Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valur Gross Miżjud — Settur tas-Servizzi Finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Miżjud — settur tar-real estate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tar-real estate tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Mizjud — settur tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-kera f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13998.

Air Malta — Titjiriet għal Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-passiġieri li l-Air Malta ġarret għal Lourdes matul is-sena li għaddiet? Hemm xi ħsieb li din is-sena wkoll torganizza titjiriet diretti għal Lourdes u lura? Meta se jsiru dawn it-titjiriet? Kemm hu maħsub li se ġġorr passiġġieri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fit-2009 l-Air Malta ġarret 3,200 passiġġier għal Lourdes. Għal din is-sena l-Air Malta qed tippjana li ġġorr madwar 4,000 passiġġier. It-titjiriet huma ppjanati għal Għid, Lulju, Awwissu u Settembru.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet? ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? d. Kemm hemm chairpersons nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat? e. Kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-punti minn a sa d tal-mistoqsija qed tiġi mgħotija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-diskrezzjoni tal-kull Ministru li jaħtar chairperson jew direttur tingħata mis-saħħa ta’ l-istess liġi li taħtar il-bord partikolari.

Bejgħ tal-Lukanda Selmun

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm qed jitlob prezz għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun u jekk il-Kastell huwiex għall-bejgħ ukoll? Jista' jgħid jekk hux se jingħata b'ċens, u jekk hux b'ċens temporanju jew perpetwu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fejn jinħarġu offerti ta’ bejgħ ta’ proprjetà, il-Gvern ma jgħidx fil-pubbliku l-ammont tal-prezz li jkun qed jitlob. F’dan il-każ, l-istima tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet u l-offerti mitfugħa qed jiġu evalwati mill-Kumitat tal-Kuntratti. Il-Gvern ħareġ b’offerti għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun, iżda min jingħata l-offerta irid jintrabat li jieħu l-Kastell b’ċens temporanju ta’ disgħa u disgħin sena.

CCD — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14098 u 13734 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li l-Assistent Direttur li, fil-prezent jidher li hu responsabbli għad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan ic-CCD se jiġi jew diġà ġie trasferit, jew b'xi mod ieħor se jmur jaħdem jew diġà mar jaħdem ma' dipartiment jew direttorat ieħor? Fil-prezent, dan l-istess uffiċjal taħt liema payroll jaqa' ? Waqt il-ħinijiet tax-xogħol f'liema Dipartiment jew Direttorat qiegħed ikun? Il-Ministru jaf li d-Direttur li kien responsabbli għal dan id-Direttorat huwa l-Assistent Personali tiegħu u ilu jokkupa din il-kariga għal mill-inqas sena u nofs jew aktar, u proprju għalhekk id-Direttorat tal-Infurzar ilu bla direttur għal dan iż-żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux post vakanti jew le? Dan l-uffiċjal għadu jgawdi minn nomenklatura ta' Direttur jew m'għadux? Jaħseb li hu ta' benefiċċju għal xi ħadd li dan id-Direttorat sensittiv tħalla mingħajr Direttur? Jekk ma jaħsibx hekk għaliex, fil-fatt, tħalla mingħajr Direttur? X'kienet ir-raġuni li dan id-Direttur jew eks Direttur li preżentement qed jagħmilha ta’ Assistent Personali tiegħu telaq mill-imsemmija kariga?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Assistent Direttur li għalih qed issir referenza u li fil-preżent huwa responsabbli mid-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jinsab fuq il-payroll ta’ l-istess Diviżjoni u qed iwettaq xogħol f’din id-Diviżjoni. Fir-rigward tal-persuna li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Assistent Personali fis-Segretarjat tiegħi, din il-persuna tokkupa din il-kariga skont il-proċeduri stabbiliti. Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li kif ħabbart fil- budget f’Novembru tas-sena li għaddiet, bħala riżultat ta’ proċess ta’ riforma ta’ din l-istess Diviżjoni, se titwaqqaf Aġenzija għall-Ħarsien tal-Konsumatur u għalhekk din il-pożizzjoni qed tiġi evalwata f’dan l-kuntest.

uffiċjali governattivi u para-governattivi — ristrutturar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14077 u jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-istrutturar jew ir-ristrutturar tal-entitajiet uffiċjali kemm governattivi u kemm dawk para-governattivi (Government appointed bodies) li jamministraw l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta? Jista' jippreżenta f'din il-Kamra l-pjanijet kemm jista' jkun dettaljati, dejjem jekk jeżistu, dwar l-Aġenzija Consumer Protect u dwar l-Awtorità li prospettivament se tkun responsabbli għall-Fair Trade, liema entitajiet ġew imsemmija mill-istess Ministru qabel u matul id-diskors tal-Budget 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14077.

