Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-kostruzzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Valur Gross Miżjud — Settur tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-inmut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li l-istatistika għas-setturi imsemmija tinħadem b’mod aggregat fejn jirrigwardja statistika fuq bażi ta’ reġjun.
Valur Gross Miżjud — Settur tat-tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' household goods
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tat-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ household goods f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13992.
Żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma għall-industrija — ilmenti
Question
Wara li tħabbru ż-żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma anke għall-industrija, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti uffiċjali mingħand xi fabbriki partikolari u/jew xi korp kostitwit dwar il-fatt li dawn se jkollhom effett negattiv fuq l-operat tagħhom? Kien hemm xi industrija li wriet li se tnaqqas xi impjegati minħabba dawn il-miżuri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm s’issa b’mod mhux uffiċjali, xi kumpaniji urew tħassib dwar it-tariffi l-ġodda, anki permezz tal-għaqdiet rappreżentattivi tagħhom, l-ebda kumpanija ma tat indikazzjoni li tista’ tnaqqas il-ħaddiema minħabba t-tariffi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studju biex jara kemm kull kategorija/grad ta' ħaddiema jħallas taxxi diretti u indiretti mill-paga tiegħu lura lill-Gvern? Jekk dan l-istudju sar, jista' jiġi pubblikat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar ebda studju ta’ kemm kull kategorija/grad ta’ ħaddiema ħallsu taxxi diretti u indiretti mill-paga tagħhom lura lill-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8317 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferut lilu u jgħid x’passi se tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport u d-Direttorat għat-Trasport Pubbliku biex jiġbdu l-attenzjoni tal-pulizija dwar hawker li qed ikun armat il-ħin kollu l-Għadira fil-Mellieħa jbiegħ varjetà kbira ta’ ħaxix, oġġetti u xorb u pparkjat ħdejn bus stop fit-tarf tal-Għadira meta dan qed jikser ir-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'sitwazzjoni meta wieħed ikun jaf li hemm ksur ta' liġi dan jista' jagħmel rapport dirett lil-pulizija biex tieħu l-azzjoni neċessarja.
Rigward il-każ inkwistjoni l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mressaq lill-pulizija li nfurmawna li meta għamlu l-ispezzjoni tagħhom fil-passat sabu li l-vettura kienet 12 il-metru ‘l bogħod mill-
bus stop
u l-ipparkjar tagħha ma kienx qed jikser ir-regolamenti tat-traffiku. Barra minn hekk il-vettura qed tkun ipparkjata aktar minn 50 metru bogħod minn stabbilimenti kummerċjali oħra.
Fl-aħħar spezzjoni li saret mill-Pulizija fit-23 ta' Novembru ma nstabet l-ebda irregolarità.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11845, jista' l-Ministru jispjega kif sejrin it-trattattivi ta' dik li kienet magħrufa bħala l-Malta Drydocks ta' Bormla mas-Soċjetà Taljana Palombo? Meta hu mistenni li jkunu konklużi t-trattattivi? Dawn waslu fi stadju avvanzat jew għadhom fi stadju inizjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi in-negozjati mas-Soċjetà Taljana Palumbo SpA bħalissa qegħdin fi stadju relattivament avvanzat.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex meta konsumatur jixtri xi ħaġa minn barra (permezz ta' l-ebay eċċ.) u dan isib li l-oġġett de quo kien diffettuż ikollu jħallas €60 ta' l-hekk imsejħa inspection u €15 oħra lid-Dwana (apparti l-pustaġġ lura)? Ma jaħsibx li dawn il-miżuri jxekklu d-drittijiet tal-konsumaturi meta jiġu biex jixtru permezz ta' l-online transactions?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment ta’ Dwana ma’ jitlob l-ebda ħlas ta’ €60 u lanqas ta’ €15 għal inspection ħlief jekk ix-xogħol isir wara l-ħin tax-xogħol u fuq l-istess talba ta’ l-individwu. Biex pakkett jintbagħat lura, u jekk ikun hemm xi ħlasijiet, dawn ma jsirux lid-Dwana iżda lill-agent li jieħu ħsieb biex jibgħatu lura.
L-Onorevoli interpellant, huwa ġentilment mitlub biex jgħaddi aktar informazzjoni biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu investigati iktar l-imsemmijin ħlasijiet.
Fabbriki li temmew l-operazzjonijiet tagħhom f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2009? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-Prodott Gross Domestiku Reġjonali għal Malta u Għawdex separatament, ras għal ras
a) tar-residenti fir-reġjun u
b) ta’ dawk li jaħdmu fir-reġjun,
f’Purchasing Power Standards
fuq bażi u fil-qafas ta’ reġjuni NUTS Level III tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2000 sas-sena 2008 kemm a bażi ta’ EU 25 = 100 u kemm a bażi ta’ EU 27 = 100?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13384, 13145, 12932, 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet u/jew organizzazjonijiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-2009? Kemm ħadu kull wieħed? Jista' jgħid ukoll kemm kienet is-somma fil-fond fl-1 ta' Jannar 2009? Kemm kien fadal fil-31 ta' Diċembru 2009? Minn fejn ġew il-flus li tpoġġew fil-Fond?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12492, 12219 u 11970 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-grant li rċieva l-Gvern kien ta’ €755,765.19. L-apparat huwa stallat u jintuża skond il-bżonn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8505, 7265 u 6517 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’kien l-ammont totali ta’ diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuża mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija l-NSO huwa marbut bil-liġi illi josserva l-kunfidenzjalità u għaldaqstant, ma jistax jagħti figuri.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-ammont ta’
fuel
li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern fl-2008 kien ta’ 37,488,81 litri f’
Diesel
u 102,259,26 litri f’
Unleaded Petrol
.
