San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Triq Jean De La Cassiere li għadha mhux mogħtija t-tarmak fil-fatt tingħata dan it-tarmak, għaliex it-tajn li joħroġ minnha meta tkun ix-xita qed joħloq numru ta' inkonvenjenzi u wkoll għaliex din it-triq tinsab qrib ħafna tat-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, minbarra li fiha numru sew ta' residenti li qed joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vetturi Mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3856 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-impjegati tad-distribuzzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ghawdex m'għandhomx l-istess shift bħal impjegati sħabhom f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Legal Notice dwar ħsejjes minn postijiet tal-kummerċ
Question
Jista' l-Ministru jispjega eżatt x'jifhem bil-parti tal-legal notice tal-2006 fejn qal "li sezzjoni (d) l-operat ta' post kummerċjali liċenzjat biex jiftaħ għall-kummerċ mis-1.00 am sad-4.00 am m'għandux matul dawk is-sigħat joħloq fastidju jew inkonvenjenza lil viċini b'xi xorta ta' ħoss li jinstema' minn barra l-post jew b'xi mezz magħmul minn ġewwa jew minn barra tal-post"? Jista' jgħid jekk dan jinkludix ukoll storbju magħmul min-nies li jkunu qed jiffrekwentaw f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Toroq Ġodda — Tunellati ta' Piż ta' Vetturi/Trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2861 u jgħid it-toroq li nbnew dawn l-aħħar ħames snin, għal kemm-il tunellata huma ċertifikati li jifilħu qabel ma tibda ssir ħsara fuq l-istess toroq? Jista' jgħid jekk hawnx vetturi/trakkijiet li jistgħu jġorru toqol iktar minn dak stabbilit fiċ-ċertifikat tat-toroq il-ġodda? Jista' jgħid x'passi qed jiittieħdu biex vetturi ma jġorrux iktar piż minn dak li jifilħu it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri tas-Safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3686, 3138 u 2527 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-biċċa triq li fadal li m'hix asflatata fi Triq Mikiel Ang Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ (minn Triq il-Kbira sa Triq il-Kandlora) tinfetaħ u tiġi asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalissa m'hemmx dan il-ħsieb li din it-triq tinfetaħ.
Jista' l-ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett finali tal-MFCC f'Ta' Qali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Mepa qiegħda tivvaluta Outline application għal dan il-proġett. Meta dan il-proċess jitlesta jitkomplew id-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal- MFCC.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-capital projects development and indicator unit għadux jiffunzjona u jekk fl-affermattiv minn min hu immexxi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Unit imsemmi mill-Onor. Interpellant ma jeżistix fil-Ministeru tiegħi. Jekk qed jirreferi għall- Projects Development and Co-ordination Unit, dan qed jiġi assorbit fil- Grand Harbour Regeneration Corporation plc.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jirriloka l-Public Registry fl-inħawi ta' Sant' Iermu l-Belt Valletta? Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jekk issir din ir-rilokazzjoni, ikun hemm xi trasport provdut jew faċilità għall-anzjani jew dawk li m'għandhomx trasport għal din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva, huwa l-ħsieb tal-Gvern li r-Reġistru Pubbliku jirriloka iżjed l-isfel fl-istess triq, jiġifieri ġewwa "Evans Buildings". Dan biex ikun fl-istess sular tal-Uffiċċju tal-Passaporti u b'hekk il-Pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar.
Il-lok imsemmi hu aċċessibbli b'servizz ta' trasport pubbliku u għall-karozzi privati.
Peress li l-bini tat-triq madwar id-djar f'Sur Santa Liena Bormla ilu jiġi mwiegħed ħafna snin u sa anke kien intqal li ħarġet it-tender għax-xogħlijiet, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3814 u jgħid jekk għandux idea meta dan ix-xogħol jista' jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur qed japplika għall-permessi meħtieġa biex ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3813 u jara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT infurmat lil Cleansing Services Department sabiex isir it-tindif fil-culverts li jeżistu f'din it-triq. Minn naħa tagħhom is-CSD ippruvaw inaddfu dan il-culvert anke bi pressure bowser però ma rnexxilhomx. Jidher li hemm xi blockage u x'aktarx ikollu jsir xi tħaffir fit-triq. Għaldaqstant l-ADT ser tkun qed tipprova tillokaliżża fejn hu dan il-blockage sabiex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.
Triq ta' Quddiem De La Salle College — Ilma tax-Xita
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3812 u jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' quddiem De La Salle College ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fit-Triq ta' Għajn Tuffieħa (l-isfel minn Sqaq Ciantar) issir speed camera jew inkella tittieħed xi miżura oħra li tiskoragixxi lil min isuq b’veloċità qawwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.