SR Technik — hanger ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jkunu qed joperaw il-ħidma tagħhom l-SR Technik sakemm jinbena l-hanger il-ġdid għal użu tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise qegħdin f’negozjati ma’ l-SR Technics (SRT) fuq il-post temporanju li minnu l-SRT ħa jibdew l-operat tagħhom f’Malta. Hemm numru ta’ postijiet mad-dawra ta’ l-ajruport internazzjonali ta’ Malta li ġew ikkunsidrati. In-negozjati issa waslu fi stadju avvanzat, u huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin, il-post ikun identifikat.

Għaqdiet Sportivi — eżenzjoni mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilità li għaqdiet sportivi jiġu eżentati milli jħallsu l-VAT fuq tagħmir u servizzi li jitolbu, u dan peress li llum aktar minn qabel qed isibu diffikultà sabiex isibu għajnuniet finanzjarji u allura kull tnaqqis iservi ta' ġid u għajnuna għal dawn l-għaqdiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li l-liġi tal-VAT Maltija tirrifletti t-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-VAT ta’ l-Unjoni Ewropeja, Malta ma tistax tagħti rifużżjonijiet ta’ VAT lil persuni li ma jkollhomx dan id-dritt skont kif stabbilit fid-direttiva nnifisha. Madankollu, fil-każ tal-għaqdiet sportivi, il-Gvern, f’dawn l-aħħar sentejn, opera skema ta' rifużjoni parzjali fuq spejjeż kapitali li jikkwalifikaw taħt skema apposta biex tinkoraġġixxi u tgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jagħmlu żvilupp ġdid infrastrutturali għall-benefiċċju tal-membri tagħhom u, fl-istess ħin, jiġi żgurat li l-benefiċċju qed jingħata taħt kontroll u mingħajr ma jkun hemm lok ta' abbuż.

Bank Ċentrali — Investigazzjoni - xhieda kunfidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14161 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, il-Ministru qal li ż-żewġ investigazzjonijiet saru fuq il-bażi li kull xhieda tingħata taħt garanzija li tinżamm il-kunfidenzjalità, jista' l-Ministru jgħid jekk u b'liema mod il-Bank Ċentrali kien avża lil persuni kollha li taw ix-xhieda tagħhom fiż-żewġ investigazzjonijiet, li x-xhieda tagħhom kienet se tibqa' kunfidenzajli u li r-rapporti kienu se jibqgħu mhux ippublikati, sabiex kif qal fit-tweġiba, x-xhieda tkun tista' tinġabar kif jixraq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa spjegajt fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13693, u kif jaf l-Onor Interpellant, il-każ ġie investigat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta (BĊM) skond il-proċeduri interni tiegħu u skond il-ftehim li l-BĊM għandu fil-Ftehim Kollettiv mal-Unions. Għar-risposti għad-diversi domandi li staqsa l-istess Interpellant, it-tweġibiet jinsabu fir-risposta li diġà tajt dwar dan il-każ, kif ukoll fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, liema dokument huwa l-Kontro Protest Ġudizzjarju li sar mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali fil-kapaċita tiegħu bħala Gvernatur nhar l-14 ta’ Diċembru 2009 preżentat fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, u għaldaqstant il-konklużjonijiet taż-żewġ investigazzjonijiet huma diġa pubbliċi u ma jinħasx aktar il-bżonn illi jsiru stqarrijiet ulterjuri min dawk li diġa saru permess tal-Kontro Protest Ġudizzjarju. Nerġa nistieden lill-Onor Interpellat sabiex jekk irid jista’ jagħmel arranġamenti sabiex jara dawn iż-żewġ rapporti privatament u taħt kunfidenzjalità. Il-kunfidenzjalità għandha tintrabat direttament mall-i status ta’ Membru Parlamentari, sabiex tiġi osservata l-kunfidenzjalità ta’ l-istess impjegati tal-BĊM u tal-Bank bħala organizzazzjoni. Ta’ min jgħid illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta qatt ma nforma uffiċjalment lil Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar dan il-każ, iżda kien uffiċjal tal-BĊE stess li sema bil-każ meta kien qed jiskrutinja l-gazzetti. Dan staqsa informalment x’kien il-każ u aktar tard dan ingħata tweġiba nformali bit-telefon dwar il-konkluzjoni tal-każ. La kien hemm u lanqas hemm l-bżonn li l-BĊM jinforma lil-BĊE dwar xi każijiet simili sakemm ma’ jkunux inkisru l-obbligazzjonijiet dwar kunfidenzjalità li jeżisti fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Għaldaqstant, nista ngħid li ninsab sodisfatt li l-BĊM mexxa l-investigazzjonijiet skond kif jitolbu r-regoli interni tiegħu u l-Ftehim Kollettiv. Kull ma baqa’ sabiex dan il-każ jiġi konkluż hu biss li l-impjegat in-kwistjoni jagħmel id-dikjarazzjoni kif ġie mitlub li jagħmel mill-Bord ta’ Dixxiplina sabiex jerġa jiġi konformi mal-Kodiċi tal-Kondotta u ta’ l-Etika tal-istess BĊM li tiegħu hu impjegat u għandu kull obbligu lejh.

