Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' banek tal-lottu li għandna madwar Malta u Għawdex illum?
Fejn jinsabu dawn il-banek u x'inhi l-proċedura li trid tintuża biex għaqda jew individwi filfatt jiftħu banka tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi preżentament hemm 216 banka tal-lottu madwar Malta u Għawdex. Bħala regolatur l-Awtorità tal-Lotteriji u logħob ma żżommx informazzjoni tal-lokalità fejn dawn jinsabu. Għaldaqstant hu mitlub li l-informazzjoni dwar il-lokalità u l-proċeduri meħtiega biex jinfetħu banek tal-lottu tiġi riferuta lil Maltco Lotteries, l-operatur tal-lotterija nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għalqu ħwienet u negozji bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jgħid dawn in-negozji f'liema mestier kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ewwel lista tirrigwardja liċenzji li ġew ikkanċellati u t-tieni waħda tinkludi liċenzji li ġew trasferiti.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 12196.xlsPapers Laid 2 - PQ 12196.xls
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12641 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13459.
Għawdex — applikazzjonijiet għal workshops għal garage industry
Question
Jista' l-Ministru iwieġeb mistoqsija parlamentari 12743 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f'Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma ngħatawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx ipproċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12743.
Issa li d-Dipartiment tal-Artijiet għadu fuq ic-CD id-dettalji kollha tal-artijiet esproprijati, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din ic-CD peress li dawn l-artijiet ilhom ħafna snin esproprijati u l-propretarji mietu u l-eredi tagħhom qed isibuha diffiċli jiksbu l-informazzjoni dwar il-proprjetà tagħhom mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ta’ l-Artijiet m’għandux lista eżawrjenti fuq cd bid-dettalji tal-artijiet esproprijati. Għandu lista ta’ stimi dwar artijiet esproprijati li abbażi tagħhom, il-Gvern seta’ jagħmel il-kalkoli tiegħu dwar kemm huwa l-kumpens totali dovut lis-sidien. Dan il-ħlas ta’ kumpens qed jiġi ndirizzat billi għas-sena 2010, il-Gvern ħabbar żieda sostanzjali fil-vot allokat għall-ħlasijiet ta’ espropriju. Ta’ min jgħid ukoll, li s-sidien ta’ artijiet esproprijati jsibu kull għajnuna mill-Customer Care tat-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern kemm -il darba jkunu f’pożizzjoni li jindikaw, anke’ fuq pjanta tat-Taqsima stess, fejn qegħda l-art tagħhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-artijiet esproprijati tal-Isptar Mater Dei imsemmijin fil-Gazzetta tal-Gvern u jinforma lill-Kamra kemm minn dawn il-proprjetarji ġew kumpensati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-artijiet esproprijata li ttiehdu għall-isptar Mater Dei huma indikati fuq il-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-artijiet indikati bl-aħdar għadhom ma ġewx akkwistati mill-gvern waqt li l-artijiet l-oħra jew ġew mixtrija mill-Gvern, jew għaddew għand il-Gvern permezz tal-ftehim ta’ l-1992 mal-Knisja, jew kienu tas-Servizzi. L-art indikata bl-isfar kienet ittiehdet minħabba l-bini ta’ l-universita’ u hija amministrata mill-universita’.
Il-Gazzetta tal-Gvern bid-data 4 ta' Awwissu 1961 ippubblikat 45 territorji esproprijati, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew imħallsin? Kemm hemm minnhom li t-trattativi quddiem il-board tal-esproprijazzjoni spiċċaw u għalhekk huma konklużi però l-bord għadu ma tax sentenzi finali? Dan l-atteġġjament qed jinblokka l-proċeduri neċessarji biex il-proprjetarji jkunu jistgħu japplikaw il-Qorti ta' Strasbourg peress li l-Konvenzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hemm klawsola f'Artiklu 35 li tgħid: "The court may only deal with the matter after all domestic remedies have been exhausted, according to the generally recognized rules of international law and within a period of six months from the date on which the final decision was taken"? Ma jidhirlux l-Ministru li dan huwa atteġġjament abbużiv kontra d-demokrazija li tant niftaħru biha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma x'inhi l-pożizzjoni tal-impjieg tal-ħaddiema ta' Ħal-Ferħ fil-mument? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-qagħda tal-impjiegi tal-ħaddiema tal-lukanda ta' Selmun? Kemm huwa numru ta' ħaddiema fiż-żewġ lukandi u x'karigi u xogħol għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm il-ħaddiema ta' Ħal Ferħ kif ukoll dawk ta' Selmun Palace Hotel għandhom kuntratt ta' xogħol mal-kumpanija rispettiva tagħhom. L-ishma kollha tal-kumpanija Ħal Ferħ inbiegħu fit-23 ta’ Diċembru lil-kumpanija Island Hotels Group Ltd u Golden Sands Resort Ltd bħala parti minn tender pubbliku mmexxi mil-Lands Department. Proċess ieħor simili ta’ tender pubbliku huwa bħalissa għaddej li jinkludi fih il-bejgħ tal-ishma kollha tal-kumpanija Selmun Palace Hotel Co Ltd.. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar kif inhuma mqassma l-impjegati fiż-żewġ kumpaniji.
