiment jew aġenzija kienu ingaġġati dawn il-ħaddiema u x'kien l-iskop ta' dan l-ingaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-data tal-impjiegi murija fl-Economic Survey hija data tal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħrig. Kif spjegat f’paġna 49 tal-Economic Survey, iż-żieda ta’ madwar elf ħaddiem fis-settur pubbliku fis-settur tal-kostruzzjoni bejn Ġunju 2008 u Ġunju 2009 tirrifletti riklassifikazzjoni ta’ ħaddiema. Dawn kienu mpjegati tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali li ġew riklassifikati mis-settur ta’ l-agrikoltura u attivitajiet relatati (NACE 1) għas-settur tal-kostruzzjoni (NACE 45).
Malta Enterprise — chairman - safriet relatati max-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra relatati ma' xogħol għamel iċ-chairman tal-Malta Enterprise mill-ħatra tiegħu sal-lum? Fejn kienu dawn is-safriet? Kemm swew dawn is-safriet? Jista' jindika jekk dawn is-safriet sarux għall-avvenimenti partikolari (u fil-każ isemmi liema) jew jekk hux għal laqgħat ma' kumpaniji partikolari? Kemm saru kuntatti matul dawn is-safriet? Kemm inġib investiment bħala riżultat ta' dawn is-safriet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi ic-Chairman tal-Malta Enterprise ilu jokuppa il-kariga tiegħu minn Mejju 2008 u b’mod eżekuttiv minn Frar tal-2009. F’dan iż-żmien siefer 17-il darba f’diversi pajjiżi. Dawn is-safriet kienu kollha relatati ma’ l-uffiċċju tiegħu u allura kienu jinkludu delegazzjonijiet kummerċjali, żjarat presidenzjali, laqgħat konnessi ma’ obbligazzjonijiet relatati ma’ sħubija f’organizzazzjoniet multi-laterali, konferenzi relatati mal-investiment barrani, kif wkoll laqgħat ma’ numru ta’ investituri kemm ġodda kif wkoll passati.
Għalkemm isiru diversi laqgħat u attentati, dan ma jfissirx li deċiżjonijiet jittieħdu f’perjodu qasir u għaldaqstant huwa impossibbli li wieħed jikkwantifika n-numru ta’ kuntatti li saru (li f’delegazzjoni kummerċjali ġieli jlaħħqu l-għoxrin kuntatt) u l-proġetti li ġew attwati peress li diversi minnhom għadhom fi stat ta’ diskussjoni u interess.
Flimkien ma din ir-risposta qed nehmez il-lista ta’ safriet bid-dettalji kollha mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra huwa ppjanat li jagħmel iċ-chairman tal-Malta Enterprise matul is-sena 2010 u fejn ser ikunu? Kemm huwa l-budget allokat? Jista' jindika kemm minn dawn is-safriet se jsiru għall-avvenimenti partikolari (u fil-każ isemmi liema)? Hemm targets ta' investiment bħala ritorn għal dawn is-safriet? Kemm huma dawn it-targets?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ċ-Chairman tal-Malta Enterprise isiefer kull fejn ikun hemm bżonn sabiex jaqdi l-funzjonijiet tal-uffiċċju tiegħu. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, it-tmexxija ta’ delegazzjonijiet, l-attendenza f’konferenzi internazzjonali ta’ istituzzjonijiet governattivi jew settorjali, laqgħat ma’ investituri u attivitajiet relatati mal-promozzjoni tal-investiment barrani u l-kummerċ.
Il-programm ta’ visti ta’ Internazzjonalizzazzjoni tal-
Malta Enterprise
ġie ippublikat diġa u għaldaqstant nistieden lill-Onoveroli Interpellant sabiex jiffamiljarizza ruħu miegħu. Mhux possibli nagħti rendikont bil-quddiem ta’ visti oħrajn peress li dawn jew għadhom mhux deċiżi jew inkella għaliex mhux possibli li wieħed jipprevedi laqgħat bħal dawn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12948 u 12641 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks jistgħu jagħtu informazzjoni li tmur lura sal-2004 meta ż-żewġ kumpanniji ġew imwaqqfa.
Ta min jinnota li l-
Malta Enterprise
ikollha biss rekords ta’ proġetti ġodda ta’ dawk l-intrapriżi li jitolbu assistenza mill-
Malta Enterprise
, u għalhekk kollha ikunu ħadu xi forma ta assistenza.
Mill-2004 sa llum ġew approvati 60 proġett ġdid. Mill-istess żmien sa llum 185 –il intrapriża, minn dawk irreġistrati mal-
Malta Enterprise
, għamlet espansjoni tal-operat. Id-dettalji huma murija sena b’sena f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Assistenza kollha mogħtija mill-2005 sa Settembru 2009 mill-
Malta Enterprise
hija murija sena b’sena f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Xogħlijiet infrastrutturali fuq fabbriki ġodda u fabbriki eżistenti
Question
Minħabba li ċ-ċifra ta' €124 miljun kienet fid-diskors tal-baġit għal din is-sena, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11523 u jgħid mill-€124 miljun allokati għal xogħlijiet infrastrutturali, kemm intnefqu għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq l-ewwel nett ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifra ta’ €124 miljun li kienet imsemmijja fid-diskors tal-baġit għal din is-sena, ma kinitx waħda allokata għall-bini u manutenzjoni ta’ fabbriki biss.
