Legislature:
Category:
Reset
Active:

Passaġġi fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppat il-policy li ser tirregola l-ħidma biex sqaqien u passaġġi fir-raba' jkunu aktar aċċessibbli u imtejba speċjalment wara l-istaġun tax-xitwa fejn il-passaġġi f'raba' issirilhom ħafna ħsara? Din il-mistoqsija qed isir sabiex tiġi mogħtija informazzjoni fuq xi żviluppi li seta' kien hemm wara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1042.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każi li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq il Kungress Ewkaristiku - xogħlijiet fuq water culvert

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn intqal li diġà saru spezzjonijiet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u t-tiswijiet meħtieġa kellhom jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet li l-istess Awtorità dwar it-Trasport kellha ppjanta għall-Mejju li għadda, jista' l-Ministu jgħid għala s'issa għadu ma sar xejn? Din il-mistoqsija qed issir ħalli l-Awtorità tieħu miżuri meħtieġa sabiex water culvert f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta ma jibqax ta' periklu għall-karozzi kif ukoll għal min ikun qed isuq rota jew mutur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li biex tiġi solvuta l-problema msemmija hemm bżonn li jsir proġett sħiħ ta’ resurfacing ta’ din it-triq biex terġa titbaxxa għal-livell oriġinali. Ġara li matul is-snin ingħata wiċċ fuq ieħor b’konsegwenza li l-livell tat-triq għola ‘l fuq mill-outlets tal-ilma tax-xita tad-djar. Għaldaqstant kien tħalla kanal mal-ġenb tat-triq u madwar il-gradilji li jiġbru l-ilma tat-triq. Bħala miżura sabiex titjieb is-sigurtà f’din it-triq, l-ADT ser tagħmel marki fuq il-ġenb tat-triq biex tħares aħjar is-sigurtà ta' min isuq.

Furjana — Triq Pietro Floriani - sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żurrieq — Triq Valletta - rikostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex pjanijiet li timbarka fuq ir-rikostruzzjoni ta' Triq Valletta Żurrieq li tibda minn Ħal Kirkop u tispiċċa ż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex il-ħsieb tiddiskuti mal-kunsilli lokali l-impatt ta' kif se jaffettwa l-inħawi t-tibdil fil- management tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kirkop — Triq San Ġwann - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jindika r-raġuni għalfejn ma ġewx istallati traffic lights fi Triq San Ġwann , Kirkop eżattament fejn hemm il-Kulleġġ San Benedettu u s-supermarket Lidl in vista tal-attività f’din iż-żona?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa — Limiti tal-Qammieħ - Żbroff tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex jiżgura illi l-ilma ta' taħt l-art ma jiġix kontaminat wara l-iżbroff tad-drenaġġ li kien hemm riċentement fl-inħawi tal-Qammieħ limiti tal-Mellieħa? Jista' jispjega kif nonostante l-eluf ta' flus minfuqa sabiex dan l-akkadut jiġi evitat, reġa' seħħ? Jista' jgħid ġewx istitwiti proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta' min kien inkarigat mill-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Stokk ta' vetturi bil-mutur liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4163 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Shipyards — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ġew impjegati bħala full-time, part-time u casual workers mal-Malta Shipyards? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise, kemm kien l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema pajjiżi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyards kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-kunsill lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema fondi tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li ġew impjegati fuq bażi temporanja mal- Malta Shipyards kien 2,545. Dawn il-ħaddiema inġiebu għal numru ta’ ġranet kull wieħed skond il-bżonn u għalhekk huma kollha casual workers. Rigward l-ammont totali li tħallas lil dawn il-ħaddiema ninsab infurmat li l-Malta Shipyards mhiex f’ pożizzjoni li tagħti din iċ-ċifra għax dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li jkunu ngaġġati minnha. Infurmat ukoll li dawn il-ħaddiema ġew prinċipalment mill-Bulgarija, il-Filippini, il-Polonja u r-Rumanija. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill- Onorevoli nterpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.

