Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-bini tat-triq madwar id-djar f'Sur Santa Liena Bormla ilu jiġi mwiegħed ħafna snin u sa anke kien intqal li ħarġet it-tender għax-xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux idea meta dan ix-xogħol jista' jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta l-proġett marbut mad-distribuzzjoni tal-elettriku li joriġina mid-distribution centre tal-Mosta? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett kollu meta jitlesta minn dak kollu li hu meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula il-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar it-Trasport — Sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sistema tuża' l-Awtorità dwar it-Trasport fis-sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, biex din l-istess sezzjoni tqassam lill-iskejjel tas-sewqan, testijiet għall-istudenti li permezz tagħhom jakkwistaw il-liċenzja neċessarja? Hemm xi ħsieb li din is-sistema tinbidel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tat-tqassim lill-iskejjel tas-sewqan, testijiet għall-istudenti li permezz tagħhom jakkwistaw il-liċenzja hija;
· Ta’ kuljum tinħareġ lista b’persentaġġ kompjuteriżżat (a bażi ta' applikazzjonijiet għal kull Skola), tlett ġimgħat bil-quddiem
· Il-Lista tkopri u tqassam testijiet lill-iskejjel kollha f’perjodu ta’ ġimgħa sħiħa
· L-allokazzjonijiet maħruga mis-sistema titqassam fuq formola interna tal-ġurnata
· L-Iskejjel jiġu nfurmati b’ittra ta’ kemm għandhom allokazzjonijiet għad-data ta’ tlett ġimgħat wara
· Ħmistax qabel id-data l-Iskejjel jippreżentaw lill-Awtorita’ bl-ID Card Nos tal-kandidati li huma ser itellgħu għat-Test
· Jekk jibqa' xi allokazzjonijiet, dawn jinfetħu l-għada filgħodu lill-Iskejjel kollha (massimu ta’ tnejn għal kull skola).
Diġa bdew discussjonijiet biex is-sistema tiġi riveduta. Kull proċess u proċedura ġewwa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Ttestjar qiegħed jiġi evalwat sabiex uħud jiġu reveduti biex tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza permezz ta' introduzzjoni ta' iktar sistemi ta' l-ICT.
Jista' l-Ministru jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira.
Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin.
Nifhem li lill-ADT ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2883 u jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir bus shelter li ilu mwiegħed kif ukoll approvat mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp fi Triq S.M Genuis fil-Birgu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 2693 u jgħid jekk hux permess li xarabanks u trakkijiet kbar jiġu pparkjati bil-lejl f'toroq residenzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li xarabanks u trakkijiet kbar jistgħu jiġu pparkjati bil-lejl ħlief jekk titħalla f’ xi triq kontra xi regolamenti dwar ipparkjar jew f’ dik il-qagħda jew f’ dik iċ-ċirkostanza b’ mod li aktarx tista’ tkun ta’ periklu jew ta’ xkiel lil nies oħra li jużaw it-triq’.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta biex il-bozoz maqtugħin li hemm f'diversi toroq arterjali, b'mod partikolari fit-triq minn Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar, fil-fatt jiġu rranġati għaliex dawn qed jikkawżaw problemi għal min jgħaddi min dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3582 u jgħid meta se tiddaħħal it-tariffa fuq is-servizz tad-drenaġġ li qal li kellha ssir xi xhur ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-każ fejn għaqdiet sportivi jħallsu għall-konsum tad-dawl u l-ilma bir-rata kummerċjali, dan ma jibqax isir għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jaħdmu fl-interess tas-soċjetà u mhux għal skop ta' negozju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2651 u jgħid kemm huwa stmat li hu l-livell ta' serq ta' elettriku bħala persentaġġ mit-total mill-grid nazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li hu impossibbli li wieħed jagħmel stima li għandha xi livell aċċettabli ta' sigurezza.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu passi neċessarji biex it-triq li tgħaddi matul il-Victoria Lines bejn Tarġa Gap u Triq Xifer il-Kief, fil-fatt tiġi rranġata l-ewwelnett għaliex qed issir ħsara lill-Victoria Lines, u t-tieni għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm rapporti li d-dawl f'xi toroq fil-fatt ser jintefa matul il-lejl, jista' l-Ministru jiġi assigurat li jekk ser jittieħed dan il-pass, fil-fatt fit-toroq, ir-residenti jkollhom xi forma ta' dawl ieħor biex jiġu evitati traġedji? Jista' jiġi assigurat li fil-fatt id-dawl ma jintefiex qabel jittieħdu l-passi biex dawn l-istess toroq ikunu bla periklu żejjed matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Infrastuttura,Trasport u Komunikazzjoni — Borg Bros.