124 miljun ewro f’xogħlijiet infrastrutturali li huma strumentali għat-tkabbir ekonomiku u soċjali, inkluż bini ta’ toroq, fabbriki, skejjel u faċilitajiet oħra. (
silta meħuda mid-diskors bil-Malti tal-Baġit 2009
).
Rigward is-suġġett tal-Mistoqsija ta’ l-onorevoli interpellant, fuq infiq konness direttament ma’ xogħlijiet f’żoni industrijali, f’paġna 20/21 tad-diskors tal Baġit għas-sena 2009, insibu li .... matul is-snin li ġejjin se ninvestu mal-20 miljun ewro oħra
f’upgrading
ta’ żoni industrijali. (
silta meħuda mid-diskors bil-Malti tal-Baġit 2009).
Għaldaqstant ngħarraf lil Onor. Interpellant li n-nefqa fuq bini ta fabbriki ġodda fl-2009 kienet ta’ €727,955.
Filwaqt li n-nefqa fuq fabbriki eżistenti kienet ta’ €2.9 miljun.
€1,000 oħra ntefqu fuq manutenzjoni taż-żoni industrijali.
Sa l-aħħar tas sena 2009 l-investiment totali fuq fabbriki ser ilaħħaq it-18-il miljun ewro.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Tank Cleaning Farm li kienet tifforma parti mill-faċilitajiet tal-Malta Drydocks, għadhiex tiffunzjona jew ġietx privatizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Tank Cleaning Farm għadha topera bħala parti mill-faċilitajiet eżistenti tat-Tarzna. Madankollu t-Tank Cleaning Farm m’hijiex parti mill-faċilitajiet li qegħdin jiġu diskussi bejn il-Gvern u l-operatur privat kontestanti għat-Tarzna ta’ Bormla. Din il-faċilità ser tkun qiegħda tiġi privatizzata b’mod indipendenti mis-siti tat-Tarzna li l-Gvern kien ħareġ għall-privatizzazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix xogħol tal-VAT Department review? Meta nbeda u meta mistenni jiġi konkluż? Kemm-il laqgħa saret tal-kummissjoni msemmija minn kemm ilha mwaqqfa taħt kull chairman rispettiv li kellha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ġie mwaqqaf fis-7 t'Ottubru, 2009 u kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fil-15 t'Ottubru. Sal-lum il-Bord iltaqa' seba' darbiet. Ix-xogħol miexi kif mistenni u l-Bord qed jippjana li jlesti x-xogħol tiegħu f'Jannar 2010.
Peress illi
a) id-Dragonara Casino Ltd, id-Direttur tax-Xogħol u sussegwentement il-General Workers Union kienu informati nhar it-13 ta' Novembru li se jkun hemm estensjoni oħra tal-konċessjoni eżistenti tagħhom sa l-aħħar ta' Awwissu 2010;
b) it-Tnejn ta' wara, jiġifieri s-16 ta' Novembru l-kumpanija kienet informata li din id-deċiżjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett;
ċ) il-kumpanija kienet informata illi wara li d-deċizjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett din l-estensjoni ma kenitx se tingħata;
Jista' l-Ministru:
a) jispjega għalfejn seħħew dawn il-kuntrumbajsi kollha?
b) għalfejn id-deċizjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett?
ċ) jispjega għalfejn il-MIMCOL immissja kompletament id-deadlines kollha tal-proċess ta' evalwazzjoni għall-konċessjoni tal-Casino tad-Dragonara u ma kkomunika ma' ħadd mill-applikanti?
d) jgħid illi tenut kont il-mistoqsijiet qawwija li qamu ta' natura ta' aġir etiku (ethical behaviour) matul dan il-proċess, x'garanziji jista' jagħti biex jassigura li l-konċessjoni ġiet evalwata b'mod trasparenti u ġust u li dan il-proċess ikun jista' jiġi skrutinizzat kif xieraq?
e) kif se jkun assigurat li, ikun xi jkun l-eżitu tal-konċessjoni, ma niġux f'sitwazzjoni fejn ikun hemm abuse of a dominant position fil-qasam tal-casinos f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8505, 7265 u 6517 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’kien l-ammont totali ta’ diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuża mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet għal pendenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet għal pendenzi fuq il-VAT li rċieva d-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena? Kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet globali li għandu fil-mument quddiemu d-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet li rċieva d-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul din is-sena? Kemm fil-fatt huwa n-numru globali ta' oġġezzjonijiet li għandu quddiemu d-Dipartiment fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel għadhiex għall-bejgħ? Jekk iva, fiex wasal il-proċess tal-bejgħ tal-istess lukanda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Selmun Palace Hotel għadha għall-bejgħ u l-proċess qed jitmexxa mil-Government Property Division. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Membru għall-avviż numru 183 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta Novembru 2009 u għall-avviżi li deheru fil-ġurnali lokali fl-istess ġurnata u fid-29 ta’ Novemberu 2009.
Fondi Ewropej — programm finanzjarju - proġetti u miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12741 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12741.
kumpens għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens li se jingħata biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mħabbar fil-budget, hux se jkun taxxabbli?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.