Legislature:
Category:
Reset
Active:

CCD — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13734 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li l-Assistent Direttur li, fil-prezent jidher li hu responsabbli għad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan ic-CCD se jiġi jew diġà ġie trasferit, jew b'xi mod ieħor se jmur jaħdem jew diġà mar jaħdem ma' dipartiment jew direttorat ieħor? Fil-prezent, dan l-istess uffiċjal taħt liema payroll jaqa' ? Waqt il-ħinijiet tax-xogħol f'liema Dipartiment jew Direttorat qiegħed ikun? Il-Ministru jaf li d-Direttur li kien responsabbli għal dan id-Direttorat huwa l-Assistent Personali tiegħu u ilu jokkupa din il-kariga għal mill-inqas sena u nofs jew aktar, u proprju għalhekk id-Direttorat tal-Infurzar ilu bla direttur għal dan iż-żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux post vakanti jew le? Dan l-uffiċjal għadu jgawdi minn nomenklatura ta' Direttur jew m'għadux? Jaħseb li hu ta' benefiċċju għal xi ħadd li dan id-Direttorat sensittiv tħalla mingħajr Direttur? Jekk ma jaħsibx hekk għaliex, fil-fatt, tħalla mingħajr Direttur? X'kienet ir-raġuni li dan id-Direttur jew eks Direttur li preżentement qed jagħmilha ta’ Assistent Personali tiegħu telaq mill-imsemmija kariga?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Scholarships STEPS

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13756 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sad-data ta' din il-mistoqsija kemm ġew imħallsa mill-ischolarships STEPS li ngħataw għas-sena akkademika 2009-2010 għal studji dottorali fl-Ewropa? Liema kienu l-iSTEPS li tħallsu u għal liema korsijiet? Liema kienu l-ischolarships li għadhom ma tħallsux? Għal liema raġuni għadhom ma nħarġux? Meta se jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Air Malta — Titjiriet għal Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-passiġieri li l-Air Malta ġarret għal Lourdes matul is-sena li għaddiet? Hemm xi ħsieb li din is-sena wkoll torganizza titjiriet diretti għal Lourdes u lura? Meta se jsiru dawn it-titjiriet? Kemm hu maħsub li se ġġorr passiġġieri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali — Investigazzjoni - xhieda kunfidenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, il-Ministru qal li ż-żewġ investigazzjonijiet saru fuq il-bażi li kull xhieda tingħata taħt garanzija li tinżamm il-kunfidenzjalità, jista' l-Ministru jgħid jekk u b'liema mod il-Bank Ċentrali kien avża lil persuni kollha li taw ix-xhieda tagħhom fiż-żewġ investigazzjonijiet, li x-xhieda tagħhom kienet se tibqa' kunfidenzajli u li r-rapporti kienu se jibqgħu mhux ippublikati, sabiex kif qal fit-tweġiba, x-xhieda tkun tista' tinġabar kif jixraq?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali — Investigazzjonjiet - xhieda kunfidenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid għala u fuq liema bażi, il-Bank Ċentrali ddeċieda li x-xhieda ma kenitx tinġabar b'mod xieraq li kieku ma ngħatatx din il-garanzija? Ladarba fit-tweġiba l-Ministru stqarr li żewġ investigazzjonijiet saru fuq il-bażi li kull xhieda tingħata taħt garazija li tinżamm il-kunfidenzjalità, x'inhi r-raġuni li wieħed mir-rapporti biss, jiġifieri dak tal-Audit Committee, baqa' jinżamm esklussivament mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali?

Nireferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14161

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - xhieda kunfidenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta l-Bank Ċentrali ta' Malta għoġbu jinforma lill-Bank Ċentrali Ewropew li l-akkuza li kien għamel il-Ministru Gatt fil-konfront ta' dan l-impjegat kienet bla bażi u infondata? Jekk hu l-każ li Bank Ċentrali Ewropew kien infurmat, għala l-Bank Ċentrali ta' Malta ma nfurmax lill-pubbliku lokali minkejja li l-Bank ħareġ stqarrija pubblika biex jgħid li l-kumitat tal-Audit Committee kien tqabbad biex jagħmel investigazzjoni?

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda Kunfidenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid għala l-Bank Ċentrali, minkejja l-wegħda pubblika li għamel mal- ġurnalist, kif irrapurtat f'The Times tal-14 ta' Marzu 2009, li kien se jippublika l-konkluzjonijiet tal-investigazzjonijeit hekk kif appena dawn jintemmu, dan baqa' ma ppubblikahomx hekk kif it-tieni investigazzjoni ġiet konkluza fit-3 ta' Settembru 2009?

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda kunfidenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom wasslu biex l-istess tmexxija li hemm illum tal-Bank Ċentrali ddeċidiet li tagħti permess lill-ekonomista, impjegat f'dan il-Bank sabiex jagħti konsulenza bi ħlas lit-trade union ewlenija f'pajjiżna, permezz ta' rapporti dwar tema li dak iż-żmien kienet indiskutibilment ta' natura kontroversjali pubblika u politika, jiġifieri l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u intiżi biex dak iż-żmien din il-union tieħu pożizzjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u dawk il-kriterji li wasslu lill-Bank biex lill-ekonomista l-ieħor, impjegat ukoll fl-istess Bank, jinfurmah, waqt il-proċess dixxiplinari msemmi li ma kienx jingħata permess biex jagħmel il-kontribuzzjoni li għamel minħabba li skond il-Bank it-tema kienet ta' natura kontroversjali? Jista' juri d-dokumentazzjoni tal-permess li kien talab dan l-impjegat ekonomista biex jagħti konsulenza bi ħlas dwar l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, hekk kif mitlub mir-regoli tal-Bank Ċentrali, u l-Minuti tal-laqgħa tal-Executive Management Committee meta dan iddiskuta u ddeċieda dwar din it-talba għal permess ta' xogħol ta' konsulenza part-time kif inhi l-prassi fil-Bank Ċentrali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda Kunfidenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jindika jekk hemm xi kundizzjonijiet partikolari marbuta mal-offerta tiegħu li nista' nara dawn ir-rapporti privatament?

