Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hal Għaxaq — Servizzi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq it-Telleritu u l-inħawi magħrufa bħala tal-Qattus f'Hal Għaxaq biex jiġu mgħoddija s-servizzi, fosthom dak tad-drenaġġ, b'mod permanenti u li s'issa qatt ma sar minkejja li r-residenti ħallsu r-road contributions tagħhom madwar 18-il sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li parti sostanzjali minn Triq it-Telleritu u l-inħawi magħrufa bħala tal-Qattus f’Ħal-Għaxaq, diġa’ għandhom is-servizz tal-ilma mgħoddi permanenti. Madanakollu, għad baqa’ parti fejn is-servizz huwa mgħoddi b’mod temporanju minħabba li t-triq għadha mhux iffurmata sewwa. Jekk l-Onorevoli Interpellant jista’ jindika għal-liema parti tal-lokal preċiż qed jirreferi, wieħed ikun jista’ jagħti aktar dettal. Rigward id-drenaġġ, ninsab infurmat li x-xogħol huwa pendenti sakemm il-MEPA tieħu deċizjoni fuq applikazzjoni relatata ma’ dan ix-xogħol.

Rati tad-dawl u ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat- Wied Rini — Propjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-propjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex propjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Marsascala — Triq il-Qawsalla - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se ssir Triq il-Qawsalla f'Marsaskala? Ġew ivvotati flus għaliha? Għalfejn għada ma saritx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-programm ta' bini ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali. Madankollu għadha ma ġietx iffissata data meta ser joħroġ il-kuntratt għax-xogħol fuq din it-triq.

Bormla — Triq Santa Liena - Trabijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2960, 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena, Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Vjal il-Ħaddiema - Ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3676 u jara li jiġu rimedjati bla aktar dewmien il-ħsarat u cioè l-iżbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenza 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat, Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar — Salina Coast Road - xogħol fuq il-junction

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjanti li qed jiġu mfassla bejn l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Awtorità dwar it-Trasport biex il-junctions tal-Coast Road - Salina Naxxar, dik ta' ħdejn Kennedy Grove u d-daħla ta' Buġibba fejn il-lights fil-fatt jiġu upgraded? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn il-junctions?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sussidju fuq elettriku u gass

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3688 u jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarzna — Skema ta' irtirar kmieni

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-iskema ta’ irtirar kmieni mit-Tarzna? Kemm minn dawn tħallsu diga’? Kemm saru ħlasijiet sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm hemm ħlasijiet pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Triq id-Dwejra - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jara li Triq id-Dwejra fil-limiti tar-Rabat, tkun mogħtija l-manutenzjoni meħtieġa għaliex l-kundizzjoni tagħha ħażina ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sight-seeing passenger tour service open-top buses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u 3882 cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Cost ta' metru kubu ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3703 u jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezz taż-żejt Brent

Question

Jista' l-Ministru jindika l-prezz taż-żejt (Brent f'$ għal kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305.4 miljun li fuqha hi bbażata Proposta 6 għar-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl? Jista' jindika wkoll il-prezz taż-żejt (Brent f'$ għal kull barmil) li fuqu kienet ibbażata Proposta 5, hekk kif ippreżentata mill-KPMG, sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4, kif ġie indikat fil-preżentazzjoni li ta l-Ministru lill-MCESD fit-23 t'Ottubru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet numru 3560 u 3561.