Reserved Parking Spaces

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar skond l-Awtorità dwar it-Trasport kemm hu n-numru ta' reserved parking spaces li huma approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba, Xemxija u Burmarrad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2007 ‘l hawn, in-numru ta’ Parkeġġi Riservati approvati mill-ADT f’Bugibba, Xemxija, Burmarrad u San Pawl il-Baħar li jagħmlu parti mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huma kif ġej: Parkeġġi Riservati – 75 (ħamsa w sebgħin) Parkeġġi Risevati għal erba’ xhur – 15 (ħmistax) 1.5m Keep Clear – 5 (ħamsa) Dawn kienu kollha allokati għall- persuni b’diżabilità. Infurmat ukoll li hemm “ limited timed parking schemes ” f’ San Pawl il-Baħar f’dawn it-toroq – St.Paul Street, parti minn Triq it-Turisti u parti minn Triq il-Merluzz.

Korporazzjoni Enemalta — Ġbir mill-konsum ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret il-Korporazzjoni Enemalta minn fuq konsum tal-elettriku sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Proġett fuq iċ-Ċirkewwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa, jiġifieri, fuq mollijiet, breakwater , eċċ.? Kemm hi stmata li tkun in-nefqa għat-tkomplija tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali (certified for payment) fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa sa l-aħħar tas-sena 2007 kienet ta’ €18,392,220.80. Bħalissa, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta qegħda tipprepara disinn ġdid sabiex toħroġ it- tenders neċessarji għall-bini ta’ terminal fiċ-Ċirkewwa bl-għajnuna finanzjarja tal- Cohesion Fund tal-UE. L-informazzjoni fuq l-ispiża ta’ dawn ix-xogħolijiet għadha qed tinġabar u tkun tista’ tingħata aktar tard.

Ta' Qali — Triq Durumblat - Dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk jistax jiżdied id-dawl fid-daħla għal Ta’ Qali minn Triq id-Durumblat peress li din tintuża minn numru kbir ta’ persuni li tard bil-lejl jew kmieni filgħodu jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiziku bħal mixi jew jogging?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Smart City — xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jelenka x-xogħlijiet infrastrutturali li jridu jsiru biex tkun moqdija Smart City u kemm hu maħsub li kull wieħed se jiswa separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Water Services Coporation ħa ttejjeb ix-Xghajra Wastewater Pumping Station u se tipprovdi ‘main’ ta’ l-ilma bi pressa adegwata. L-ispejjeż huma ta’ madwar 210,000 ewro. L-ispejjeż fuq xogħol ta’ elletriku huma ta’ madwar 8,948,900 ewro.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3560 u jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Korporazzjoni Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3560 waqt seduta Nru. 49.

Victoria Lines — Irranġar tat-triq

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu passi neċessarji biex it-triq li tgħaddi matul il-Victoria Lines bejn Tarġa Gap u Triq Xifer il-Kief, fil-fatt tiġi rranġata l-ewwelnett għaliex qed issir ħsara lill-Victoria Lines, u t-tieni għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tarzna — Skema ta' irtirar kmieni

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-iskema ta’ irtirar kmieni mit-Tarzna? Kemm minn dawn tħallsu digà? Kemm saru ħlasijiet sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm hemm ħlasijiet pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Naxxar — Salina Coast Road - xogħol fuq il-junction

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjanti li qed jiġu mfassla bejn l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Awtorità dwar it-Trasport biex il-junctions tal-Coast Road - Salina Naxxar, dik ta' ħdejn Kennedy Grove u d-daħla ta' Buġibba fejn il-lights fil-fatt jiġu upgraded? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn il-junctions?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tipproponi titjieb u twessiegħ ta’ dawn il-junctions msemmija, bħala parti mill- feasibility and EIA studies, li sar fuq it-Ten-T Network fis-sena 2003 – 2004. Il-pjanti għal dawn il-junctions qegħdin fuq il-website ta’ l-ADT. L-Awtorita’ qed tikkonsidra l-possibilita li timplimenta dan il-proġett sa sena 2015.

Sight-seeing passenger tour service open-top buses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u 3882 cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li kienu iffirmati bejn l-Awtorita u l-operatur.