(Ara korrezzjoni tal-mistoqsija parlamentari li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 191 nhar it-Tlieta 9 ta' Frar 2010. (PL 3924))
Żejtun — Parroċċa ta’ Santa Katarina - restawr tal-Knisja mill-Fond għall-Kawżi Ġusti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk matul din l-aħħar sena qatx saru talbiet għall-ghajnuna mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, taż-Żejtun, biex jintużaw għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali mibnija mill-Arkitett Malti Lorenzo Gafa’ fil-bidu tas-Seklu 18? Jekk iva, kemm kienu l-ammonti li ingħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat għall-Fond tal-Kawżi Ġusti rċieva żewġ applikazzjonijiet mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina taż-Żejtun. L-ewwel waħda kienet titratta dwar il-konservazzjoni u r-restawr tal-faċċata ta’ l-Oratorju. Il-Kumitat ma kienx f’pożizzjoni li jikkunsidra din l-applikazzjoni msemmija b’mod favorevoli u l-applikant gie mgħarraf b’ittra uffiċjali fl-1 ta’ Settembru 2009. It-tieni applikazzjoni tirrigwarda il-konservazzjoni u r-restawr tal-parroċċa. Din l-applikazzjoni għadha qed tiġi evalwata mill-kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid x’ser jiġri mill-ħaddiema tad-Dragonara Casino wara l-15 ta’ Jannar 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont il-proviżjonijiet tar-Request for Proposals, il-konċessjonarju li jieħu f’idejh it-tmexxija tad-Dragonara Casino għal dan it-tieni perjodu ta’ għaxar snin se jkun obbligat li jieħu miegħu il-ħaddiema li bħalissa huma impjegati mad-Dragonara Casino Ltd.
Barra minn hekk, id-dsatax-il ħaddiem li huma impjegati mal-Casma Ltd u preżentement issekondati lid-Dragonara Casino Ltd, se jkunu sekondati lill-istess konċessjonarju.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe, in vista ta' l-istqarrija msemmija f'paġna 49 tal-Budget għas-sena 2008 fejn fiha kien intqal li 0.25% ta' l-ispiża ta' kull proġett kapitali jew infrastrutturali kellhom jintnefqu fuq xogħlijiet ta' arti jew oqsma kreattivi, jagħti lista ta' kemm flus ġew allokati permezz ta' dan il-mekkaniżmu tal-0.25% xahar b'xahar mill-2008 sal-lum? Min ibbenefika minn dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma tinżamx statistika f'dan is-sens mid-dipartiment u entijiet li jwettqu proġetti kapitali u infrastrutturali. Meta parti min-nefqa tkun marret għall-iskopijiet imsemmija, huwa l-pajjiż kollu li jiggwadanja. Fejn tali nefqa ma saritx għax ma jkunx instab possibli li jiġu ddedikati flus għal dan il-għan, il-proġett ġie jiswa anqas milli kieku ġew iddedikati flus għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proprjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet derekwiżizzjonata fl-1990 u suppost li ingħatat lis-sidien fi żmien ġimgħa, baqgħet tkun okkupata illegalment mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u sarulha ħsarat strutturali? Jista' jara li d-Dipartiment jibgħat perit biex jikkonferma l-istat ta' din il-proprjetà illum? Jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet isewwi l-ħsarat li kkawża f'din il-proprjetà biex din tkun abitabbli mill-ġdid mis-sidien tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma kienet okkupata illegalment mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet madanakollu il-proprjetà qiegħda f’idejn is-sidien. L-allegati ħsarat strutturali saru meta l-proprjetà kienet tiġi mikrija mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għalhekk it-tiswijiet huma responsabbli għalihom l-Awtorità tad-Djar.
Dan kollu ġie mgħarraf lill-persuna kkonċernata kemm-il darba minn diversi uffiċjali tal-Government Property Division.
uffiċjali governattivi u para-governattivi — ristrutturar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-istrutturar jew ir-ristrutturar tal-entitajiet uffiċjali kemm governattivi u kemm dawk para-governattivi (Government appointed bodies) li jamministraw l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta? Jista' jippreżenta f'din il-Kamra l-pjanijet kemm jista' jkun dettaljati, dejjem jekk jeżistu, dwar l-Aġenzija Comsumer Protect u dwar l-Awtorità li prospettivament se tkun responsabbli għall-Fair Trade, liema entitajiet ġew imsemmija mill-istess Ministru qabel u matul id-diskors tal-Budget 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturar qiegħed fi stadju avvanzat u aktar dettalji f’dan ir-rigward jingħataw ‘l quddiem.