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħolijiet li tqabbdet id-Ditta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant jinsabu mniżżla fil-lista li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda każ ma kien hemm il-bżonn li ssir tender pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi ntegrat il-bini ta' Sea Malta fil-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir meta xi ġimgħat ilu inħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' l-istess bini? Kemm ġew sottomessi offerti għal dan il-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmi bini, jiġifieri,dak li kien magħruf bħala tas- “SeaMalta” sejjer jiġi integrat fil-proġett ta` riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, fil-parti li testendi mill-Menqa sa Depost ta` Dwana (Government Bonded Stores Marsa ). Fir-rigward ta` sejħa għall-offerti nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet li jridu jsiru għall-finijiet tar-reġistrazzjoni f'Malta tal-mutur li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess tar-reġistrazzjoni ta’ muturi mill-Ewropa huwa:
Fi żmien ġimgħa li jasal il-mutur f’Malta s-sid tal-mutur irid jigi jinforma d-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar fl-ADT. Il-ħlasijiet li jridu jittħalsu f’dan il-każ huma:
1) Administration Fee ta’ €34,90.
2) Taxxa ta’ reġistrazzjoni b’rata ta’ taxxi ta’ 42% jew taxxa minima ta’ €1,467 minbarra l-VAT ta’ 18% skond liema hi l-għola.
3) Ħlas ta’ pjanċa u liċenzja ta’ triq (€29.05)
4) Liċenzja tat-triq ta’ €46.55 fis-sena.
Il-ligi tistipula li fi zmien ġimgħa l-persuna trid tinforma lill-ADT bi dħul ta’ vettura li ġejja mill-Ewropa u fi żmien xahar il-vettura trid tiġi registrata.
Awtorità Dwar it-Trasport — Kampanja dwar sigurtà fit-toroq
Question
Billi l-Unjoni Ewropea għandha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha dak li tnaqqas in-numru ta' mwiet fit-toroq bin-nofs sa l-2010, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm l-Awtorità dwar it-Trasport nefqet f'kampanji dwar is-sigurtà fit-toroq kull sena, mill-2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għamlet diversi kampanji fir-rigward ta’ Safety fit-toroq. L-ispejjez fuq dan ir –rigward kienu kif ġej:
Sena Spiza
(Mill-1 t’Ottubru sa l-aħħar ta’ Settembru) €
2005/06 97,072
2006/07 91,316
2007/08 35,226
Gozo Channel — Public Service Obligation Agreement
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta skond il-ftehim li hemm bejn il-Gozo Channelu l-Gvern ta' Malta kellu jispiċċa t-terminu tal-monopolju ta' l-istess servizz mogħti lill-Gozo Channel? Billi kien hemm talba min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex dan il-perijodu jitnaqqas, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi tibdil dwar dan iż-żmien, kif miktub fil-Public Service Obligation Agreement?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku bejn il-Gvern u l-Gozo Channel kellu jispiċċa f’April 2010. Il-Kummissjoni Ewropeja kienet bdiet proċeduri kontra Malta dwar diversi aspetti ta’ dan il- Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku. F’dan ir-rigward bdew preparamenti biex tinħareġ sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex li hi mmirata li ssir sa kmieni fl-2009. Fil-fatt jien infurmat illi l-avviż relattiv diġa ġie publikat fil-gażżetta uffiċjali tal-UE.