Il-ħaddiema ta’ Hal-Ferħ illum jagħmlu parti mill-Island Group waqt li dawk ta’ Selmun jimxu mal-operaturi prospetivi la darba l-proċess ta’ bejħ jiġi konkluż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 13475 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12272 peress li jien ma staqsejtx informazzjoni speċifika għal single mothers taħt il-15-il sena, jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' persuni li rreġistraw it-trabi tagħhom bħala of unknown fathers fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kkonkludietx l-investigazzjoni dwar l-allegat abbuż ta' poter waqt sekwestru mingħand il-fondi tal-kumpanija, li l-isem tagħha qed jinbagħat separatament, f'liema sekwestru intrema materjal li kien fi friża u li l-valur tas-suq tiegħu kien jeċċedi s-€700,000? Jista' jgħid jekk l-investigazzjoni tagħha l-pulizija semgħetx lill-partijiet kollha in kwistjoni, inkluż il-proprjetarji tal-kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jippjana li jbiegħ jew jagħlaq l-Engineering Department ta' l-Air Malta? Jekk iva, għandu xi offerti jew pjanijiet lesti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta m’għandha l-ebda pjan li tbiegħ jew tagħlaq id-Dipartiment ta’ l-Engineering tagħha.
Jista' l-Minsistru jgħid kif se juża aħjar il-potenzjal li għandu l-Engineering Department tal-Air Malta permezz tan-nies imħarrġa u professjonisti li għandu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tuża il-potenzjal tan-nies professjonali tagħha fid-Dipartiment tal-Inginerija billi tara li dawn juzaw l-esperjenza u l-kapaċitajiet tagħhom b’mod li tiżgura li tkun dejjem konformi mar-regoli li jikkontrollaw l-avjazzjoni ċivili, li żżomm kontroll assolut fuq kull tip ta’ manutenzjoni li ssir fuq l-ajruplani tagħha, issir fejn issir, u li tara li tuża r-riżorsi kollha li għandu d-dipartiment biex tagħmel ‘in-house’ dak kollu ji jagħmel sens kemm loġistiku kif ukoll finanzjarju. Fl-istess ħin il-kumpanija tagħmel li tista’ biex timmissanizza l-produttivita’ tar-riżorsi tagħha, kemm dawk umani u dawk li mhumiex. Dan dejjem bl-iskop li tiżgura s-sigurta’ u l-affidabilita’ tal-flotta kollha tagħha fl-aħjar interess tal-kumpanija u dawk il-passiġġieri li jużaw l-ajruplani tal-Air Malta biex jivvjaġġaw.
Produzzjoni u esportazzjoni ta' ħut mill-fish farms
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10734, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm pproduċew u esportaw tunnellati ta' ħut l-fish farms li hawn madwar Malta u Għawdex bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13459.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12966 u 12632 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jispjega x'kienet l-iskema tal-pensjoni li wettqet il-Korporazzjoni Telemalta fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin? Jista' jgħid jekk saritx allowance għal dan id-dritt fil-bejgħ tal-Gvern lil terzi privati? Jista' jiddikjara kif se jagħmel biex jara li l-ħaddiema kollha tal-GO, kemm dawk li ħadu l-iskema tal-voluntary redundancy u kemm dawk li ma ħadux l-iskema jieħdu din il-pensjoni speċjali?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jikkonsidra l-Ministru li Għawdex għandu jkollu uffiċċju tal-istatistika għalih u dan biex tkun tista' tinżamm statistika separata għal Għawdex, specjalment fejn jidħol it-turiżmu u l-ħaddiema li hemm jaħdmu f`dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jzomm statistika separata għal Għawdex fejn jidħol it-turiżmu u l-ħaddiema li hemm jaħdmu f`dan is-settur, u f’oqsma oħra wkoll. Għalhekk f’dan l-istadju mhux qed jiġi kkunsidrat li l-NSO ikollu uffiċċju f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12741.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tat-tender dwar it-tmexxija tal-Casino Dragonara? Jista' jagħti assikurazzjoni li l-ħaddiema preżenti, kemm full-time kif ukoll part-time tal-Casino Dragonara se jinżammu mill-operatur il-ġdid? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jara l-possibilità li jista jkun hemm perjodu bejn meta jieqaf jopera l-operatur preżenti u bejn meta jibda jopera l-operatur magħżul (jekk fil-każ ikun differenti) fejn il-Casino ma jkunx qed jopera? F'każ li jiġri dan, min se jkun qed iħallas il-pagi tal-ħaddiema matul dan il-perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjoni tat-tender tingħata wara li l-MIMCOL tlesti l-evalwazzjoni. Meta ġie fformulat id-dokument tat-tender, iddaħħlu fih proviżjonijiet li l-għan ewlieni tagħhom kien li l-ħaddiema kollha jgħaddu ma’ l-operatur il-ġdid jekk dan ikun il-każ. Ta’ min jgħid li l-mhuwiex antiċipat li l-operat tal-Casino ikun interrott. Għaldaqstant, il-ħaddiema ser jitħallsu minn min se jkun qed jopera l-Casino.