Bank Ċentrali — Investigazzjonjiet - xhieda kunfidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14162 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid għala u fuq liema bażi, il-Bank Ċentrali ddeċieda li x-xhieda ma kenitx tinġabar b'mod xieraq li kieku ma ngħatatx din il-garanzija? Ladarba fit-tweġiba l-Ministru stqarr li żewġ investigazzjonijiet saru fuq il-bażi li kull xhieda tingħata taħt garazija li tinżamm il-kunfidenzjalità, x'inhi r-raġuni li wieħed mir-rapporti biss, jiġifieri dak tal-Audit Committee, baqa' jinżamm esklussivament mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14330.

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - xhieda kunfidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14163 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta l-Bank Ċentrali ta' Malta għoġbu jinforma lill-Bank Ċentrali Ewropew li l-akkuza li kien għamel il-Ministru Gatt fil-konfront ta' dan l-impjegat kienet bla bażi u infondata? Jekk hu l-każ li Bank Ċentrali Ewropew kien infurmat, għala l-Bank Ċentrali ta' Malta ma nfurmax lill-pubbliku lokali minkejja li l-Bank ħareġ stqarrija pubblika biex jgħid li l-kumitat tal-Audit Committee kien tqabbad biex jagħmel investigazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14330.

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda Kunfidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14164 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid għala l-Bank Ċentrali, minkejja l-wegħda pubblika li għamel mal-ġurnalist, kif irrapurtat f'The Times tal-14 ta' Marzu 2009, li kien se jippublika l-konkluzjonijiet tal-investigazzjonijeit hekk kif appena dawn jintemmu, dan baqa' ma ppubblikahomx hekk kif it-tieni investigazzjoni ġiet konkluza fit-3 ta' Settembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14330.

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda kunfidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14165 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom wasslu biex l-istess tmexxija li hemm illum tal-Bank Ċentrali ddeċidiet li tagħti permess lill-ekonomista, impjegat f'dan il-Bank sabiex jagħti konsulenza bi ħlas lit-trade union ewlenija f'pajjiżna, permezz ta' rapporti dwar tema li dak iż-żmien kienet indiskutibilment ta' natura kontroversjali pubblika u politika, jiġifieri l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u intiżi biex dak iż-żmien din il-union tieħu pożizzjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u dawk il-kriterji li wasslu lill-Bank biex lill-ekonomista l-ieħor, impjegat ukoll fl-istess Bank, jinfurmah, waqt il-proċess dixxiplinari msemmi li ma kienx jingħata permess biex jagħmel il-kontribuzzjoni li għamel minħabba li skond il-Bank it-tema kienet ta' natura kontroversjali? Jista' juri d-dokumentazzjoni tal-permess li kien talab dan l-impjegat ekonomista biex jagħti konsulenza bi ħlas dwar l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, hekk kif mitlub mir-regoli tal-Bank Ċentrali, u l-Minuti tal-laqgħa tal-Executive Management Committee meta dan iddiskuta u ddeċieda dwar din it-talba għal permess ta' xogħol ta' konsulenza part-time kif inhi l-prassi fil-Bank Ċentrali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ekonomista li rrefera għalih l-Onor Interpellant, għal kuntrarju tal-persuna li ġiet investigata, kellu l-permessi meħtieġa sabiex jagħmel rapport għall-GWU.

Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda Kunfidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14166 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jindika jekk hemm xi kundizzjonijiet partikolari marbuta mal-offerta tiegħu li nista' nara dawn ir-rapporti privatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14330.

inċentivi u sosten għax-xogħol fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-istrateġiji li fassal il-Gvern f’din il-leġislatura, s’issa, li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol fil-pajjiż? Fejn u kif il-Gvern għen intraprizi li kienu għaddejjin minn diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali u li għandhom futur tant li kienu lesti jkomplu jinvestu fil-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Valur Gross Miżjud — Settur tas-sajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tas-sajd f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Mizjud — settur tal-industrija tal-fish farming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi tal-industrija tal-fish-farming f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’din l-industrija kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13988.

Valur Gross Miżjud — settur tal-Industrija tal-Manifattura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Karma.