Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imġarr — Għajn Tuffieħa - irranġar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa u b'mod partikolari l-parti tat-triq li twassal minn ħdejn ir-Roman Baths sat-Triq li tasal mix-Xemxija, tiġi rranġata qabel ma sseħħ xi traġedja li tħalli lil xi persuni mejtin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Trasferiment ta' linja taħt l-art

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3572, nippreċiża li l-mistoqsija ma kenitx waħda ġenerika iżda li tagħmel referenza partikolari għal-linja 33KV li prattikament tissuplixxi l-elettriku lit-Tramunata ta' Malta u Għawdex kollu. Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Enemalta mistennija titrasferixxi din il-linja partikolari għal taħt l-art? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li diġà tħaffret mina taħt l-art għal dan il-għan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi u Muturi Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 u jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati, li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbzu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi Second Hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4038 u jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi impurtati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġġiewi — Triq Ramija - twessiegħ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq is-Sebħ - Footway Bridge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3475 u jgħid meta se jsir il- footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jghid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Sqaq l-Għadira - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3473 u jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-ADT?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jispjega ż-żieda approvata għas-sena 2008 fis-supplementary estimates taħt Vot X Kapital € 18,824,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa kapitali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jara paġna 45 tas- Supplementary Financial Estimates 2008 fejn hemm l-ispjega li qed jitlob.

Awtorità dwar it-Trasport — Azzjoni Neċessaarja

Question

B'referenza għall-ittra mibgħuta separatament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2624 u jgħid x'wieġbet l-Awtorità dwar it-Trasport peress li għaddew tmien xhur mindu ntalbet il-veduti tagħha u azzjoni neċessarja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità li tara li toroq huma safe

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-Awtorità li tara li toroq tagħna jkunu safe biex issuq fuqhom? Kemm-il darba triq tiġi liċenzjata li hija tajba biex jgħaddi t-traffiku minnha? Tista' triq tiġi dikjarata li mhijiex tajba biex jagħddi t-traffiku minn fuqha? Kemm kien hemm toroq mill-2001 sal-2008 li ġew dikjarati li mhux tajbin li t-traffiku jgħaddi minn fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta toroq arterjali u distributorji jkunu kostrutti skond lis-specifications ta’ l-ADT tas-sena 2003, dawn it-toroq huma awtomatikament tajbin biex jgħaddi t-traffiku minn fuqhom. Mill-2001 li hawn kien hemm każijiet fejn toroq ma baqawx tajbin biex jgħaddi traffiku minn fuqhom għax żviluppaw ħsarat fihom. F’dawn il-każi t-toroq jingħalqu totalment jew parzjalment bl-inqas inkonvenjent għal pubbliku sakemm il-ħsarat jirranġaw. l-ADT ma għandiex records speċifiċi ta kemm kien hemm minn dawn il-kazijiet mill-2001 lil hawn.

Korporazzjoni Enemalta — Konsum tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-elettriku xahar b'xahar fis-snin 2006, 2007 u 2008? Il-korporazzjoni Enemalta kemm tikkalkula li qiegħed isir telf ta' elettriku minħabba l-inefiċċjenza tas-sistema u l-grid lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, iċ-ċifra hi bejn 5% u 7%.

Konsum tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-ilma ħelu xahar b'xahar fis-snin 2006, 2007 u 2008? Kemm jiġi ikkalkulat li jinħela ilma minħabba l-ħsarat li jkun hemm fit-toroq u jikkawża ħsarat fil-kanen u pajpijiet fl-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoħħi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba. Ma nistax nirrispondi t-tieni parti tad-domanda għax l-istatistika ma' tinżammx b'dan il-mod.

Mosta — wiċċ ġdid lit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq li beħsiebu jagħti wiċċ ġdid ġewwa l-Mosta? X'inhu it-time frame li sejrin jieħdu sabiex jitlestew? Qed isir xi eżerċizzju ieħor biex jinkorpora fih toroq ġodda oħrajn ħalli dawn ukoll jkunu jistgħu jingħataw wiċċ ġdid bl-asfalt jew tarmak?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorita Dwar it-Trasport, fil-lokalità imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant fix-xhur li ġejjin ser isiru xogħlijiet f’ dawn it-toroq: Kumplament ta’ Triq il-Ħtajriet bejn Triq Sant’ Antnin u Vjal il-Qalbiena Mostin; Parti minn Triq l-Inkurunazzjoni; Triq Patri Avertan Fenech; Triq Ferdinand Calleja; Triq Gio. Dei Marchesi Mallia Tabone.

każijiet ta' fawran tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' żbroff/fawran tad-drenaġġ rapportati lill-awtorità konċernata f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu żbroff/fawran fil-widien u x'passi ttieħdu? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu f'dan id-dipartiment konċernat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

St Andrew — Regional Road

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir patching ta' għadd ta' potholes li hemm f'Regional Road meta wieħed ikun qed isuq minn St Andrews permezz tal-mina lejn ir-roundabout tal-Kappara fis-slow lane tal-mina? Japprezza li dan huwa xogħol tal-Gvern ċentrali u mhux dak lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet meħtieġa ġew ordnati biex isiru mill-iktar fis possibli.

Karozzi second hand impurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza second hand ġiet impurtata u reġistrata fil-pajjiż mill-bidu tas-sena 2008 s'issa fuq bażi ta' xahar b'xahar? Jista jindika mil-liema pajjiżi dawn ġew impurtati u x'tip ta' magna u ċilindrata kellhom dawn il-vetturi mpurtati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi u muturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm huma l-vetturi u muturi reġistrati, li għandhom aktar minn ħames snin? Kemm minn dawn jaqbzu t-18-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond it-tip u ċ-ċilindrata tal-magna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Hal Għaxaq — Xogħol ta' servizzi fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq Giovanni Scicluna, Triq l-Ispavier, Triq in-Narċis u l-inħawi maħgrufa bħala z-zona ta' Landar f'Hal Għaxaq biex jiġu mgħoddija s-servizzi fihom b'mod permanenti u jsir il-wiċċ ta' dawn it-toroq li s'issa qatt ma saru u li r-residenti ħallsu r-road contributions tagħhom madwar 16-il sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.