Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħħal flus minn fuq l-vetturi minħabba t-test tal-VRT matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Fiex qed jintużaw dawn il-flus? Kemm minnhom qed jintużaw ħalli jissewwew it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzajoni għas-Servizz tal-Ilma — karozzi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma xtrat dsatax-il karozza għall-impjegati tagħha? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inxtraw u x'kienet l-ispiża għal dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara studju finanzjarju li għamlet il-KSI addottat policy sabiex tibda tixtri l-karozzi li għandha bżonn u ma tibqax tikri.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma xtrat 17-il karozza ta’ tip KIA Ceed; 12 LX u 5 EX.
Ceed LX jiswew €14,400 kull waħda u Ceed EX jiswew €16,700 kull waħda.
B’kollox ser jitneħħew 14-il karozza tal-kiri (diġa tneħħew 10) għax 3 mill-karozzi li nbidlu kienu tal-KSI. Meta jinbidlu l-14 il-vettura jiġu ffrankati €181.18 kuljum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3932 u 3582 u jgħid meta se tiddaħħal it-tariffa fuq is-servizz tad-drenaġġ li qal li kellha ssir xi xhur ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qabel xejn nirringrazzja lill-Onor Interpellant li uża l-kelma korretta "tariffa" u mhux il-kelma "taxxa" li uża l-Kap tal-Oppożizzjoni. Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tariffa trid tiddaħħal sa l-aħħar tal-2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Triq ta' Quddiem De La Salle College — Ilma tax-Xita
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3812 u jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' quddiem De La Salle College ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika aktar fejn qed jgħid li qed iżomm l-ilma minħabba li ninsab infurmat li spezzjonijiet li għamlet l-ADT dan l-aħħar ma rriżultawx fis-sens li qed jgħid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fit-Triq ta' Għajn Tuffieħa (l-isfel minn Sqaq Ciantar) issir speed camera jew inkella tittieħed xi miżura oħra li tiskoragixxi lil min isuq b’veloċità qawwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ngħaddi s-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3970 u jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 3972 u 3676 u jara li jiġu rimedjati bla aktar dewmien il-ħsarat u cioè l-iżbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenza 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat, Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4286 u jispjega ż-żieda approvata għas-sena 2008 fis-supplementary estimates taħt Vot X Kapital € 18,824,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa kapitali?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 781, jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu mibdula t-tabelli fil-bus stops preżenti fil-pjazza tal-Mosta u toroq oħra li biex juru kemm in-numru kif ukoll l-informazzjoni tar-rotta? Peress li skond ir-risposta għall-mistoqsija l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tieħu ħsieb tordna flag type bus stops li jkunu juru n-numru tar-rottot rispettivi, jista' jgħid jekk din l-ordni mill-Awtorità dwar it-Trasport saritx u meta l-awtorità beħsiebha twaħħal dawn it-tabelli l-ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tabelli tal-Bus Stop ġew ordnati għal- Triq il-Kostituzzjoni u Triq il-Kungress Ewkaristiku u t-tip ta’ bus stops ordnati huma flag type bus stops.
Infurmat ukoll li dawn ser ikunu mwaħħla fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4276 u 3473 u jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Sqaq l-Għadira f’Ħal-Qormi hija nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jinbnew mill-ADT. Madankollu, f’dan l-istadju ma hemmx data stabbilita ta’ meta dan se jsir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4274 u 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4275 u 3475 u jgħid meta se jsir il-footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT qiegħda tipprepara tender rigward dan il-"footway bridge" li mistenni jiġi ppubblikat is-sena dieħla.
Jista' l-Ministru jara li t-triq fejn hemm iż-zebra crossing fi Triq Sarria fejn il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, Furjana titranġa peress li t-triq tinsab fi stat ħażin u perikoluż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fit-triq indikata mill-Onor Interpellant ma jirriżultax li jeżisti periklu kif indikat fil-mistoqsija. Madankollu l-ADT ser tkun qed tieħu nota tat-talba li qed issir sabiex tingħata prijorita’ l-għoti mill-ġdid ta’ asfalt fl-aktar partijiet li jkun hemm bżonn.
Kirkop — Triq San Ġwann - rifjut għall-istallazzjoni ta' lampi
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni wara r-rifjut għall-istallazzjoni ta' lampi tad-dawl fuq l-arbli fi Triq San Gwann, Kirkop u dan allavolja l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Kirkop ilu jilmenta minħabba d-dlam li jeżisti f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT bħalissa qed tirrivedi il-policy dwar l-street lighting fit-toroq arterjali u kull talba tiġi eventwalment ikkunsidrata a bażi tal-policies il-ġodda.
Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — laqgħat dwar l-opinjoni motivata
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2795 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm, meta saru u x’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern illum dwar dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima qiegħda tipprepara biex toħroġ sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Għawdex għal Malta u minn Malta għal Għawdex permezz tal-pipeline mill-1988 ‘l hawn? Dan l-ilma kien ibblendjat qabel ġie trasferit? Jekk fl-affermattiv, x’persentaġġ ta’ dan l-ilma kien ilma ttrattat mid-desalinatur f’Għawdex u mir-Reverse Osmosis Plant f’Malta kull sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn records tal-KSI jirriżulta illi kien hemm transfer ta 3,155,702 metri kubi ta’ ilma bejn Malta u Għawdex fil-perjodu ta’ bejn l-1997 u llum. Ma kienx hemm transfer ta’ ilma minn Għawdex għal Malta fl-istess perjodu, għajr għal 11,967 metri kubi f’żewġ okkazzjonijiet ta’ emerġenza meta l-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa kien wieqaf għal xi manutenzjoni fit-tul. Records ta’ qabel l-1997 mhumiex elettroniċi u hija ferm diffiċli biex l-informazzjoni tinġabar.
Dan l-ilma ma kienx
blended
f’Malta għaliex kien kollu prodott tar-
Reverse Osmosis
taċ-Ċirkewwa.
Mill-pipeline ta’ taħt il-baħar, l-ilma jiġi ppumpjat fil-ġibjuni ta’ Ta’ Ċenċ u x-Xagħra.
Id-Distillatur ta’ Ħondoq ir-Rummien kien waqaf jopera ftit tas-snin qabel.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2077 dwar il-port l-antik ta’ l-Imġarr fejn il-Ministru talabni nispeċifika għal liema proġett qed nirreferi, irrid nispeċifika li qed nirreferi għall-proġett li l-Prim Ministru semma fid-diskors tal-baġit 2008 paġna 38 paragrafu 14. Jista’ l-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- proġett imsemmi ma jaqax fid-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq huma mistennija li jingħataw it-tarmac matul is-sena 2009 fl-Imġarr? Meta ħarġu, jew ser joħorġu t-tenders marbuta ma' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-lokalita msemmija mill-Onor Interpellant, ix-xogħol ta' tarmac li kien ippjanat diġa sar u ma hemm ebda triq oħra li għandha ssir skond dan il-programm.