Nireferi l-Onor. Interpellant li tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14161

entitajiet differenti tat-Tarznari Maltin — proċess ta' privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tal-entitajiet differenti tat-Tarznari Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċessi tal-privatizzazzjoni tal-entitajiet tat-Tarzna qegħdin fi stadju differenti. 1. Manoel Island Yacht Yard – in-negozjati huma fi stadju avvanzat ħafna 2. Ship Repair Bormla – in-negozzjati huma mexjin tajjeb u nittamaw li ma jdumx ma jintlaħaq ftehim. 3. Ship Building Marsa – in-negozzjati għadhom għaddejin ukoll 4. Malta Super Yacht – Kif ġie mħabbar fit-3 ta’ Novembru 2009, peress li l-ebda offerta ma laħqet l-aspettattivi tal-kumitat ta’ evalwazzjoni il- Privatisation Unit stiednet lil bidders eżistenti biex jagħmlu offerti ġodda. Dawn l-offerti huma mistennija f’Jannar 2010.

Wi-Fi b'xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10754, li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, u jiddikjara jekk il-Gvern huwiex se jistalla sistema ta' wi-fi b'xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jinqdew mis-servizz tal -internet waqt it-traġitt u possibbilment anke fit- terminals rispettivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-mument mhuwiex teknikament u loġistikament possibbli għall-kumpanija Gozo Channel li tali servizz jkun aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali.

Malta Enterprise — Informazzjoni dwar pagi u salarji

Question

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 13294, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar pagi, salarji u allowances ta’ kull membru tal-Bord tad-Diretturi apparti dik taċ-Chairman Eżekuttiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-diretturi tal-Bord tal-Malta Enterprise għandhom allowance ta’ €3,500 fis-sena filwaqt li d-Deputy Chairman għandu allowance ta’ €11,646 fis-sena. Waħda mid-direttriċi, minħabba li hi wkoll Chairperson fuq l-Audit Committee tal-Malta Enterprise, tingħata wkoll allowance ta’ €116 għal kull meeting li jsir.

C Check ta' airbuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa C Check ta' airbus jekk isir in house, fejn id-dipartiment ikollu l-capability? Kemm qed jiġi jiswa dan l-istess C Check meta qed jiġi outsourced?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u ma nħossx li għandi nagħtiha.

Air Malta — Dipartiment tal-Engineering - karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu jiswew il-karozzi li hemm mikrija fid-Dipartiment tal-Engineering? Il-Gvern għamel il-kalkolu kemm kienu jiswew dawn il-karozzi li kieku jinxtraw mill-Air Malta? Jista' għaldaqstant jagħti l-informazzjoni sħiħa tal-ispiża fiż-żewġ każijiet? Kemm jiswew l-istickers li twaħħlu ma' dawn il-karozzi u x'inhu l-benefiċċju ta' dan it-tip ta' reklamar meta dawn il-karozzi jagħtu servizz fuq l-airstrip lill-istess ajruplani ta' l-Air Malta, meta l-passiġġieri jkunu diġà għażlu lil Air Malta biex jivvaġġjaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hija l-policy tal-kumpanija li flok toħrog nefqa kapitali sostanzjali f'daqqa, tidħol għal kiri hekk sabiex in-nefqa tinqassam fuq tant snin. Dan aktar u aktar fuq vetturi għal użu komuni u kontinwu fejn, fil-passat, konna nbatu minn nuqqas ta' vetturi minħabba ħsarat u ħin li jittieħed sakemm jissewwew. Servizz tal-kiri jelimina dan in-nuqqas ta' għodda u l-problemi li jiġu miegħu. Servizz ta' kiri jagħti wkoll lill-kumpanniji l-possibiltà li żżid jew tnaqqas vetturi skond jekk jiżdiedx jew jonqos ix-xogħol. In-nefqa għal kiri ta’ dawn il-vetturi fl-' Engineering ' hija ta' Euro 78,000 fis-sena filwaqt li l-istickers li bihom ġew ‘ wrapped ’ sabiex jirreklamaw b'mod effettiv lill-kumpanija kienet ta’ Euro 13,000 għal darba. Minbarra il-passiġġieri li jsiefru ma’ l-Airmalta hemm daqstant ieħor passiġġieri li jagħmlu użu mill-ajruport, ma’ linji ta’ l-ajru oħra, u dan barra l-pubbliku in ġenerali u ħaddiema oħra fl-ajruport.

kunsilli lokali — talbiet pendenti għad-devuluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għad-devoluzzjoni ta' proprjetà lill-kunsilli lokali? Fejn huma dawn it-talbiet pendenti, u meta hu mistenni li jiġu deċiżi l-istess talbiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha 62 talba pendenti għad-devoluzzjoni ta’ proprjetà lill-kunsilli lokali. Minn dan it-total hemm 19 li qegħdin jistennew l-eżitu tal-permess tal-Mepa qabel ma jiġu proċessati, 5 li waslu biex jiffirmaw il-Ftehim tal-Kirja filwaqt li l-kumplament qegħda tinġabar l-informazzjoni kollha neċessarji biex dawn jistgħu jiġu proċessati. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ talbiet li hemm pendenti.